64
DV\752580MT.doc PE415.240 MT JANUARY 2004 Dipartiment tal-Politika C Drittijiet taċ-Ċittadini u Affarijiet Kostituzzjonali FORUM DWAR KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA FI KWISTJONIJIET ĊIVILI: DIBATTITU MAL-PARLAMENTI NAZZJONALI 2 TA'DIĊEMBRU 2008 SESSJONI II ĠUSTIZZJA ELETTRONIKA: GĦODDA GĦAĊ-ĊĊITTADII, PRATTIKANTI U NEGOZJI NOTI ĠENERALI AFFARIJIET LEGALI XM NOTI PE 415.240

NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

  • Upload
    others

  • View
    0

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc PE415.240

MT

JANUARY 2004

Dipartiment tal-Politika CDrittijiet taċ-Ċittadini u Affarijiet Kostituzzjonali

FORUM DWAR KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA FI KWISTJONIJIET ĊIVILI:DIBATTITU MAL-PARLAMENTI NAZZJONALI

2 TA' DIĊEMBRU 2008

SESSJONI IIĠUSTIZZJA ELETTRONIKA: GĦODDA GĦAĊ-ĊĊITTADII, PRATTIKANTI U

NEGOZJI

NOTI ĠENERALI

AFFARIJIET LEGALI

XM

NOTI

PE 415.240

Page 2: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240

MT

Page 3: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc

MT

Direttorat-Ġenerali għal Politiki InterniDipartiment tal-Politika CDrittijiet taċ-Ċittadini u Affarijiet Kostituzzjonali

FORUM DWAR KOOPERAZZJONI ĠUDIZZJARJA FI KWISTJONIJIET ĊIVILI:

DIBATTITU MAL-PARLAMENTI NAZZJONALI

2 TA' DIĊEMBRU 2008

SESSJONI IIĠUSTIZZJA ELETTRONIKA: GĦODDA GĦAĊ-ĊITTADINI,

PRATTIKANTI U NEGOZJI

NOTI ĠENERALI

Page 4: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 5/64 PE415.240

MT

Dawn in-noti ntalbu mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament Ewropew.

Dawn in-noti kienu ppubblikati fil-lingwi li ġejjin: BG, CS, DA, DE, EL, EN, ES, ET, FI, FR, HU, IT, LT, LV, NL, PL, PT, RO, SK, SL, SV

Awturi: Carlos Manuel Gonçalves de Melo Marinho, Mħallef, il-Punt ta’ Kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili u Kummerċjali u ta’ IberRede, Liżbona; Philippe Delarbre, Direttur tal-Burò Nazzjonali ta’ Proċessi Kriminali, Nantes; Marc van Opijnen, Konsulent Anzjan fl-Informatika Legali, Dipartiment għal Applikazzjonijiet tal-Internet tal-Kunsill Olandiż għall-Ġudizzjarju, Utrecht

Il-manuskritti tlestew f’Novembru 2008

Kopji jistgħu jinkisbu mingħand:Ms Roberta PanizzaTel: +32 2 2831433Faks: +32 2 2832365Posta elettronika: [email protected]

Informazzjonijiet dwar pubblikazzjonijiet tad-DG Ipol: http://www.ipolnet.ep.parl.union.eu/ipolnet/cms

Brussell, il-Parlament Ewropew

L-opinjonijiet espressi f’dawn id-dokumenti huma r-responsabbiltà unika tal-awturi u ma jirrappreżentawx neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Parlament Ewropew.

Page 5: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 6/64 DV\752580MT.doc

MT

Page 6: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 7/64 PE415.240

MT

SESSJONI II –ĠUSTIZZJA ELETTRONIKA: GĦODDA GĦAĊ-ĊITTADINI, PRATTIKANTI U NEGOZJI

WERREJ

1. L-użu tal-IT f’sistemi ġudizzjarji: notifika ta’ dokumenti u smigħ ta’ xhieda b’mod elettroniku, dokumentazzjoni u komunikazzjoni elettroniċi, vidjokonferenzi, proċeduri Ewropew fuq l-Internet u l-portal Ewropew tal-ġustizzja elettronika

- Carlos Manuel Gonçalves de Melo Marinho, Imħallef, il-Punt ta’ kuntatt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili u Kummerċjali u ta’ IberRede, Liżbona

2. Netwerking elettroniku ta’ proċessi kriminali u l-ħtieġa li tkun żgurata l-protezzjoni ta’ dejta personali

- Philippe Delarbre, Direttur tal-Burò Nazzjonali ta’ Proċessi Kriminali, Nantes

3. Ħtieġa ta’ netwerking elettroniku għal insolvenza, negozju, artijiet u reġistri oħra?

- Marc van Opijnen, Konsulent Anzjan fl-Informatika Legali, Dipartiment għal Applikazzjonijiet tal-Internet tal-Kunsill Olandiż tal-Ġudikatura,, Utrecht

Page 7: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 8/64 DV\752580MT.doc

MT

L-UŻU TAL-IT F’SISTEMI ĠUDIZZJARJI:NOTIFIKA TA’ DOKUMENTI U SMIGĦ TA’ XHIEDA B’MOD

ELETTRONIKU, DOKUMENTAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI ELETTRONIKA,

VIDJOKONFERENZI, PROĊEDURI EWROPEJ BL-INTERNET U L-PORTAL EWROPEW TAL-ĠUSTIZZJA ELETTRONIKA

CARLOS MANUEL GONÇALVES DE MELO MARINHO, MĦALLEF,IL-PUNT TA’ KUNTATT TAN-NETWERK ĠUDIZZJARJU EWROPEW

F’MATERJI ĊIVILI U KUMMERĊJALI U TA’ IBERREDE, LIŻBONA

Page 8: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 9/64 PE415.240

MT

I. L-UŻU TAL-IT F’SISTEMI ĠUDIZZJARJI

Il-modi tal-IT

1. Dan iż-żmien ta’ Ġustizzja elettronika fl-Ewropa1 jingħaraf mill-koeżistenza ta’ ħafna esperjenzi paralleli u iżolati f’livelli Ewropej u nazzjonali u minn stadji kompletament differenti ta’ evoluzzjoni u riżultati.

Il-Ġustizzja elettronika tal-Unjoni Ewropea (UE) tfisser essenzjalment l-għoti ta’ informazzjoni Ewropea permezz ta’ siti elettroniċi tal-istituzzjonijiet Ewropew (e.g. EUR-lex, SCADPlus, Eurovoc jew Pre-lex), strutturi tal-informatika biex isostnu u jimplimentaw kriterji u regoli ġodda ta’ kooperazzjoni (e.g. in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili u Kummerċjali, in-Netwerk Ewropew f’Materji Kriminali, Atlasijiet Ġudizzjarji Ċivili u Kriminali, interkonnessjoni ta’ proċessi kriminali Ewropej u SOLON – glossarju legali f’ħafna lingwi ta’ ekwivalenzi f’materji kriminali) u proġetti speċifiċi tal-professjonijiet legali (e.g. In-Netwerk ta’ Reġistri ta’ Testmenti jew l-EULIS, Is-Servizz Ewropew ta’ Informazzjoni dwar l-Artijiet).

Barra dan, hemm xi għodod tal-għaġeb iżda li għadhom fraġli bħal N-Lex, tieqa komuni interessanti għall-bażijiet ta’ dejta tal-liġijiet nazzjonali tat-23 Stat Membru fi 22 lingwa uffiċjali u IATE (Terminoloġija Interattiva għall-Ewropa) li fiha glossarju ġenerali ta’ ekwivalenzi legali.

2. Dan il-kuntest speċifiku jeħtieġlu evoluzzjoni permezz ta’ koordinazzjoni, estensjoni tal-aħjar prattika u soluzzjonijiet u deċiżjonijiet ċentralizzati orjentati biex tinkiseb xi għamla ta’ livell ta’ standardizzazzjoni u integrazzjoni, li bihom id-dimensjoni u r-riżorsi Ewropew jaħdmu flimkien mal-komptenzi, sforzi u esperjenzi nazzjonali.

Metodoloġija bħal din tista’ tiġġenera invilupp doppju u ingaġġ rinfurzat u hija l-aħjar mod biex tkun żgurata l-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ proġetti tanġibbli mingħajr ir-riskji u d-diffikultajiet inerenti fil-proċess leġiżlattiv. Fl-istess waqt, din s-soluzzjoni tista’ tnissel skambju fertili tal-aħjar prattiki, konverġenza ta’ tweġibiet tekniċi, tqanqil għal inizjattivi f’livell nazzjonali, il-ħolqien ta’ ekonomiji ta’ skala u żieda importanti fit-tnaqqis ta’ spejjeż.

Qasam tajjeb ta’ eżempju ta’ din il-ħtieġa u l-possibiltajiet relatati huma l-vidjokonferenzi f’każ ta’ rogatorja bejn fruntiera u oħra. Hawn jidher li jeħtieġu jiżdiedu, mal-kisbiet nazzjonali, kriterji komuni dwar l-ordni fiżika li l-mezzi kollha għandhom jitqiegħdu fiha u regoli effikaċi u ta’ kooperazzjoni koinċidenti u digress ta’ involviment.

3. Skont il-loġika l-ġdida, jidher li huwa fundamentali li tiddaħħal l-għodda ta' Ġustizzja elettronika fil-qalba ta’ proċedimenti ġudizzjarji b’rabta transkonfinali.

Dan ifisser li qrati għandhom jikkooperaw billi jużaw l-IT u li l-professjonsti legali u ċ-ċittadini għandu jkollhom kuntatt permezz tagħha u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom billi jużaw l-aktar mekkaniżmi aġġornati tas-soċjetà tal-informazzjoni.

1 Jew Ġustizzja elettronika Ewropea jew, ukoll, Ġustizzja Ewropea fuq l-Internet, skont it-terminoloġija proposta mill-pjan ta’ azzjoni għal Ġustizzja elettronika Ewropea mit-3 ta’ Settembru 2008, 11330/08, LIMITE JURINFO 52 JAI 357 JUSTCIV 133 COPEN 133.

Page 9: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 10/64 DV\752580MT.doc

MT

In-notifika ta’ dokumenti, is-smigħ ta’ xhieda, dokumentazzjoni u komunikazzjoni elettroniċi u vidjokonferenzi huma fiċ-ċentru ta’ din il-paradigma.

4. In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili u Kummerċjali, in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Kriminali, l-interkonnessjoni tal-Proċessi Kriminali Ewropej jew in-Netwerk Ewropew ta’ Reġistri ta’ Testmenti huma turija ta’ żmienijiet meta l-Ġustizzja elettronika kienet mibnija minn saffi u fuq inizjattivi mhux integrati.

L-EJNCCM bħala preċedent

1. In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili u Kummerċjali (EJNCCM) huwa eżempju tajjeb tal-fażi attwali ta’ sforzi iżolati iżda kultant effikaċi.

Nistgħu nagħmlu użu mill-esperjenza u l-kriterji tiegħu fit-tfassil siewi ta’ sistema ta’ Ġustizzja elettronika.

2. Dan in-Netwerk inbena mill-istimulu tat-Trattat ta’ Amsterdam u mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Tampere tal-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999.

Ftit mill-ideat bażiċi huma oriġinali, u effikaċi u rilevanti l-aktar fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika.

3. L-EJNCCM tmexxi l-attivitajiet tagħha lejn tliet miri:

a) Biex isir it-titjib u s-simplifikazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati tal-Unjoni Ewropea;

b) Biex titnissel, tkun offruta b’mod permanenti u tinżamm aġġornata sistema ta’ informazzjoni«dwar kooperazzjoni ġudizjarja f’materji ċivili u kummerċjali fl-Unjoni Ewropea, fi strumenti rilevanti Komunitarji u internazzjonali u fid-dritt domestiku tal-Istati Membri»1 li timmira l-aktar biex iċ-ċittadini jegħlbu d-diffikultajiet speċjali li joħorġu minn litigazzjoni transkonfinali;

c) Biex titjieb l-applikazzjoni prattika ta’ strumenti jew konvenzjonijiet Komunitarji fis-seħħ bejn żewġ Stati Membri jew aktar.

4. Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet intgħażlet soluzzjoni komuni – l-użu intensiv, u jekk jista’ jkun, esklużiv ta’ teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni.

5. In-Netwerk irrappreżenta tweġiba brillanti għal xi ħtiġijiet Ewropej ġodda li ħarġu mill-impożizzjoni taż-żamma ta’ kuntatti diretti bejn l-atturi veri tal-proċess ta’ kooperazzjoni – il-qrati – fil-qasam tal-assistenza ġudizzjarja, u ħalla f’pożizzjoni sekondarja lill-awtoritajiet ċentrali klassiċi.

1. 1 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u

kummerċjali, fil-Ġurnal Uffiċiali tal-Komunitajiet Ewropej, L 174/25, 27.6.2001.

Page 10: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 11/64 PE415.240

MT

Inħoloq biex ikun żgurat li din is-sistema tkun tista’ taħdem b’effikaċja u tgħin fil-formazzjonita’ qasam ġudizzjarju Ewropew veru.

6. Din l-istruttura nbniet fuq il-figura tal-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali, individwu (preferibbilment imħallef), li taħdem bħala rabta f’nisġa ta’ informazzjoni komuni, li tieħu post jew li ssostni s-servizzi formali fil-ħidma ta’ għajnuna lill-qrati biex b’mod dirett jikkooperaw ma’ xulxin.

