Upload
others
View
13
Download
0
Embed Size (px)
Citation preview
leħħ
il-Malti
Folja elettronika b’tagħrif lingwistiku, ortografiku, grammatikali u kulturali
dwar il-lingwa Maltija maħruġa mid-Dipartiment tal-Malti fi ħdan il-Kulleġġ San
Injazju sabiex il-lingwa tagħna tingħata l-valur li jistħoqqilha. Kull suġġeriment
u/jew diffikultà huma ġentilment milqugħa fuq [email protected]
leħħ[email protected] LEĦĦ IL -MALTI [email protected]
Ħ
A
Ġ
A
M
O
Ħ
Ġ
A
Ġ
A
F A R R A D W A Ħ D I E N I u K O L L E T T I V . . . tuffieħa - tuffieħ lumija - lumi nemusa - nemus zokkra - zokkor blata - blat ramla - ramel bżara - bżar żrara - żrar żunżana - żunżan.
leħħ[email protected] [email protected]
G ramma rammatika ramma rammatika biex il-Malti niktbuh ta’ nies!
IS-SINGULAR FIL-MALTI IS-SINGULAR FIL-MALTI Fil-Malti għandna żewġ tipi ta’ singulari: wieħed jissejjaħ FARRAD WAĦDIENI
u l-ieħor KOLLETTIV. Il-Kollettiv huma dawk in-nomi li juru grupp ta’ xi ħaġa
bħal ngħidu aħna merħla, mazz u flotta, kif ukoll nomi li naħsbu li jkunu fil-
plural iżda huma fis-singular għax għalkemm juru ammont ta’ oġġett
partikolari, jitqiesu bħala grupp wieħed. Dawn huma bħal ħobż, ġebel, ħut.
Dawn imbagħad ikollhom il-Farrad Waħdieni jew wieħed mill-grupp. Dan
jispiċċa dejjem bil-vokali a. Hekk għandna ħobża, ġebla, ħuta.
Twieldet minn ġol-qabar,
Kibret u kellha t-tfal,
Imma dawn kollha mietu,
Għax poġġewhom fuq in-nar. patata
Mhix biljett, imma
xorta tridha biex tidħol. ċavetta
Erbgħa jiġru wara erbgħa,
u l-erbgħa ma jilħqux l-erbgħa.
il-karozzin
Tiġri warajh
ma taqbdux,
jiġri warajk
ma jaqbdekx.
id-dell
[email protected] LEĦĦ IL -MALTI [email protected]