7. Fi kważi s-sitt snin li ilu jiffunzjona, in-Netwerk diġà laħaq il-miri li ġejjin:

a. Provvista ta’ informazzjoni sempliċi u ċara dwar is-sistemi legali tal-pajjiżi Ewropej (ħlief tad-Danimarka);

b. Produzzjoni ta’ 250 000 aċċess / kull xahar fil-paġna ċentrali tal-proġett, li jagħmilha l-aktar paġna elettronika tal-Unjoni li jżuruha u li turi l-importanza, għaċ-ċittadini, tad-dejta mogħtija;

c. Ħolqien tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew f’Materja Ċivili;

d. Provvista ta’ xi informazzjoni dwar id-dritt Ewropew;

e. Soluzzjoni jew sostenn għas-soluzzjoni ta’ problemi ta’ kooperazzjoni ippreżentati mill-qratijew minn awtoritajiet oħra;

f. Għajnuna għat-taħriġ ta’ mħallfin u prosekuturi pubbliċi fil-qasam ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja, anki bl-użu ta’ mekkaniżmi ta’ informatika virtwali;

g. Tnaqqis fid-dewmien meħtieġ biex jinħallu l-problemi li jinqalgħu fil-kooperazzjoni ġudizzjarja;

h. Ħolqien u pubblikazzjoni bl-Internet ta’ gwidi prattiċi magħmulin tajjeb u siewja dwar Regolamenti Komunitarji importanti;

i. Ħolqien ta’ Paġni Elettroniċi li jkun fihom informazzjoni dwar kooperazzjoni ġudizzjarja ċivili u kummerċjali.

8. Biex jagħmel hekk dan in-Netwerk juża b’mod intensiv teknoloġiji ġodda u, partikularment, il-vantaġġi li toffri l-Internet.

Hemm paġna ċentrali tal-proġett, prodotta u miżmuma taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea, fi http://europa.eu.int/comm/ justice_home /ejn/.

Din il-paġna fiha, fost informazzjoni vasta, skedi informattivi dwar l-ordni ġuridiku, l-organizzazzjoni tal-ġustizzja, il-professjonijiet legali, l-għajnuna legali, il-ġurisdizzjoni tal-qrati, il-preżentata ta’ kawża fil-qorti, termini ta’ skadenza proċedurali, l-liġi applikabbli, in-notifika ta’ dokumenti, is-smigħ ta’ xhieda u l-mod ta’ prova, miżuri temporanji u kawtelatorji, eżekuzzjoni ta’ sentenzi, proċeduri simplifikati u aċċellerati, divorzju, ir-responsabbiltà tal-ġenituri, talbiet għall-manteniment, falliment, riżoluzzjonijiet alternattivi ta’ tilwim, kumpens għal vittmi ta’ reati u, dalwaqt, dwar proċedimenti awtomatiċi.

Page 11: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 12/64 DV\752580MT.doc

MT

Hawn kulħadd jista’ jsib dejta dwar id-dritt Komunitarju b’inċidenza fuq dan il-qasam tekniku.

Dawn l-iskedi informattivi jipprovdu, liċ-ċittadini u lill-professjonisti legali, informazzjoni sempliċi u diretta dwar is-sistemi ġuridiċi tas-26 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.

Ir-referenzi legali li hemm fihom ikunu offruti permezz ta’ struttura ta’ mistoqsijiet sempliċi u diretti bi tweġibiet ċari u spjegattivi.

9. Dan il-mezz teknoloġiku jirrappreżenta mekkaniżmu deċiżiv għal formazzjoni ta’ qasam ġudizjarju Ewropew.

Huwa wkoll mod effikaċi ħafna għall-użu tal-informatika biex jarrikkixxi l-kwalità tal-eżerċizzju ta’ drittijiet miċ-ċittadini, li jħallihom iħossuhom aktar komdi quddiem is-sistemi barranin u fit-tiswir ta' realzzjonijiet ġuridiċi ma' nies u f'negozji minn Stati oħrajn tal-UE.

10. In-Netwerk ħoloq ukoll strument essenzjali li juża l-Internet bħala mezz biex jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-għoti ta’ kooperazzjoni adegwata bejn qrati u l-użu korrett tal-mekkaniżmi u l-forom legali li jinsabu fir-Regolamenti Ewropej..

Dan l-istrument huwa l-Atlas Ġuridiku f'Materji Ċivili tal-Ewropa, li jista’ jinkiseb minnhttp://europa.eu.int/comm/justice_home/judicialatlascivil/html/ index_en.htm .

Bil-mezz imsemmi, kull professjonist legali jew ċittadin jista' jkollu aċċess, f’waħda mil-lingwi tal-Unjoni, għall-ismijiet, indirizzi u ġurisdizzjoni territorjali tal-qrati kollha tal-UE. Min jużah jista’ jsib ukoll l-elementi meħtieġa dwar l-għajnuna legali, in-notifika ta’ dokumenti, is-smigħta’ xhieda, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi u kumpens lil vittmi ta’ reati.

Barra dan, il-qrati jistgħu jużaw dan l-istrument biex jimtlew minn fuq l-Internet formoli adottati skont ir-Regolamenti fil-qasam ċivili u kummerċjali.

Barra minn għadd tajjeb ta’ links siewja tal-Internet, hemm nistgħu nsibu informazzjoni dwar il-qrati kollha Ewropej li għandhom sistema installata ta’ vidjokonferenzi u f’kundizzjonijiet li jservu biex tittieħed xhieda bejn fruntiera u oħra.

11. Il-komunikazzjoni ġewwa s-sistema tiddependi minn Intranet u mill-użu intensiv tal-posta elettronika. Ittri miktubin huma eċċezzjoni u użati biss f’ċirkustanzi tassew speċifiċi.

12. In-Netwerk huwa, f’ċertu mod, ikona ta’ kif wieħed jidħol fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika.

In-Netwerk juri li d-direzzjoni tal-isforzi biex jinħadmu għodod operattivi tajba għandha tkun imsejsa fuq il-kunċett permanenti tal-ħtieġa tal-qadi taċ-ċittadini u fuq l-importanza tal-użu ta’ strumenti teknoloġiċi li jippermettu interazzjoni wiesgħa mas-sistema.

Wara kollox, il-ħidma tagħna għandha tkun indirizzata b’mod permanenti li żżid is-servizzi u l-benefiċċji li għandu jkun hemm għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej.

Page 12: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 13/64 PE415.240

MT

Ebda sistema ta’ Ġustizzja elettronika ma tista’ titfassal b’suċċess mingħajr ma jitqies dan il-kunċett speċifiku.

13. It-tixrid tal-filosofija tan-Netwerk għal spazji oħra ġeografiċi, bħal dak Ibero-Amerikan, Afrikan jew iż-żona li tmiss mal-Mediterran, jirrakkomanda konsolidazzjoni u integrazzjoni tajba tal-istrutturi eżistenti tal-IT u l-kunċett tal-prodotti finali b’mod li jippermetti interfaċċja għall-ġejjieni ma’ sistemi esterni oħrajn.

Linji strutturali tal-Ġustizzja elettronika

1. Fit-tħejjija tal-formazzjoni tal-istruttura tal-Ġustizzja elettronika, huwa fundamentali li wieħed jiftakar li d-direzzjoni ta’ dan l-isforz għandha tkun mod li l-affarijiet isiru b’effiċjenza u malajr u li s-sistema ġudizzjarja Ewropea tkun tista’ tintlaħaq aħjar.

Huwa essenzjali għall-formazzjoni tal-Ġustizzja elettronika Ewropea li ssir dijanjożi korretta tal-ħtiġijiet, li s-sistema tal-Ġustizzja tkun magħrufa sewwa u b’mod professjonali u, l-aktar, dwar kif jaħdmu l-qrati – li turi li hemm ħtieġa li jitwettqu t-tibdiliet bl-għajnuna tas-Setgħa Ġudizzjarja. Huwa fundamentali li jkun hemm tagħrif fil-fond u aġġornat tas-soluzzjonijiet tal-informatika siewja u li jistgħu jinkisbu. Dan ifisser li l-kisba ta’ nozzjonijiet rigorużi u tweġibiet effikaċi għall-mistoqsijiet li jitolbu soluzzjoni jridu jirriżultaw minn analiżi abbażi ta’ esperjenza u għarfien profond tar-realtajiet ġudizzjarji u t-teknoloġiji aċċessibbli.

2. Il-bidla għandha tkun ibbażata fuq:

a. Il-kwalità tad-dijanjożi;

b. L-għarfien korrett tal-mekkaniżmi tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja u;

c. L-artikulazzjoni preċiża bejn is-soluzzjonijiet u l-fatti.

3. Jidher li huwa wkoll fundamentali li l-leġiżlazzjoni l-ġdida Ewropea f’dan il-qasam tematiku tqis dejjem il-vantaġġi tal-Ġustizzja elettronika u l-possibiltajiet tagħha, billi tirrifjuta miżuri inkompatibbli mal-loġika tagħha.

Għalhekk, li l-kompatibbiltà tal-Ġustizzja elettronika tkun ikkontrallata jidher li huwa obbligatorju f’dan il-proċess.

4. Bl-istess mod, huwa essenzjali li jkun żgurat l-użu ta’ mekkaniżmi affidabbli dwar il-firma diġitali (Firma elettronika), l-awtentikazzjoni ta’ min jużaha (Identità elettronika), indikazzjoni tad-data u garanzija ta’ immutabbiltà tal-atti prodotti jew ta’ dokumenti ppreżentati jew il-krittografija tal-komunikazzjonijiet.

5. Forsi għandna noqogħdu fuq soluzzjonijiet organizzati b’mod integrali fuq l-Internet, u nevitaw li nagħlqu l-amministrazzjoni tal-Ġustizzja sempliċiment f’intranets jew ġewwa netwerks privati virtwali.

Page 13: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 14/64 DV\752580MT.doc

MT

6. Intervent deċiżiv ieħor biex tkun żgurata l-vijabiltà tat-tibdiliet meħtieġa f’dan il-qasam jinsab fil-kamp tat-taħriġ.

Għandhom isiru sforzi sistematiċi u konsistenti fid-direzzjoni li tagħti tħejjija soda lill-imħallfin u lil professjonisti legali oħra fl-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u ta’ mezzi tal-Ġustizzja elettronika, ukoll permezz ta’ teknika ta’ tagħlim virtwali.

Id-dematerjalizzazzjoni ta’ kawżi fil-qrati tesiġi professjonisti mħarġin tajjeb ħafna u kampanji li juru l-vantaġġi tas-sistemi l-ġodda u tad-deċiżjoni diġitali.

7. Malli tkun dematerjalizzata, l-informazzjoni għandha tkun ikklassifikata u mogħtija skont livelli differenti ta’ aċċess u għandha tkun magħluqa għal xi indirizzi speċifiċi jekk dan ikun impost minn regoli nazzjonali jew komunitarji.

Jekk tkun applikata biss għal xi persuni jew partijiet, id-dejta għandu jkun hemm aċċess għaliha permezz ta’ awtentikazzjoni diretta u privata.

Il-mekkaniżmi ta’ kuntatt dirett mal-proċedimenti ġuridiċi għandhom ikunu aċċessibbli wkoll għar-rappreżentanti legali tal-partijiet.

Ovvjament, dan għandu jkollu miegħu struttura sigura u awtentikazzjoni ta’ dokumenti.

L-ebda waħda minn dawn il-kunsiderazzjonijiet ma jesiġu neċessarjament il-ħolqien ta’ għodod differenti. Għall-kuntrarju, huwa rrakkomandat li jkun hemm tnaqqis tal-mekkaniżmi tal-informatika u ma jidhirx li hemm raġunijiet biex tkun evitata ċ-ċentralizzazzjoni tal-aċċessi, pereżempju, f’portali kbar.

8. Il-modi tal-Ġustizzja elettronika fl-Ewropa għandhom dejjem jinkludu l-ġustizza kriminali u ċivili, b’reżistenza għat-tentazzjoni mhux ġustifika li tingħata aktar attenzjoni lir-realtà kriminali.

Il-proġetti għaż-żewġ ġurisdizzjonijiet għandhom jikbru flimkien, b’simetrija u b’bażi f’filosofija komuni u f’terminoloġija u għodod ugwali.

Dan ifisser ukoll li jeħtieġ ikun hemm uniformità fil-ħeffa, riżorsi u kriterji tal-ħolqien taż-żewġ realtajiet, li jmorru lil hinn mill-asimetriji li jiġu mill-waqtiet differenti ta’ oriġini u mill-fatt li jkun hemm wieħed mill-proġetti fit-tielet pilastru u l-ieħor fl-ewwel.

9. It-telf ta’ dokumenti diġitali legali jkun drammatiku u jista’ jeqred il-fiduċja fil-Ġustizzja elettronika. Għalhekk jeħtieġ assolutament li tkun garantita s-sigurtà u l-kwalità tas-soluzzjonijiet mill-bidu sat-tmiem u mill-livelli ta’ riżerva u arkivjar.

Miri

a. Araw li s-soluzzjoni tat-tilwim legali ssir b’aktar ħeffa;b. Naqqsu l-iskadenzi proċedurali;

Page 14: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 15/64 PE415.240

MT

c. Kabbru l-fiduċja fl-effikaċja u fit-trasparenza tal-mekkaniżmi legali u ġudizzjarji u ressqu liċ-ċittadini u n-negozji lejn is-sistemi ġudizzjarji;

d. Irrazzjonalizzaw u ssimplifikaw il-proċeduri ġudizzjarji;e. Naqqsu l-ispejjeż tal-operat;f. Iffaċilitaw l-aċċess għall-ġustizzja;g. Iffaċilitaw ix-xogħol tal-professjonisti legali;h. Għinu l-kooperazzjoni ġudizzjarja u ċ-ċirkulazzjoni ħielsa ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji, billi

ttejbu l-fiduċja reċiproka bejn l-awtorijiet ġudizzjarji, iddaħħlu l-fiduċja permezz ta’ għarfien reċiproku u l-intensifikazzjoni tal-komunikazzzjoni diġitali, tneħħu l-ostakli li jiġu mill-multilingwiżmu u d-diverġenza ta’ terminoloġija legali u billi tipprovdu għodod affidabbli biex tiżguraw is-sigurtà u l-awtentikazzjoni tad-dejta;

i. Ħallu l-interkonnessjoni ta’ bażijiet ta’ dejta nazzjonali u Ewropej;j. Agħtu aċċess dirett għall-formoli meħtieġa għall-kooperazzjoni ġudizzjarja, billi tippermettu

li dawn jimtlew u jintbagħtu elettronikament;k. Agħmlu strutturi aktar ċari f’għajnejn iċ-ċittadini billi tagħtu informazzjoni sempliċi,

aċċessibbli u aġġornata dwar is-sistemi legali nazzjonali, il-liġi Ewropea u r-regoli tal-kooperazzjoni ġudizzjarja Ewropea u internazzjonali.

l. Iċċentraliżżaw l-informazzjoni f’portal kbir tal-Internet li jkun jista’ jagħti aċċess għall-prodotti kollha diġitali, jippermetti interazzjoni skont loġika ta’ Web 2.0, ikkonċentraw l-aċċess għad-diversi servizzi, netwerks u Atlasijiet u ppermettu s-sottomissjoni tal-formoli u t-talbiet kollha u l-ħruġ ta’ dokumenti ta’ forza legali. Agħtu kontribuzzjoni soda għall-bini ta’ qasam ġudizzjarju Ewropew.

Xejriet

1. Quddiem il-bidla tad-dimensjoni taż-żmien u l-ispazju, u mdorrijin li jkollhom aċċess malajr għal kwantità kbira ta’ informazzjoni, iċ-ċittadini Ewropew huma dejjem aktar esiġenti.Jidher ċar li l-ġustizzja tinftiehem fil-mira tagħhom ta’ tamiet kbar u bħala qasam fejn it-teknoloġija tista’ tipproduċi benefiċċji straordinarji għal kulħadd.

2. Meta niftakru f’dawn il-mudelli, fir-realtà psikoloġika u soċjoloġika attwali, fil-pressjoni tad-domanda u fil-ħtiġijiet ġodda maħluqin miż-żieda fl-offerta ta’ prodotti diġitali pubbliċi, l-innovazzjoni teknoloġika mgħaġġla, fit-tkabbir tal-aspettattivi, fir-rass jew fit-tiswir tal-ħin ta’ kull individwu, fil-globalizzazzjoni u fiż-żieda fil-għadd u fl-inċidenza tar-relazzjonijiet ġuridiċi bejn fruntiera u oħra, nistgħu naslu biex ikollna x-xejriet li ġejjin fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika:

Ir-regoli legali u s-sistemi fiżiċi jinbidlu bil-mod biex jippermettu s-sostituzzjoni ta’ proċedimenti ġudizzjarji bl-użu tal-karta b’dawk elettroniċi;

a. Il-ġeneralità tar-relazzjonijiet bejn iċ-ċittadini u l-Istat, b’mod partikulari fil-qasam tal-Ġustizzja, jitqiegħdu fuq bażi tal-informatika;

b. Il-burakrazija tiħfief minħabba n-natura aktar veloċi tal-kanali ta’ komunikazzjoni;

Page 15: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 16/64 DV\752580MT.doc

MT

c. Il-konnessjonijiet fost qrati u awtoritajiet tal-pajjiżi differenti, l-aktar fil-qafas tal-istrumenti adottati fil-qasam ġudizzjarju Ewropew, huma essenzjalment ibbażati fuq mezzi diretti u ta’ ħeffa u fuq vidjokonferenzi b’multikamera u reġistrazzjoni elettronika;

d. Iċ-ċirkulazzjoni ħielsa ta’ sentenzi tkun megħjuna mill-aċċess pubbliku ġeneralizzat għal kawżi u sentenzi ġudizzjarji, permezz ta’ kull xorta ta’ mezzi diġitali bħal kompjuters personali,assistenti diġitali personali, telefowns ċellulari, u kull mezz ieħor tal-id bi frekwenza wide jew broad;

e. Naraw l-espansjoni tal-firxa, f'livell dinji, ta’ netwerks ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja ibbażati fuq komunikazzjonijiet ta’ ħeffa kbira u regoli simplifikati għajnuna reċiproka;

f. It-talbiet għal kooperazzjoni fl-Ewropa jkunu assolutament dematerjalizzati u l-formoli mehmużin mar-regolamenti Ewropew eżistenti u ġodda jimtlew u jintbagħtu direttament b’mod elettroniku;

g. Netwerks li joħolqu kanali eħfef, informali u permanenti li jipproduċu tessut globali;

h. Nassistu għall-konċentrazzjoni tal-għodod tal-informatika u għall-assorbiment tagħhom fi spazji tematiċi tal-Internet qawwija u li jinkludu kollox;

i. L-Istati u l-Unjoni Ewropea jipprovdu informazzjoni dwar ir-regoli legali interni u komuni; din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għaċ-ċittadini, negozji, prattikanti legali u awtoritajiet ġudizzjarji;;

j. Fl-istadju tal-proċediment ġudizzjarju, naħsbu li mmorru tajjeb fl-oqsma ta’ ħolqien ta’ qratimingħajr l-użu tal-karta, reġistrazzjoni u kontroll ta’ kawżi, tqassim ta’ kawżi, ħlasijiet minn fuq l-Internet u sistemi ta’ tariffi tal-qorti, żamma ta’ proċessi, arkivjar, tmexxija tal-qorti u sistemi ta’ statistika;

k. Vuċi u vidjo fuq Protokoll tal-Internet u links tal-vidjo rapidi, medjazzjoni elettronika, traduzzjoni awtomatika, għarfien tal-vuċi jew stenografija diġitali, reġistrazzjoni elettronika integrali ta’ udjenzi, notifika diġitali ta’ dokumenti u komunikazzjonijiet dematerjalizzati mal-qrati u mingħandhom, kawżi mingħajr l-użu tal-karta u proċeduri awtomatiċi, relatati ma’ bażijiet ta’ dejta anqas, aktar effiċjenti u inklużivi, ikunu adottati fil-wisa’.

L-Ordni ta’ Infurzar Ewropea

1. Fil-qasam tar-Regolament dwar Ordni ta’ Ħlas Ewropea, il-Ġermanja u l-Awstrija nedew proġett għall-bini ta’sistema transkonfinali li setgħet tkun estiża għal-livell tal-UE.

Dan il-proġett huma ppjanat li jibda, fil-verżjoni sempliċi tiegħu, malli r-Regolament (KE) nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea jibda japplika, li huwa t-12 ta’ Diċembru 2008.

Page 16: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 17/64 PE415.240

MT

Huwa pproggrammat ukoll li jkun hemm żieda ta’ funzjonalitajiet ulterjuri f'dati aktar 'il quddiem.

Dan għandu l-appoġġ ta’ regola speċifika ta’ dan id-dokument legali Komunitarju , jiġifieri l-Artikolu 8.

Dan l-Artikolu jipprospetta li l-eżami tal-applikazzjoni, li permezz ta’ hekk ikun hemm kontroll fir-rigward tar-rispett għar-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 2, 3, 4, 6 u 7, u dwar jekk it-talba tkunx tidher li jkollha bażi tajba. Dan jista’ jsir bl-użu ta’ «proċedura awtomatizzata».

Dan ix-xogħol huwa ta’ sfida kbira u eżempju ta’ kemm għandna nagħtu attenzjoni speċjali meta jkollna quddiemna x-xogħol ċiklopiku ta’ formazzjoni ta’ spazju għal Ġustizzja elettronika. Għalhekk jixraq li jissemma hawnhekk, f’din l-analiżi inizjali.

2. Ir-Regolament jidher f’ «salib it-toroq», fil-konfluwenza ta’ żewġ sistemi differenti.

Għal waħda minn dawn – is-sistema ta’ proċedura ta’ ordni ta’ infurzar pur (jew «gerichtliches mahnverfahren»), fejn uffiċjal b’ċerti setgħat ġudizzjarji («der Rechtspfleger») u mhux l-imħallef («der Richter») jagħmel l-eżami ħafif tal-applikazzjoni u joħroġ l-ordni ta’ infurzar –huwa eħfef li wieħed jikkonċepixxi proċedura awtomatizzata. Hu x’inhu, anki hawn, huwa pass kulturalment u ġudizzjarjament iebes li l-analiżi ta’ kemm il-bażi tat-talba tkun tajba tiġi fdata lil sistema ċibernetika.

Ukoll jekk jitqies li qorti hija, għal dawn is-sistemi u għar-Regolament1 li huma ispiraw, xi ħaġa differenti minn imħallef, jidher li s-sistema tista’ tħalli liċ-ċittadini , għall-anqas apparentament, anqas protetti.

Għas-sistemi mħalltin jew puri ta’ proċedura ta’ ordni ta’ infurzar (bħal dawk Spanjoli, Franċiżi u Taljani), ikkaratterizzati mill-garanzija tal-intervent ta’ mħallef, aħna jista’ jkollna quddiemna ċaħda tad-dritt għal imħallef, il-bidu tad-deċiżjonijiet awtomatizzati u r-rifjut tal-aċċess reali għall-Ġustizzja.

3. Din hija prova reali għall-ħila tagħna.

Għall-anqas fid-dawl ta’ metodi kulturali Ewropej, jekk iċ-ċittadini, l-aktar dawk l-anqas imħejjija biex iħarsu lilhom infushom u biex jifhmu s-sistemi legali, meta jsibu rwieħhom fil-pożizzjoni ta’ konvenuti, jaslu għall-konklużjoni li din hija sistema deumanizzata minħabba nuqqas ta’ aċċess għal analiżi preliminari professjonali, teknika u imparzjali tal-kawżi tagħhom, jista’ jagħti l-każ li l-kisbiet fl-effiċjenza ma jkunx biżżejjed biex isalvaw ix-xbieha tal-Ġustizzja elettronika.Għalhekk, f’dan l-intervent wieħed għandu joqgħod attent ħafna. Il-Ġustizzja elettronika għandha dejjem tkun mill-bniedem, miegħu u għalih.

1 «‘qorti’ tfisser kull awtorità fi Stat Membru b’kompetenza għal ordnijiet Ewropej għal pagament jew għal kull

ordni oħra» – Artikolu 5, 3).

Page 17: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 18/64 DV\752580MT.doc

MT

II. NOTIFIKA TA’ DOKUMENTI U SMIGĦ TA’ XHIEDA B’MOD ELETTRONIKU, DOKUMENTAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI ELETTRONIĊI, VIDJO-KONFERENZI

Il-proċeduri ġudizzjarji Ewropej b’element transkonfinali jistgħu jkunu ffavoriti ħafna mill-istrumenti tal-Ġustizzja elettronika.

B’mod speċjali, dawn l-istrumenti jistgħu jkunu effikaċi u utli ħafna għal żmien fil-qrib u medju, fl-oqsma ta’ notifika ta’ dokumenti, smigħ ta’ xhieda, l-Ordni ta’ Ħlas Ewropea, il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u applikazzjonijiet għal għajnuna legali.

In-notifika ta’ dokumenti u l-komunikazzjoni u d-dokumentazzjoni elettroniċi

1. Id-dematerjalizzazzjoni ta’ proċedimenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji bejn fruntiera u oħra tinvolvi komunkazzjoni elettronika bejn qorti u l-partijiet fil-proċedimenti.

Dan huwa essenzjali biex ikun hemm il-ħeffa, meta jitqiesu d-distanzi u d-diffikultajiet partikulari tal-litigazzjoni internazzjonali.

F’dan il-qasam, ir-Regolament (KE) nº 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, applikabbli wara t-13 ta’ Novembrur 2008, jimponi li «dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji jintbagħtu direttament b’mezzi rapidi» (nru 8 tal-preambolu).

Din hija r-raġuni legali perfetta biex tiddaħħal it-teknoloġija tal-IT f’dan il-qasam.L-għodod tal-Ġustizzja elettronika jintużaw ukoll biex ikunu jistgħu jinkisbu l-għanijiet tar-Regolament billi jsir manwal elettroniku li jkun fih l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 2, 3, 4, 10, 11, 13, 15 u 19.

2. In-notifika ta’ dokumenti u komunikazzjonijiet b’mod ġenerali taħti għal dewmien kbir fil-proċedurali.

Il-modi konvenzjonali kif isir kuntatt dejjem iġibu magħhom, ukoll, ħruġ finanzjarju kbir u mobilizzazzjoni vasta ta’ riżorsi umani.

3. Hawnhekk, it-teknoloġiji tal-informatika għandhom potenzjalitajiet enormi. Fosthom għandna nenfasizzaw il-ħeffa tal-posta elettronika, it-tnaqqis tal-ispejjeż marbutin mal-użu tal-vuċi fuq Protokoll tal-Internet u l-effiċjenza u l-ħeffa li joħorġu mill-vidjokonferenzi fuq wideband broad, wide jew ultra.

4. Biex ikunu żgurati l-aħjar riżultati f’sistema ta’ Ġustizzja dematerjalizzata, ikun ta’ importanza kbira li kull ċittadin ikollu indirizz elettroniku.

Page 18: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 19/64 PE415.240

MT

Din il-mira tista’ tinkiseb b’immaġinazzjoni u b’viżjoni politika wiesgħa. Anki s-servizzi tal-posta jistgħu jibdlu lilhom stess mill-ġdid internament biex jiżguraw li jkun hemm kuntatt maċ-ċittadini u ma’ destinatarji ta’ dokumenti elettroniċi.

Soluzzjoni oħra tista' tkun il-ħolqien b'mod ċentrali ta' indirizz tal-posta elettronika għal kull ċittadin. Min ma jkollux kompjuter ikun jista’ jkollu aċċess għall-posta elettronika tiegħu f’postijiet pubbliċi magħżulin apposta għal dak l-iskop.

B’mod kumplimentarju, f’kull kuntratt, jistgħu jkunu imposti l-indikazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-indirizzi tal-posta elettronika tal-partijiet, biex ikunu użati f’każ ta’ litigazzjoni dwar il-ftehim sottoskritt.

5. Dwar il-kwistjoni tad-dokumentazzjoni Elettronika, jekk jogħġbok ara dak li ntqal fl-ewwel kapitolu ta’ dan it-test.

Vidjokonferenzi fil-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali

1. It-test li attwalment għandu r-regoli dwar rogatorja bejn fruntiera u oħra fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali huwa r-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001.

Is-sett tiegħu ta’ normi japplika fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, ħlief fid-Danimarka, u jieħu post il-Konvenzjoni tat-18 ta’ Marzu 1970 dwar is-smigħ ta’ Xhieda Barra l-Pajjiż fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi li kienu marbutin biha.

2. Ir-Regolament Ewropew indikat japplika meta:a. L-għan tiegħu ikun is-smigħ ta’ xhieda fl-ispazju Komunitarju;b. Is-smigħ ta’ xhieda bħal dik ikun dwar kwistjonijiet ċivili u kummerċjali;c. It-talba tkun ippreżentata quddiem qorti ta’ Stat Membru;d. L-elementi rikjesti dwar prova ikunu maħsubin biex jintużaw fi proċedimenti ġudizzjarji mibdijin jew kontemplati.

3. It-tip l-aktar użat f’każ ta’ rogatorja minn fruntiera għal oħra magħmul skont ir-regoli tar-Regolament huwa dak ibbażat fuq it-trażmissjoni diretta ta’ talbiet bejn il-qrati. Huwa wkoll l-aktar sistema inkuraġġita ta’ kooperazzjoni fil-loġika l-ġdid introdotta mit-Trattat ta’ Amsterdamu mill-Konklużjonijiet ta’ Tampere.

F’dan il-qasam, il-qorti ta’ Stat Membru li tkun trid tibgħat talba għal smigħ ta’ xhieda lill-qorti kompetenti ta’ Stat Membru ieħor għandha, qabel xejn, tidentifikaha u tindika l-post fejn tkun tinsab.

Għall-fini ta’ dan, hija tkun tista’ tuża l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċiviliimsemmi hawn fuq.

Page 19: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 20/64 DV\752580MT.doc

MT

Hemmhekk, hija tkun tista’ ssib il-formoli adegwati, l-indikazzjoni tal-lingwi li jistgħu jintużawbiex jimtlew, u ssir taf kif tikseb sistema ta’ vidjokonferenzi fil-qorti mitluba.

Hija tkun tista’ tikseb ukoll referenza għall-mezzi ta’ kooperazzjoni aċċessibbli.Barra minn dan, hija jista’ jkollha aċċess għat-testi tar-Regolament imsemmi, tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1970, u tal-komunikazzjonijiet tal-Istati Membri.

Wara li tkun saret taf fejn tinsab il-qorti mitlub, il-qorti li tagħmel it-talba għandha timla l-formola A mehmuża mat-test Ewropew imsemmi. Din il-formola u l-formoli l-oħra kollha jistgħu jimtlew elettronikament. Wara li jsir dan, il-formola tista’: a. Tiġi stampata u mibgħuta bil-posta normali; b. Tiġi ssejvjata fuq Kompjuter Personali jew; c. Tintbagħat direttament bil-posta.

4. In-nru 8 tal-preambolu tar-Regolament jistabbilixxi li «L-effiċjenza ta’ proċeduri ġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali teħtieġ li t-trażmissjoni u l-eżekuzzjoni ta’ rikjesti għall-eżekuzzjoni tal-kumpilazzjoni ta’ xhieda jsiru direttament u bl-aktar mezz mgħaġġel possibbli bejn qrati tal-Istati Membri.»

Dan it-test legali tal-Komunità Ewropea jimponi l-użu tal-mezzi l-aktar avanzati teknoloġikament u jagħti privileġġ lill-vidjokonferenzi.

F’dan is-sens, in-nru 4 tal-Artikolu 10 jgħid li «Il-qorti rikjedenti tista titlob lill-qorti rikjesta biex tuża’ teknoloġija ta’ komunikazzjonijiet fl-eżekuzzjoni tal-kumpilazzjoni ta’ xhieda, partikolarment permezz ta’ konferenzi bl-użu tal-vidjo u konferenzi bl-użu tat-telefon.»

5. Din l-ordni hija tant serja lil l-istess regola timponi li «Il-qorti rikjesta għandha tikkonforma ma’ ħtieġa bħal din minbarra jekk din ma tkunx inkompatibbli mal-liġi tal-Istat Membru tal-qorti rikjesta jew minħabba f’diffikultajiet prattiċi maġġuri».

Jidher li diffikultajiet fiżiċi biss jistgħu jkunu ostakli għall-użu ta’ vidjokonferenza, minħabba li ma nafu b’ebda sistema legali ta’ Stat Membru li ma tħallix li jsir użu minn mezz teknoloġiku bħal dan minħabba l-eżistenza ta’ ostakli ġuridiċi reali.

6. Il-ħeffa li għandu l-użu ta’ teknoloġija avanzata hija mmirata b’tant intensità li r-Regolament jipprospettaha bħala possibiltà għal ftehim reċiproku bejn qrati biex jinkisbu mezzi li qabel ma kinux jeżistu (Nru 4 tal-Art. 10).

7. Vidjokonferenzi huma installati fil-Komunità b’mod irregolari u asimetriku, minkejja l-entużjażmu kbir li tqanqal bil-ħolqien tar-Regolament.

Fl-istat attwali, jistgħu jsiru fil-maġġoranza tal-Istati Membri fi proċedimenti kriminali, iżda hija anqas komuni fi proċedimenti ċivili.

Skont id-dejta mibgħuta biex tiddaħħal fl-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili, fil-Portugal biss jistgħu jsiru vidjokonferenzi fil-qrati kollha.

Page 20: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 21/64 PE415.240

MT

Xi Stati Membri ma jużawha xejn u xi oħrajn jeħtiġilhom ikunu kkuntattjati minn qabel biex ikun żgurat li jitneħħew xi affarijiet u jkunu installati mezzi mobbli (kif jiġri fl-Olanda u fi Schleswig-Holstein fil-Ġermanja).

8. Jekk ma jkunx possibbli li jintuża mezz teknoloġiku speċifiku, bħalma hija l-vidjokonferenza, il-qorti mitluba għandha tibgħat il-formola E, mehmuża mar-Regolament, u tiddikjara l-eżistenza ta’ inkompatibiltà tal-mezz mad-dritt tal-Istat Membru tal-qorti mitluba jew l-impossibiltà li dan il-mezz ikun applikat minħabba diffikultajiet prattiċi kbar.

9. Abbażi tar-Regolament, l-użu tal-vidjokonferenza biex il-qorti li tagħmel it-talba titħalla teżamina xhud huwa inkluż fil-kunċett ta’ smigħ dirett ta’ xhieda skont l-Artikolu 17 li jiddetermina l-ħtieġa ta’ intervent tal-korp ċentrali msemmi fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 2.

10. Din tintroduċi diffikultà partikulari u kontradizzjoni interna suxxettibbli li tikkomprometti mingħajr ħtieġa l-proċess tal-kooperzzjoni f’dan il-qasam.

Dan huwa hekk għaliex, hawnhekk, ninsabu quddiem żewġ arkitetturi differenti li b’mod reċiproku jannullaw lil xulxin jew, għall-anqas, jidħlu f’xulxin.

Min-naħa l-waħda, qed insiru nafu b’kunċetti strutturali innovattivi li tfasslu bil-ħsieb tal-ħtieġa li jkun hemm ħeffa, sempliċità u fiduċja. Dawn ir-regoli ġodda huma msejsa fuq il-proklamazzjoni tal-primat tal-kuntatt mhux intermedjat bejn il-qrati, li jnaqqsu l-irwol tal-awtoritajiet ċentrali, u fuq l-użu intensiv tal-mezzi teknoloġiċi l-aktar riċenti.

Min-naħa l-oħra, qed inħabbtu wiċċna ma prekawzjonijiet partikulari fis-smigħ dirett ta' xhieda li jimponu l-intervent sistematiku ta’ awtorità tal-Istat Membru tal-qorti mitluba, ma jippermettux awtomatiżmi u inizjattivi immedjati u jintroduċu limitazzjonijiet mhux meħtieġa għar-regoli tal-produzzjoni tal-prova.

Pereżempju, skont il-kunċett deskritt, jekk qorti ta’ ċertu pajjiż titlob lill-qorti ta’ pajjiż ieħor biex teżamina xhud, dan ix-xhud ikun obbligat jidher u jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu skont ir-regoli li japplikaw għal kull interrogazzjoni interna, kif dikjarat fl-Artikolu 13 tar-Regolament.

Stramba din, imma jekk il-qorti li tagħmel it-talba titlob is-smigħ dirett ta’ xhieda bl-użu tal-mezz l-aktar rapidu, dirett u effiċjenti, jiġifieri bil-vidjokonferenza, allura jibdew id-diffikultajietu l-prova tkun tista’ tinkiseb biss fuq bażi volontarja, bil-proskrizzjoni ta’ kull miżura obbligatorja, kif jirriżulta mill-Artikolu 17 nru 2. Dan iwassal għall-frustrazzjoni totali tal-inizjattiva f’parti sostanzjali tal-każijiet.

11. Meta naħsbu dwar l-operat f’rogatorja minn fruntiera għal oħra permezz ta’ vidjokonferenza, ikollna nikkonkludu li m’aħniex niffaċċjaw, hawnhekk, il-ħtiġijiet tal-ħarsien tas-sovranità li hemm fil-qafas tal-ispostament fattwali tal-membri ta’ qorti għal pajjiż ieħor. L-ispeċjalitajiet tal-Artikolu 17 huma ġustifikati biss għal dan il-każ.

L-intermedjazzjoni ta’ awtorità ċentrali tkun meħtieġa meta jkun hemm il-bżonn ta’ affermazzjoni ta’ riżerva ta’ sovranità u li diffikultajiet prattiċi jitħallew tinstabilhom soluzzjoni

Page 21: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 22/64 DV\752580MT.doc

MT

li għal quddiem ma kinux ikunu suxxettibbli għal soluzzjoni permezz tal-intervent biss tal-qrati involuti.

Il-karattru mhux obbligatorju tal-kooperazzjoni ta’ xhud mal-qorti ta’ Stat differenti li taġixxi barra mit-territorju tagħha jfakkarna li, f'żona ġeografika speċifika, awtoritajiet lokali biss jistgħu jipprattikaw atti assistiti minn miżuri obbligatorji.

12. Jista’ jkun li aħna nistgħu niġbdu minn dan kollu li l-leġiżlatur Ewropew ma ntebaħx bil-kontradizzjoni li huwa daħħal fis-sistema meta ħalla l-vidoekonferenza fir-reġim tal-Artikolu 17.

Jidher, għall-anqas mill-perspettiva ta’ reviżjoni tar-Regolament, li aħna jmissna nirriżervaw din ir-regola għas-sitwazzjonijiet tal-ispostament fattwali tal-membri ta’ qorti għal Stat ieħor. B’dan il-mod biss aħna nkunu nistgħu nagħtu koerenza lir-rieda dikjarata li nużaw mezzi teknoloġiċi ta’ aktar ħeffa u li nistimulaw kuntatti diretti bejn qrati.

13. Bid-De iure condendo u b’kongruenza mal-finalitajiet immirati u l-prinċipji mfasslin bir-Regolament taħt analiżi, aħna nsostnu li r-rogatorja bejn fruntiera u oħra permezz tal-vidjokonferenza għandha tkun organizzata b’kuntatt dirett sempliċi bejn żewġ qrati Ewropej.

14. Inqisu wkoll li l-kisba tal-kooperazzjoni indispensabbli taċ-ċittadini mas-sistema ġudizzjarja għandha tkun sostnuta bil-miżuri obbligatorji rikonoxxuti mid-dritt intern tal-Istat mitlub.

15. Dwar il-kuntest attwali, nistgħu biss nirrakkumandaw li l-qorti li tagħmel it-talba titlob għall-użu tal-vidjokonferenza skont ir-reġim tal-Artikolu 10, li jħalli lill-qorti mitluba tagħmel il-mistoqsijiet meħtieġa lix-xhieda, u fl-istess waqt tapplika l-possibiltà li l-imħallfin tagħha jippartiċipaw fl-att skont ir-regola tal-Artikolu 12 nru 4.

Jidher li dan huwa l-uniku mod li bih tkun ippriservata l-arkitettura tar-Regolament u li huwa ammess li l-użu tas-soluzzjonijiet ġodda tiegħu ma jisfawx fenomenu residwali.

16. Id-differenzi ppreżentati mill-qrati bi tradizzjoni kbira ta’ proċeduri bil-miktub joħolqu wkoll reżistenzi speċifiċi.

17. Biex ikunu jistgħu jinħallu l-problemi eżistenti li jiddeterminaw użu residwali ta’ vidjokonferenzi fi kwistjonijiet ċivili, jidher li tkun utli ħafna l-elaborazzjoni ta’ manwal Ewropew dwar l-użu tal-vidjokonferenza, waqt li tinżamm ħajja l-ħtieġa li jkunu indikati regoli sempliċi u ċari ta’ operat li joħolqu fiduċja u li jġibu għal xejn il-mistifikazzjoni ta’ din it-teknoloġija.

Dan huwa ferm aktar importanti milli jkunu ddefiniti protokolli tekniċi u standards teknoloġiċi.

Fi kwistjonijiet ċivili, manwal bħal dan għandu jqis, fost affarijiet oħra, li:a. Huwa fundamentali li jiġi affermat, biex jitneħħew id-dubji li għadhom jeżistu, li s-smigħ mil-bogħod ta’ xhieda permezz ta’ vidjokonferenzi, skont l-Artikoli 17 jew 10 tar-Regolament, għandu jkun konformi, kemm jista’ jkun, mal-proċedura segwita għall-eżami ta’ xhieda fl-awli tal-qrati tal-Istat li jagħmel it-talba, li jfisser li l-għażla tal-post għall-vidjokonferenzi għandha

Page 22: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 23/64 PE415.240

MT

ssir minn fost l-ispazji fiżiċi eżistenti tal-qorti mitluba u li tingħata attenzjoni għall-ħtieġa li jkunu żgurati d-dinjità u r-rispett għall-att.

b. Fejn it-tagħmir li jkollu jintuża jinġieb mill-qorti, m'għandux ikun hemm spejjeż. Fejn it-tagħmir li jkollu jintuża ma jinġiebx minnha, l-ispejjeż kollha għat-trażmissjoni, kiri tat-tagħmir u l-persunal teknku li jħaddmuh għandhom jitħallsu mill-parti li tkun talbet il-vidjokonferenz.

18. B’mod parallel, jidher li huwa importanti li l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew dwar Kwistjonijiet Ċivili jkun aġġornat f’dak li għandu x'jaqsam mal-vidjokonferenzi, minħaba li jidher li jeżistu ħafna aktar sistemi installati u f’kundizzjonijiet għall-użu skont ir-Regolament 1206/2001 milli dak indikat.

19. Huwa deċiżiv li jintlaħaq ftehim, f’livell Ewropew, dwar formati u protokolli standardizzati u unformi ta’ komunikazzjoni.

Jidher li huwa rakkomandabbli, mhux biss minħabba l-ispejjeż iżda wkoll meta wieħed iqis l-aċċessibiltà tagħhom globalment u kemm l-użu tagħhom huwa faċli, li jkun adottat il-Protokoll tal-Internet dwar il-vidjokonferenzi minflok linji dedikati u sett speċifikat ta’ regoli (ovvjament bi krittografija qawwija, jekk tkun meħtieġa).

Id-domanda għal teknoloġija għolja biex tiddaħħal teknoloġija li llum hija rħisa u faċli, tista’ twassal biss għal dewmien u reżistenzi bla bżonn.

20. Il-vidjokonferenzi jistgħu jkunu utli wkoll fil-qasam qasam tal-komunikazzjoni ma’ ħabsijiet, l-aktar biex ikunu evitati riskji u spejjeż involuti fl-isforz li jsir biex tkun żgurata l-preżenza fiżika ta’ ċittadini arrestati.

III. PROĊEDURI ELETTRONIĊI EWROPEJ U L-ĠUSTIZZJA ELETTRONIKA EWROPEA

1. Is-sena 2007 kienet waħda ta’ żvilupp kbir tal-idea ta' Ġustizzja elettronika fl-Ewropa.Matul dik is-sena, kien tfassal prototip għall-portal tal-Ġustizzja elettronika Ewropea, imsemmi fid-diskors tas-Sur Maud de Boer-Buquicchio, Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa waqt il-Konferenza “Work on e-Justice 2007” [Il-Ħidma tal-Ġustizzja elettronika fl-2007] li kienet inżammet fi Bremen, mid-29 - 31 ta’ Mejju 2007 bħala «infrastruttura interoperabbli a’ komunkazzjonijiet, transkonfinali dwar il-Ġustizzja elettronika», kostruzzjoni li x’aktarx tkun ta’ link bejn sistemi legali differenti.

Il-konklużjoni kienet li s-sistema tal-Ġustizzja elettronika Ewropea ma setgħetx tkun ċentralizzata, u, għalhekk, kellha toqgħod fuq soluzzjonijiet nazzjonali koordinati tajjeb biex ikun żgurat li titħaddem b’mod komuni u effiċjenti u biex «is-sistema titmexxa b’mod koerenti»1.

1 Ir-Rapport tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar l-Ipproċessar ta’ Data Legali (Ġustizzja elettronika) 15892/07

LIMITE, JURINFO 73, JAI 646, JUSTCIV 325, COPEN 170, Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.

Page 23: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 24/64 DV\752580MT.doc

MT

2. Fil-laqgħa tiegħu tad-19 u l-20 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill Ewropew laqa’ bi pjaċir l-inizjattiva biex "progressivament jitwaqqaf portal uniformi tal-Ġustizzja elettronika tal-UE sa tmien l-2009".

3. Dan il-portal għandu jikkonċentra fuq id-diversi proġetti fuq siti elettroniċi, paġni elettroniċi, portali b’bażi settorjali, għodod ta’ informazzjoni, bażijiet ta’ dejta, Netwerks u atlasijiet, rilevanti fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika Ewropea, li jinkorporaw l-istrumenti diġitali eżistenti kollha tal-kooperazzjoni ġudizzjarja transkonfinali fl-Ewropa.

Il-portal għandu jirrappreżenta ċentru ta’ informazzjoni u servizzi u spazju ta’ interazzjoni, li jaħdem bħala bieb uniku li minnu ċ-ċittadini u n-negozji jkun jistgħu jgħaddu biex ikollhom aċċess għall-Ġustizzja elettronika.Għandu jkun ukoll għodda siewja għal imħallfin, uffiċjali tal-qorti, awtoritajiet ċentrali, uffiċjali tal-Ministeri tal-Ġustizzja nazzjonali u prattikanti legali.Għandu jkun jista’ jikkomprendi livelli differenti ta’ aċċess u drittijiet diversi ta’ aċċess.

4. Il-portal tal-Ġustizzja elettronika jista’ jservi bħala punt uniku ta’ aċċess għal-liġijiet nazzjonali u tal-UE – wara l-eżempju tal-EJNCCM bil-mod kif jirreferi għall-għan – li jiffaċilita l-komunikazzjoni bejn qrati, awtoritajiet pubbliċi u partijiet interessati u li jagħti pariri legali u assistenza ġenerali għal problemi legali transkonfinali.

Prinċipalment, il-portal għandu jagħti informazzjoni mftuħa, mingħajr ħlas, abbundanti u komprensiva lill-pubbliku.

Għandu jagħti dejta preċiża u utli permezz ta’ sistemi mfasslin biex jgħinu liċ-ċittadini jsiru jafu kif jittrattaw problemi legali, u jkun magħhom fil-fażijiet kollha għas-soluzzjoni tal-istess problemi.

5. Il-portal għandu jopera wkoll bħala għodda li juri mill-ġdid lill-viżitaturi d-direzzjoni għal reġistri interkonnessi f’livell Ewropew u jagħti aċċess dirett għall-proċeduri ġodda Ewropew(e.g. «talbiet żgħar») u l-aktar, lil dawk awtomatizzati (e.g. proċedura awtomatizzata «tal-Ordni għal Ħlas Ewropea») u lil proċeduri Ewropej elettroniċi kollha li jistgħu jinħolqu.

6. Il-portal jeħtieġ li jkun multilingwali u li joffri informazzjoni fit-23 lingwa tal-UE billi juża, meta jkun meħtieġ, software imfassal b’mod speċjali għat-traduzzjoni.

Meta jagħmel link ma’ Paġni Elettroniċi nazzjonali, għandu jippermetti t-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, l-aktar permezz tal-użu ta’ sistemi awtomatizzati ta’ traduzzjoni (bħal EUROVOC u s-sistema awtomatizzata ta’ traduzzjoni SYSTRAN) u jagħti attenzjoni speċjali lill-ħtieġa ta’ għodod ta’ traduzzjoni legali (bħal SOLON u N-Lex).

Ikun jista’ jkollu fih bażi ta’ dejta ta’ tradutturi u interpreti legali disponibbli għall-qrati, għal prattikanti legali u għall-pubbliku.

7. Il-Portal Ewropew għandu jagħti aċċess għall-formoli mehmuża mar-Regolamenti, il-mili tagħhom u kif jintbagħtu b’mod elettroniku u wkoll għall-possibiltà li tintalab għajnuna legali

Page 24: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 25/64 PE415.240

MT

b’mod dirett u li jkunu ppreżentati applikazzjonijiet b’mod elettroniku (e.g. dwar kumpens lil vittmi ta’ reati) u talbiet għall-proċessi kriminali, proprjetà u affarijiet oħra li jkunu f’reġistri.

Huwa għandu wkoll jippermetti l-użu ta’ riżoluzzjonijiet alternattivi ta’ tilwim minn fuq l-Internet (ADR) u aċċess għall-ombudsmen nazzjonali fejn dawn ikunu jeżistu.Huwa jkun jista’ jippermetti ħlasijiet b’mod elettronku, bħal drittijiet tal-qorti.

8. Nistgħu nistħajlu li dan il-Portal ikun jista joffri, xi darba, kaxxa postali elettronika Ewropea għal kull ċittadin tal-Istati Membri, li tkun tista’ tintuża għall-kuntatti mill-qrati u minn awtoritajiet oħra u, ukoll, għan-notifika ta’ dokumenti.

9. Huwa għandu jippermetti komunikazzjoni sigura, jagħti l-elementi meħtieġa għal vidjokonferenzi u jkun il-qalba tal-fluss ta’ bdil ta’ dokumenti bejn qrati u fost qrati u partijiet li jużaw, meta jkun meħtieġ, identità elettronika, sigurtà elettronika u mezzi ta’ indikazzjoni tad-data u li jkunu f’formati standardizzati u fi protokolli ta’ komunikazzjoni.

10. Mezzi bħal CIRCA (il-portal ta’ spazji ta’ ħidma kollaborattiva għal imsieħba tal-Istituzzjonijiet Ewropej użat, pereżempju, għal komunikazzjonijiet magħluqin ġewwa l-EJNCCM) jistgħu jkunu sostitwiti b’dan iċ-ċentru ta’ kuntatt dirett.

Fil-Portal, kulħadd jista’ jkun f’qagħda li jagħmel kuntatt mal-kollegi tiegħu fi proġetti jew interventi permezz ta’ awtentikazzjoni sigura, jista’ jkun il-bieb li minnu jgħaddi l-kanal ta’ komunikazzjoni mingħajr l-użu tal-karta bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji permezz ta’ netwerk sigur.

11. Il-ħolqien ta' portal ta' Ġustizzja elettronika jista’ jżid il-viżibiltà tal-Ġustizzja elettronika Ewropea u jgħin biex tidħol il-fiduċja u aċċess aħjar għall-ġustizzja fl-Ewropa.

Jista’ wkoll jagħti identità lill-UE fil-qasam tal-Ġustizzja u b’hekk iressaq liċ-ċittadini lejn il-Komunità u l-għanijiet tagħha.

Page 25: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 26/64 DV\752580MT.doc

MT

NETWERKING ELETTRONIKU TA’ PROĊESSI KRIMINALI U L-ĦTIEĠA LI TKUN ŻGURATA L-PROTEZZJONI TA’ DEJTA

PERSONALI

PHILIPPE DELARBREDIRETTUR TAL-BURÒ NAZZJONALI TA’ PROĊESSI KRIMINALI,

NANTES

Page 26: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 27/64 PE415.240

MT

L-INTERKONNESSJONI TAR-REKORDS KRIMINALI

FL-UNJONI EWROPEA

Fit-22 ta’ Jannar 2003, fl-okkażjoni tal-40 anniversarju tat-Trattat ta’ Elysée, il-President tar-

Repubblika Franċiża u l-Kanċillier tar-Repubbika Federali tal-Ġermanja għamlu Dikjarazzjoni

Konġunta kif ukoll impenn biex joħolqu rekords kriminali Ewropej.

Hi minħabba din il-volonta komuni li Franza u l-Ġermanja żviluppaw in-netwerking tar-rekords

tal-pulizija fiz-zona tal-Unjoni Ewropea li hu fil-qafas ta’ proċess infurzat mill-koperazzjoni

kriminali.

L-għan tal-imsieħba tal-Interkonnessjoni huwa li jipperettu li kull Stat Membru jkollu aċċess,

b’mod mgħaġġel u affidabbli, għas-sentenzi mill-ġuriżdizzjonijiet ta’ Stati Membri oħra kontra

ċ-ċittadini tagħhom sabiex titjieb il-kwalità tal-Ġustizzja tal-Istati Membri (1).

Dan l-aċċess mgħaġġel u affidabbli għandu jiġu aċċertat minn skambji siguri elettroniċi bejn l-

Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Sabiex jaċċertaw garanzija ta’ protezzjoni tad-dejta personali

l-Istati Membri tal-Interkonnessjoni tar-Rekords Kriminali għamlu impenn li jirrispettaw id-

dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-Kunsill Ewropew tat-28/01/1981 rigward il-protezzjoni tal-

persuni li jikkunsidraw il-proċessar awtomatiku tad-dejta personali (2).

Id-dispożizzjonijiet tal-24/10/1995 tad-Direttiva nru 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-

Kunsill rigward il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi li jirrigwadjaw il-proċessar tad-dejta personali

huma applikabbli wkoll.

Din is-sħubija infurzata sservi ta’ proġett pilota għall-Unjoni Ewropea sabiex tiġi żviluppata l-

Interkonnessjoni fl-Istati Membri kollha fil-qafas tad-Deċiżjoni Kwadru li kienet soġġetta għal

Ftehim Politiku fl-2007 u dawk li l-metodi tekniċi tagħhom huma speċifikati permezz ta’

deċiżjoni ECRIS matul l-adozzjoni.

1) PREŻENTAZZJONI DWAR L’INTERKONNESSJONI TAR-REKORDS KRIMINALI

Il-proċess ta’ koperazzjoni kriminali li ġie infurzat bejn Franza u l-Ġermanja ġie konġunt b’mod

progressiv, mill-pajjiżi l-ġodda.

Page 27: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 28/64 DV\752580MT.doc

MT

Hu ideali li jkun hemm speċifikazzjoni tal-pajjiżi li huma parti mill-Interkonnessjoni tar-rekords

tal-pulizija, tal-qafas ġuridiku tal-iskambji u d-dettalji ta’ kif jopera l-grupp tal-Interkonnessjoni.

Il-pajjiżi li huma membri tal-Interkonnessjoni

Fl-2004 Spanja u l-Belġju ngħaqdu mal-ħidma li nbdiet minn Franza u mill-Ġermanja

sabiex jistabbilixxu konnessjoni elettronika bejn ir-rekords tal-pulizija tagħhom.

Mill-31 ta’ Marzu 2006, din l-interkonnessjoni ġiet fis-seħħ f’4 pajjiżi.

Sussegwentament, f’Jannar tal-2008, ir-Repubblika Ċeka u l-Lussemburgu ngħaqdu

mal-proġett u ġew f’konnessjoni mal-4 pajjiżi pijunieri. Il-konnessjoni integrali

qiegħda tiġi finalizzata.

Fil-każ tar-Repubblika Ċeka, ċertu għadd ta’ diffikultajiet għadhom ma ppermettewx

li jkun hemm integrazzjoni sħiħa.

Fl-2007 u fl-2008 pajjiżi ġodda ngħaqdu mal-Interkonnessjoni.

Infatti, fl-2007 is-Slovenja, ir-Renju Unit, il-Polonja, l-Italja, is-Slovakkja u l-

Portugal ingħaqdu mal-proġett.

F’Ġunju 2008 il-Bulgarija u l-Olanda wkoll ingħaqdu mal-Interkonnessjoni.

Tliet pajjiżi oħra, ir-Rumanija, l-Iżvezja u l-Awstrija, iddikjaraw lilhom infushom

bħala pajjiżi osservaturi, u dan jippermettihom jipparteċipaw fil-ħidma tal-laqgħat

plenarji tal-Interkonnessjoni sakemm jistennew jagħmlu d-deċiżjoni uffiċjali li

jingħaqdu mal-Interkonnessjoni.

Page 28: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 29/64 PE415.240

MT

Hu neċessarju li wieħed jenfasizza li bl-adeżjoni mal-Interkonnessjoni tar-rekords

kriminali ma jidħlux b’mod immedjat f’konnessjoni mal-pajjiżi oħra. Infatti huwa

meħtieġ li jkun hemm dewmien ta’ bejn 18-il xahar u sentejn sabiex jiġu fis-seħħ l-

adozzjonijiet ġuridiċi u tekniċi biex ikunu jistgħu jagħmlu skambji effettivi mar-

rekords ġudizzjarji ma’ pajjiżi membri oħra.

Interconnexion des casiers judiciaires européens

LL’’interconnexion opinterconnexion opéérationnelle rationnelle Le 2 dLe 2 déécembre 2008cembre 2008

France Allemagne

Espagne Belgique

Luxembourg

31 mars 2006

Janvier 2008

Rep. Tchèque

2

Interconnexion des casiers judiciaires européens

Les pays membres de l’ICJ en voie de connexion

Italie

Pologne

Portugal

Royaume Uni

Slovaquie

Slovénie

L’Italie, la Pologne et la Slovaquie sous l’assistance technique de la France

Pays Bas

Bulgarie

Page 29: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 30/64 DV\752580MT.doc

MT

Il-qafas ġuridiku tal-iskambji

A. L-iskambji tar-rekords kriminali isiru permezz ta’ ġurisprudenza kostanti fil-

qafas tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Ewropea tal-koperazzjoni

ġudizzjarja internazzjonali rigward kwistjonijiet kriminali.

B’mod partikolari :

l-Art. 13 tal-Konvenzjoni jistipula li « il-parti rekwiżita

se tikkomunika l-estratti tar-rekords kriminali u kull

informazzjoni oħra li għandha x’taqsam li se jkunu

mitlubin għaliha mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ parti

kuntrattwali għal ħtiġijiet ta’ kwistjonijiet kriminali ».

l-Art 22 jispeċifika li « kull parti għandu jagħti

opinjonijiet tas-sentenzi penali u l-miżuri sussegwenti

rigward iċ-ċittadini ta’ din l-parti kif ukoll dawk li

kienu soġġetti għal reġistrazzjoni għal rekords tal-

pulizija ».

Għalhekk, l-iskambji fil-qafas tal-Interkonnessjoni tar-rekords kriminali huma

dwar kwistjonijiet penali tal-awtoritajiet ġudizzjarji.

B. Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Novembru 2005 pprovdiet

għall-ħatra tal-awtoritajiet ċentrali ta’ kull Stat Membru u ffissat id-dati ta’

skadenza għal dawn l-iskambji bejn il-pajjiżi.

B’hekk, ir-risposti għat-talbiet għall-estratti mill-awtoritajiet legali għandhom

jittwettqu fi żmien 10 ijiem jew fi żmien 20 ġurnata jekk it-talbiet tagħhom

joriġinaw minn persuni privati.

C. Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-12 u tat-13 ta’ Ġunju

2007, li għada qed tiġi implimentata, se ssaħħaħ il-modalitajiet ġuridiċi tal-

iskambji sabiex :

→ tiċċara l-kontenut tal-informazzjoni (l-Art.7),

→ tgħaġġel l-iskambji (l-Art. 8)

Page 30: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 31/64 PE415.240

MT

→ tiċċara l-kondizzjonijiet tal-aġġornamenti u tal-użu tagħhom (l-Art.

7),

→ tagħmel definizzjoni mal-qafas tal-iskambji elettroniċi bejn l-Istati

Membri (Art. 11).

Din id-Deċiżjoni Qafas għanda tkun imwettqa b’deċiżjoni ġdida magħrufa bħala

ECRIS (European Criminal Record Information System), li għada qed tiġi

diskussa, u li tiddefinixxi l-modalitajiet konkreti u l-ghamliet tal-iskambji.

L-operat tal-Interkonnessjoni tar-rekords kriminali

Sabiex jippermettu li jkun hemm skambji rapidi u sħaħ, l-Istati Membri tal-

Interkonnessjoni għamlu għażla immedjata li jagħmlu tabulazzjoni ta’ ksur ta’ liġi u

pieni b’kodifikazzjoni u traduzzjoni awtomatika.

Minħabba dan l-għan kull Stat Membru jipparteċipa fi grupp ta’ ħidma ġuridika biex

jipprepara tabulazzjoni ta’ ksur ta’ liġi u ta’ pieni permess ta’ konsiderazzjoni ta’

speċifikazzjonijiet tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali sabiex jiġu integrati f’tabulazzjoni

koerenti u kodifikati. Dan il-grupp hu attwalment ippresedut minn Franza.

L-Istati jieħdu sehem b’mod ugwali fi grupp ta’ ħidma tekniku li għandu l-għan li

jwettaq l-adattament elettroniku għall-implimentazzjoni tat-tabulazzjoni kodifikata fl-

iskambji elettroniċi.

Iċ-Ċerman ta’ dan il-grupp hu Ġermaniż.

B’hekk, it-tabulazzjoni tal-ksur ta’ liġi saret fl-2007, għandha 45 kategoriji u 178

sottokategoriji, kienet soġġetta għal implimentazzjoni elettronika u ilha tintuża b’mod

konkret minn Jannar 2008 minn 6 Stati Membri.

Hi tippermetti kodifikazzjoni u traduzzjoni awtomatika tad-dejta li għandha x’jasam

mas-sottokategoriji tal-ksur ta’ liġi.

Fit-tmiem tal-ewwel semestru tal-2008, it-tabulazzjoni tal-pieni u tal-miżuri ġiet

adottata wkoll mill-pajjiżi kollha tal-Interkonnessjoni tar-rekords kriminali u dawn

huma attwalment soġġetti għall-ħidma ta’ implimentazzjoni.

Hu neċessarju li wieħed jenfasizza li din id-deċiżjoni tal-ECRIS tipprevedi r-rikorsi

obbligatorji ta’ dawn it-tabulazzjonijiet kodifikati għall-iskambji bejn l-Istati Membri.

Page 31: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 32/64 DV\752580MT.doc

MT

B’hekk, fuq termini ta’ żmien medju, l-iskambju kollu tal-informazzjoni bejn ir-

rekords kriminali se jkun magħmul fil-qafas tat-tabulazzjonijiet komuni ta’ ksur ta’

liġi u ta’ pieni li jippermettu skambji elettroniċi mgħaġġlin, bi traduzzjoni

awtomatika tad-dejta u f’qafas kompletament sigur.

Hu neċessarju li wieħed jirriferi għall-fatt li l-Kummissjoni Ewropea allokat baġits

importanti sabiex tippermetti l-Istati jwettqu l-adattatazzjonijiet teknoloġiċi li huma

indispensabbli u b’mod partikolari jagħmlu ir-rekords kriminali tagħhom f’format ta’

komputer, fażi meħtieġa għall-installazzjoni ta’ skambji elettroniċi.

Page 32: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 33/64 PE415.240

MT

STATISTIKA TAL-2007

Statistika

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

2007

maħruġa fi Franza

għall-Ġermanja, Spanja u l-Belġjum

li wasslet lil Franza

mill-Ġermanja, Spanja u l-Belġjum

Pubblikazzjoni uffiċjali applikazzjonijiet li ħarġu għall-benefiċju

tal-ġuriżdizzjonijiet Franċiżi :

5 508

risposti li waslu għall-benefiċju tal-

ġuriżdizzjonijiet Franċiżi

1 868

Opinjonijiet ta’ sentenza opinjonijiet mibgħuta:

3 621

opinjonijiet reġistrati għas-CJN :

10 541

STATISTIKA TAL-2008

Statistika

mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

2007

maħruġa fi Franza

għall-Ġermanja, Spanja, il-Belġju u l-

Lussemburgu

li wasslet lil Franza

mill-Ġermanja, Spanja, il-Belġju u l-

Lussemburgu

Pubblikazzjoni uffiċjaliapplikazzjonijiet li ħarġu għall-benefiċju

tal-ġuriżdizzjonijiet Franċiżi :

4 342

risposti li waslu għall-benefiċju tal-

ġuriżdizzjonijiet Franċiżi

3 877

Opinjonijiet ta’ sentenzaopinjonijiet mibgħuta:

2 381

opinjonijiet reġistrati għas-CJN :

9 599

Page 33: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 34/64 DV\752580MT.doc

MT

Kummenti : l-implimentazzjoni tal-Interkonnessjoni tar-Rekords Kriminali tippermetti li tingħata

risposta ftit ġranet biss wara li jkun hemm talba minn Stat Membru għar-rekords ta’ Stat

Membru ieħor rigward iċ-ċittadini tiegħu.

L-analiżi tal-għadd ta’ skambji ta’ estratti ta’ sentenzi u ta’ pubblikazzjonijiet uffiċjali, qabel u

wara l-implimentazzjoni tal-Interkonnessjoni, enfasizzat li l-pajjiżi li għandhom l-

Interkonnessjoni jagħmlu, b’mod partikolari, aktar skambji ta’ informazzjoni fil-qafas tal-

Interkonnessjoni.

Dan l-iżvilupp hu partikolarment sinifikanti għall-pajjiżi li implimentaw sistema elettronika li

ppermettiet li d-deċiżjonijiet jintbagħtu b’mod awtomatiku, li jibda’ mir-reġistru inizjali u li

għamlu proposta, b’mod sistematiku, lill-awtoritajiet ġudizzjari tagħhom għall-fakultà li jitolbu

pubblikazzjoni uffiċjali li jibda’ min-nazzjonalità tal-persuna implikata fil-kwistjoni penali.

2) IL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA PERSONALI FIL-QAFAS TAL-ISKAMBJI

ELETTRONIĊI TAL-INTERKONNESSJONI TAR-REKORDS KRIMINALI

Il-garanzija tal-protezzjoni tad-dejta personali, fil-qafas tal-Interkonnessjoni, jaċċerta li l-

istandards legali huma implimentati minn kull Stat Membru.

Din il-garanzija taċċerta wkoll li l-modalitajiet tekniċi tal-iskambji jiżguraw il-kunfidenzjalità

tal-iskambji u s-sigurtà tal-komunikazzjoni elettronika.

Il-garanziji li għandhom x’jaqsmu mal-kondizzjonijiet legali tal-iskambji

A. Fil-qafas tal-proġett pilota

Attwalment, l-Interkonnessjoni, fil-qafas tal-proġett pilota, hi bbażata fuq l-

iskambji fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Ewropea tal-

operazzjoni ġudizzjarja internazzjoni tal-20/04/1959 u tad-Deċiżjoni Qafas tal-

Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-21/11/2005 rigward l-iskambju tal-informazzjoni

tal-estratti tar-rekords kriminali.

Page 34: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 35/64 PE415.240

MT

Mill-bidu nett, id-dokument tar-referenza tal-proġett pilota, li ġie adottat mill-

Istati msieħba, iffinalizza qafas restrittiv bl-għan li jiggarantixxi l-protezzjoni tad-

dejta.

Minbarra r-referenza espliċita għall-prinċipji definiti mill-Konvenzjoni tal-Kunsill

Ewropew tal-28/01/1981, l-Istati msieħba fasslu r-regoli prinċipali segwenti :

→ kull Stat hu responsabbli għar-regoli ta’ operat tar-rekords kriminali

u mhux mistenni li jkun hemm aċċess dirett fuq l-Internet tal-

kontenut ta’ rekords kriminali ta’ Stati oħra ;

→ l-iskambji jirrigwardjaw biss is-sentenzi penali definiti li huma

reġistrati fir-rekords kriminali tal-Istat li se jagħti s-sentenza ;

→ l-iskambji għandhom jiġu mtejba permezz ta’ aġġornament rigward

is-sentenzi ;

→ id-dejta fuq kwistjonijiet personali trażmessa fil-qafas tal-proġett ma

tistax tiġi użati għall-iskop li għalih ġew avzati. Għalhekk, l-

informazzjoni fl-estratt ma tistax tiġi użata għal skopijiet ta’

reġistrazzjoni ;

→ l-Istati għandhom jikkommettu ruħhom għar-regolamenti interni u l-

modalitajiet ta’ protezzjoni tad-dejta personali ;

→ l-adeżjoni ta’ Stat ġdid hu suġġett għall-ftehim unanimu tal-Istati l-

oħra li jaċċertaw li jkun hemm osservanza tal-kondizzjonijiet tekniċi

u legali u li jkun hemm protezzjoni tad-dejta personali.

Għalhekk, fl-iskambji tad-dejta personali tagħhom, l-Istati msieħba fil-

proġett pilota riedu jiżguraw il-protezzjoni effettiva ta’ din id-dejta.

Page 35: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 36/64 DV\752580MT.doc

MT

B. Fil-qafas tal-proġett tal-Unjoni Ewropea

Il-proġett tad-Deċiżjoni Qafas ta’ Ġunju 2007 rigward l-organizzazzjoni tal-

kontenut tal-iskambji ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali u l-proġett

ECRIS, li kien soġġett għal ftehim politiku tal-Kunsill tal-Ġustizzja tal-Affarijiet

Inetrni tal-24/10/2008, jiċċaraw u jinforzaw l-kondizzjonijiet ta’ protezzjoni tad-

dejta personali.

B’mod partikolari, il-mudell ġdid tal-iskambji jipprevedi li :

→ l-irwol tal-Istat tas-sentenza u l-irwol tal-Istat tan-nazzjonalità huma

definiti b’mod ċar,

→ l-aġġornamenti tas-sentenzi għandhom jiġu fis-seħħ mingħajr

dewmien (l-Art. 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-2007)

→ l-informazzjoni trażmessa mill-ġdid minn Stat Membru għal ieħor

għandha tkun aġġornata fl-istati tas-sentenzi (l-Art. 5 tad-Deċiżjoni

Qafas tal-2007)

→ id-dejta ta’ kwistjonijiet personali ma tistax tiġi użata għal skopijiet

oħra barra għall-procedura msemmija fit-talba (l-Art. 9 tad-Deċiżjoni

Qafas tal-2007)

→ l-istat tas-sentenza jista’ jillimita l-użu tal-informazzjoni indirizzata

lill-Istat tan-nazzjonalità billi jipprovdi li ċertu informazzjoni ma

tistax jiġi trażmessa mill-ġdid sakemm mhux għall-skopijiet ta’

proċedura penali (l-Art. 7 tad-Deċiżjoni Qafas tal-2007)

Page 36: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 37/64 PE415.240

MT

Għalhekk, ir-regoli kollha li jinsabu fil-proġett tad-Deċiżjoni Qafas tal-

2007 u fil-proġett tal-ECRIS, isaħħu l-effiċjenza u s-sigurtà tal-iskambji

tar-rekords kriminali.

Il-garanziji rigward is-sistema teknikaIs-sistema tal-Interkonnessjoni tar-rekords kriminali fl-Unjoni Ewropea tippermetti li kull

rekord kriminali f’interkonnessjoni jkun jista’ jkollu awtonomija totali fl-organizzazzjoni

tiegħu kif ukoll tippermetti li jieħu sehem f’sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni, li hi

rapida u sigura, ma’ rekords kriminali oħra permezz tan-netwerk TESTA (Trans

European Services for Telematics between Administration).

Mill-bidu nett, il-pajjiżi pijunieri tal-interkonnessjoni ħolqu mezzi u protokolli ta’

skambju li jiggarantixxu s-sigurtà fil-komunikazzjoni elettronika.

L-implimentazzjoni teknika

Skambji ċċifrati

Kull pajjiż għandu ċertifikat tal-iċċifrar. L-implimentazzjoni ta’ dan iċ-ċertifikat fil-qafas

tal-protokoll ta’ skambju http (HyperText Transfer Protocol) jiggarantixxi l-

kunfidenzjalità u l-integrità tad-dejta mibgħuta u miġbura fis-servers tal-pajjiżi msieħba.

L-iskambji bejn il-pajjiżi tal-Interkonnessjoni huma prattikament ibbażati fuq in-netwerk

tat-TESTA (TransEuropean Services for Telematics between Administrations) li hi

netwerk ta’ komunikazzjoni sigura, attwali bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u partijiet mill-

amministazzjonijiet tal-Istati Membri.

Skambji ffiltrati

Kull pajjiż għandu lista ta’ indirizzi tal-IP (Internet Protocol) tas-servers tal-pajjiżi msieħba

tagħhom. L-ebda skambju ma hu possibbli jekk dak li qiegħed jittrażmetti ma jagħmilx parti

minn din il-lista.

Page 37: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 38/64 DV\752580MT.doc

MT

L-implimentazzjoni operazzjonali

Rapport ta’ wasla nonsimultanja

Rigward l-iskambju ta’ notifiki, il-pajjiżi interkonnessi fasslu rapport ta’ wasla msemmija

« nonsimultanja ». Il-pajjiżi emittenti li jirċievu rapport ta’ wasla jaċċertaw li l-oriġini

tal-kunsenja tan-notifiki tkun korretta.

Il-proġett tad-deċiżjoni ECRIS jagħti importanza lis-sigurtà tas-sistema adottata mill-Istati

msieħba fil-proġett pilota.

Hu jaċċerta l-għażla ta’ arkitettura diċentralizzata tas-sistema ta’ skambji u tal-awtonomija fl-

organizzazzjoni ta’ kull rekord kriminali tal-Istati Membri.

Hu jippjani li l-irwol speċifiku tal-Kumissjoni Ewropea jkun li tagħti appoġġ ġenerali u servizzi

ta’ sorveljanza sabiex tiżgura l-operazzjoni tajba tal-ECRIS.

Finalment, il-proġett ECRIS jiddefinixxi b’mod preċiż il-qafas tal-iskambju b’rikors obbligatorju

u b’tabulazzjoni kodifikati bi ksur ta’ liġi u ta’ sanzjonijiet biex jiffaċilita t-trażmissjonijiet ta’

informazzjoni.

KONKLUŻJONI :

Sal-ġurnata tal-lum, l-Interkonnessjoni tar-rekords kriminali hi magħmula minn 6 pajjiżi

interkonnessi u 8 pajjiżi oħra bl-għan li jingħaqdu.

L-adozzjoni tad-Deċiżjoni Qafas tat-12 u tat-13 ta’ Ġunju 2007 u d-Deċiżjoni ECRIS se

jippermettu li, fil-ġejjieni qarib, ikun hemm estensjoni tal-interkonnessjoni għal kull pajjiż tal-

Unjoni Ewropea.

Is-sistema tal-Interkonnessjoni, li għal issa għada limitata għal skambji bejn l-awtoritajiet legali,

tista’ tapplika għat-talbiet mill-pubblikazzjonijiet uffiċjali magħmulin bi skopijiet

amministrattivi jew għall-ħtiġijiet tal-individwi.

Page 38: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 39/64 PE415.240

MT

Page 39: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 40/64 DV\752580MT.doc

MT

ĦTIEĠA TA’ NEWERKING ELETTRONIKU GĦAL INSOLVENZA,NEGOZJU, ARTIJIET U REĠISTRI OĦRA?

MARC VAN OPIJNENKONSULENT ANZJAN FL-INFORMATIKA LEGALI, DIPARTIMENT

GĦAL APPLIKAZZJONIJIET TAL-INTERNET TAL-KUNSILL OLANDIŻ GĦALL-ĠUDIZZJARJU, UTRECHT

Page 40: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 41/64 PE415.240

MT

ĦTIEĠA TA’ NETWERKING ELETTRONIKU GĦAL INSOLVENZA, NEGOZJU, ARTIJIET U REĠISTRI OĦRA?

DAĦLAInformazzjoni dwar il-qagħda legali u finanzjarja ta’ debituri jew imsieħba kontraenti hija kruċjali biex l-ekonomija u s-sistema legali jitmexxew bil-kwiet. Il-wasla tal-Internet tejbet ħafna l-possibiltajiet biex tinkiseb din l-informazzjoni bi ftit spejjeż u b’ħeffa kbira. Fil-livell nazzjonali għadd dejjem jiżdied ta’ reġistri b’dettalji dwar artijiet, negozju u insolvenza jaqdu l-ħtieġa għal din l-informazzjoni.

Bl-iżvilupp tas-suq intern u bl-għadd dejjem jiżdied ta’ operazzjonijiet bejn il-fruntieri, tinħass dejjem aktar il-ħtieġa ta’ aċċess bejn il-fruntieri għal dawn ir-reġistri.

Iżda ta’ sikwit ikun diffiċli li wieħed jikkonsulta dawn ir-reġstri minn barra l-pajjiż minħabba raġunijiet lingwistiċi, tekniċi, legali jew kuturali.

Din il-karta tiddiskuti l-ħtieġa ta’ konsultazzjoni transkonfinali dwar artijiet, insolvenza, negozju u xi reġistri oħra, iżda tiddiskuti l-aktar inizjattivi li diġà ttieħdu biex ikun hemm netwerk għal dawn ir-reġistri nazzjonali.

Is-sezzjoni 2 tagħti ħarsa lejn xi żviluppi Komunitarji dwar l-aċċess transkonfinali għal reġistri. Is-sezzjoni 3 tiddiskuti r-reġistri tan-negozju, b’attenzjoni speċjali fuq ir-Reġistru Ewropew tan-Negozju (EBR). Reġistri tal-artijiet jissemmew fis-sezzjoni 4, b’enfażi speċjali fuq is-ServizzEwropew ta’ Informazzjoni dwar l-Artijiet (EULIS).

Fis-sezzjoni 5 ngħaddu għan-netwerking tar-reġistri ta’ insolvenza. Huma differenti mir-reġistri tal-artijiet u n-negozju, u bħalissa mhux qed isir netwerking, għalkemm riċentement kienet żviluppata prova ta’ kunċett minn xi Stati Membri. Din is-sezzjoni mhux biss telabora dwar aspetti ta’ natura legali, organizzattiva u teknika li wieħed jiltaqa’ magħhom fit-titjib tal-aċċessibiltà bejn il-fruntieri ta’ informazzjoni dwar l-insolvenza, iżda tagħti wkoll deskrizzjoni tax-xogħol li għandu jsir fil-livell nazzjonali. Is-sezzjoni 6 titkellem dwar xi reġistri oħra li jistgħu jkunu meħtieġa biex ikun hemm netwerk, bħal reġistri ta’ testmenti, reġistri tal-popolazzjoni u reġistri ta’ interpreti u tradutturi.Is-sezzjoni 7 tiddiskuti d-diversi għażliet għan-netwerking ta’ reġistri, u s-sezzjoni 8 tagħmel riflessjonijiet dwar xogħol għal ġejjieni.

IL-ĦTIEĠA TAN-NETWERKING GĦAL REĠISTRIF’Marzu 2008 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-green paper bl-isem ta’ ‘Eżekuzzjoni Effikaċi ta’ Sentenzi fl-Unjoni Ewropea: it-Trasarenza tal-Assi tad-Debituri’.1Sa mill-bidu nett dan id-dokument jagħmilha ċara għaliex hemm ħtieġa tat-trasparenza: “Hemm riskju li problemi ta’ rkupru ta’ djun bejn l-fruntieri jistgħu jkunu ta’ ostakolu għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa ta’ ordnijiet għal ħlas fl-Unjoni Ewropea u jistgħu jfixklu lis-Suq Intern milli jaħdem sewwa. Meta ħlasijiet isuru tard jew ma jsiru xejn, ikun hemm periklu għall-interessi kemm tan-

1 COM(2008) 128 finali

Page 41: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 42/64 DV\752580MT.doc

MT

tan-negozju kif ukoll tal-konsumaturi. Dan huwa partikularment minnu meta l-kreditur u l-awtoritajiet ta’ infurzar ma jkollhomx informazzjoni dwar fejn ikun jinsab id-debitur jew l-assi tiegħu.”1

Il- green paper imbagħad tipproponi soluzzjonijiet fuq erba’ linji differenti2, li minnhom it-tieni– “Inżidu l-informazzjoni attwali dwar ir-reġistri u ntejbu l-aċċess għalihom” – hija ta’ rilevanza partikulari hawnhekk. L-irkupru b’aċċess għal reġistri huwa tal-akbar importanza mhux biss fil-każ ta’ debitu, iżda wkoll meta wieħed jagħmel kuntratt jew riċerka dwar proposta ta’ negozju huwa għandu jkun mgħarraf sewwa dwar il-qagħda legali u finanzjarja tal-imsieħeb kontraenti u tal-assi tiegħu.

F’Ġunju 2007 il-Kunsill għall-AĠI iddeċieda3 li “ix-xogħol għandu jsir biex ikun żviluppat f’livell Ewropew l-użu ta’ teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja.”Kien intqal li “sistema għall-iżvilupp għandha tkun deċentralizzata u l-prijoritajiet għall-futur għandhom ikunu: 1) It-twaqqif ta’ interfaċċja Ewropea (portal tal-Ġustizzja elettronika);2) Il-ħolqien tal-kundizzjonijiet għal netwerking tar-reġistri li ġejjin:

a) proċessi kriminalib) reġistri ta’ insolvenzac) reġistri tal-kummerċ u tan-negozju ud) reġistri tal-artijiet;

3) il-bidu tat-tħejjijiet ta’ metodu elettroniku għall-ordni ta’ ħlas Ewropea, b’rispett sħiħ għar-Regolament (KE) No 1896/2006;

4) it-titjib tal-użu tal-vidjoteknoloġija għal komunikazzjoni fi proċedimenti bejn fruntiera u oħra”

Għalkemm – fil-qasam tal-liġi ċivili – ħadu prijorità biss ir-reġistri ta’ insolvenza, tan-negozju u tal-artijiet, reġistri oħra ma kinux esklużi espliċitament. F’Mejju 2008 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ippubblikat ‘Lejn Strateġija Ewropea ta’ Ġustizza Elettronika’.4Għalkemm f’dan id-dokument il-Kummissjoni tiddubita jekk it-netwerking tar-reġistri msemmija hawn fuq kienx skont l-iskop tal-Ġustizzja elettronika – “Xi proġetti ma kinux relatati mas-settur legali iżda aktarx mal-Gvern elettroniku. U għalhekk, ċerti attivitajiet li kultant jinvolvu istituzzjonijiet legali ikunu huma stess ta’ xorta aktarx amministrattiva (e.g. reġistri tal-artijiet jew ir-Reġistru Ewropew tan-Negozju)” 5 – il-ħtieġa ta’ netwerking għal dawn ir-reġistri ma kienx hemm dubju dwarha.

Anki fid-Dokument ta’ Ħidma fuq il-Ġustizzja elettronika6 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament Ewropew jissemmew reġistri elettroniċi bħala qasam “fejn il-ġustizzja elettronika setgħet tagħti kontribuzzjoni siewja f’livell Ewropew”.

1 L.c. p. 3.2 L.c. p. 5.3 10509/07 JURINFO 23 JAI 301 JUSTCIV 163 COPEN 894 COM(2008)329 finali5 L.c. p.4. 6 http://www.europarl.europa.eu/meetdocs/2004_2009/documents/dt/725/725374/725374en.pdf

Page 42: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 43/64 PE415.240

MT

Skont ma wieħed jista’ jikkonkludi mid-dokumenti msemmija hawn fuq, il-ħtieġa ġenerali ta’ netwerking għal diversi reġistri ċivili hija rikonoxxuta mill-Kunsill, mill-Kummissjoni u mill-Parlament Ewropew. Fis-sezzjonijiet li ġejjin ir-reġistri l-aktar importanti se jkunu diskussi separatament, kemm dwar il-ħtieġa ta’ netwerking, kif ukoll dwar ir-riżultati li diġà nkisbu.

REĠISTRI TAN-NEGOZJUSkont l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill dwar il-Liġi tal-Kumpaniji tal-19681, Stati Membri huma obbligati li jkommu reġistru tal-kummerċ. Skont il-Ħdax id-Direttiva tal-Kunsill dwar il-Liġi tal-Kumpaniji tal-19892, ikun hemm obbligu li tkun żvelata dejta dwar fergħat ta’ kumpanija fi stat partikulari li jkunu regolati mil-liġi ta’ stat ieħor. Għalkemm dawn id-direttivi għandhom l-għan li joffru trasparenza dwar partikularijiet tan-negozju, huma ma jarmonizzawx lill-istess reġistri.

Biex titjieb l-aċċessibiltà bejn il-fruntieri għal reġistri tal-kummerċ twaqqaf ir-Reġistru Ewropew tan-Negozju (EBR)3, netwerk ta’ 21 organizzazzjoni attwali. L-EBR twaqqaf bħala Grupp Ewropew ta’ Interess Ekonomiku (EEIG).L-għan tal-EBR huwa li jingħata aċċess bejn il-fruntieri għal informazzjoni dwar kumpaniji u

uffiċjali ta’ kumpaniji. Permezz tan-netwerk tal-EBR huwa possibbli li tinġieb lura informazzjoni uffiċjali dwar kumpaniji mir-reġistri tal-membri tal-grupp, b’interfaċċja b’ħafna lingwi u rapporti standard.L-EBR huwa aċċessbli permezz tal-Internet bħala servizz fi ħdan is-servizzi elettroniċi nazzjonali pprovduti mir-reġistri tan-negozju differenti, permezz ta’ interfaċċja komuni fil-lingwa li tintgħażel minn min jużaha.Permezz tal-EBR jistgħu jinkisbu is-settijiet ta’ dejta li ġejjin:

profil standard Ewropew ta’ intrapriżi (profil standard tal-EBR); profili standard ta’ intrapriżi (settijiet aktar kompluti ta’ informazzjoni, li jestendu l-profil

standard, li jkollhom e.g. l-istatut, deskrizzjoni ta’ attivitajiet, fergħat); lista ta’ maniġers, karti tal-bilanċ, profili ta’ individwi.

Bħala minimu, l-Istati Membri tal-EBR jagħmlu d-dejta tagħhom aċċessibbli; bħala għażla huma jistgħu wkoll jaġixxu bħala distributuri tad-dejta tal-Istati Membri l-oħra. Il-figura 1 turi l-Istati Membri tal-EBR.

1 L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE tad-9 ta’ Marzu 1968 dwar koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa minn Stati Membri dwar kumpaniji skont it-tifsira tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, bl-iskop li jsiru salvagwardji bħal dawn.ekwivalenti mal-Komunità kollha, ĠU L 65, 14.3.1968, p.8.2 Il-Ħdax il-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar rekwiżiti ta’ żvelar fir-rigward ta’ fergħat miftuħin fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanija regolata mil-liġi ta’ Stat ieħor, ĠU L 395, 30.12.1989, p. 36.3 www.ebr.org

Page 43: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 44/64 DV\752580MT.doc

MT

- Stati Membri tal-UE li mhumiex membri tal-EBR

- Stati Membri tal-UE li huma wkoll membri tal-EBR

- Stati li mhumiex Stati Membri tal-UE li huma membri tal-EBR

- Il-Bulgarija - L-Awstrija* - Jersey

- Ċipru - Il-Belġju* - In-Norveġja*- Ir-Repubblika Ċeka - Id-Danimarka* - Is-Serbja

- L-Ungerija - L-Estonja* - L-Ukranja- Il-Litwanja - Il-Finlandja* -- Malta - Franza* -- Il-Polonja - Il-Ġermanja* -- Ir-Rumanija - Il-Greċja (Ateni) * -- Is-Slovakkja - L-Iranda -- - L-Italja* -- - Il-Latvja* -- - L-Olanda -- - Ir-Repubblika tal-

Maċedonja*-

- - Is-Slovenja -- - Spanja* -- - L-Iżvezja* -- - Ir-Renju Unit -- - Il-Portugal** -- - Il-Lussemburgu** -- - -- * Distributur ukoll- ** Applikant għal sħubija

Figura 1. Stati Membri tal-EU u tal-EBR

Dwar l-arkitettura teknika huwa importanti li jitqies li l-EBR implimenta mudell deċentralizzat. Ma nbniet ebda bażi ta’ dejta ċentrali, iżda dejta minn reġistru tintbagħat malli distributur (e.g. reġistru ieħor) ikun jeħtieġha. Bl-użu ta’ teżawru multilingwali l-interfaċċja ta’ tfittxija tadatta lilha ruħha għal (il-lingwa ta’) min jużaha. B’dan il-mod e.g. Żvediż li jużaha ikun jista’jikkonsulta mar-reġistru Taljan fil-lingwa Żvediża (figura 2).

Page 44: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 45/64 PE415.240

MT

Figura 2. L-EBR: konsulta fir-reġistru tan-negozju Tajan fil-lingwa Żvediża.

Il-funzjoni tas-suq intern b’hekk titjieb: dejta dwar e.g. persunal, setgħat ta’ rappreżentanza u possibilment insolvenza huma importanti biex in-negozju internazzjonali jaħdem bil-kwiet. Barra mill-importanza tal-EBR fiċ-ċirku tal-Istati Membri tal-EBR, wieħed m’għandux ikollu stima baxxa tar-rwol tal-EBR f’relazzjonijiet ma’ pajjiżi mhux Ewropej: il-fatt li tkun tista’ tinkiseb interfaċċja Franżiża jissimplifika e.g. dak li negozjant mill-Kosta tal-Avorju jkun irid jaf dwar kumpanija Finlandiża.

Barra mis-sempliċi interkonnessjoni tar-reġistri tan-negozji li twettqet s’issa, l-EBR imexxi wkoll proġetti relatati biex jitjieb l-iskambju reċiproku u l-kwalità tal-partikularitajiet tan-negozju, bħal BRITE – l-Interoperabilità tar-Reġistru tan-Negozju mal-Ewropa Kollha, bil-għan li jkun żgurat l-iskambju ta’ dejta bejn ir-reġistri partiċipanti – u l-brXML – bil-għan li tinħoloq struttura standard ibbażata fuq l-XML biex tkun skambjata dejta bejn ir-reġistri.

REĠISTRI TAL-ARTIJIETBl-għadd dejjem jikber ta’ ċittadini li qegħdin jagħżlu li jmorru f'Stat Membru ieħor jew li jakkwistaw dar sekondarja barra pajjiżhom, l-aċċessibiltà internazzjonali għall-informazzjoni mir-reġistru tal-artijiet hija essenzjali biex is-swieq tal-proprjetà immobbli u dak ipotekarju jitmexxew sewwa.

Page 45: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 46/64 DV\752580MT.doc

MT

Il-White Paper dwar l-Integrazzjoni tas-Swieq tal-Kreditu Ipotekarju tal-UE 1, u l-aktar l-Anness III tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Mehmuż mal-White Paper2 tisħaq fuq il-ħtieġa tal-possibiltajiet eżistenti għal aċċess bejn il-fruntieri u tiddeskrivihom b’mod ġenerali: “Qabel ma jaċċetta ipoteka fuq proprjetà bħala garanzija għal self, min jagħti self ipotekat għandu jkun jista' jkollu aċċess għar-reġistru nazzjonali tal-artijiet biex jivverifika jekk jeżiżtux diġà piżijiet oħra li bihom, għalhekk, ikunu qed jingħataw drittijiet lil terzi persuni oħra. Reġistri nazzjonali tal-artijet u l-aċċessibiltà tagħhom huma differenti minn xulxin b’diversi modi. L-ewwel nett, ma jeżistux reġistri ċentralizzati fl-Istati Membri kollha. Pereżempju, il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja u l-Portugal m’għandhomx reġistru ċentralizzat. Barra minn dan, mhux l-Istati kollha għandhom reġistri elettroniċi u, għaldaqstant, mhux ir-reġistri kollha jista’ jkun hemm aċċess għalihom elettronikament. Pereżempju, mhemmx reġistru elettroniku fi Franza, waqt li r-reġistri tal-Ġermanja u tal-Greċja huma, parzjalment elettroniċi, skont min ikun responsabbli mir-reġistri. Ir-reġistri (parzjalment) elettroniċi, pereżempju, fid-Danimarka, il-Greċja u Spanja ma jistax ikun hemm aċċess għalihom minn fuq l-internett. Dwar aċċess bejn il-fruntieri għal reġistri nazzjonali tal-artijiet, f’ħafna Stati Membri dawk li jsellfu b'ipoteka għandhom l-istess drittijiet ta’ aċċess bħal ta’ dawk li jsellfu b’ipoteka fit-territorju nazzjonali. F’xi Stati Membri, iżda, l-aċċess bejn il-fruntieri ma jistax isir jew huwa difettuż meta mqabbel mal-aċċess li dawk li jsellfu b'ipoteka fit-territorju nazzjonali għandhom għar-reġistru għal diversi aġunijiet. Fl-Ungerija, pereżempju, ir-reġistru fuq l-Internet mhux aċċessibbli bejn l-fruntieri. Fil-Latvja huwa possibbli li persuni barranin li jsellfu b’ipoteka jkollhom aċċess għar-reġistru bl-Internet, iżda fil-prattika, l-aċċess huwa limitat minħabba li dawk barranin li jsellfu b’ipoteka jeħtieġu permess speċjali mingħand is-Servizz tal-Artijiet tal-Istat biex jgħaddu mill-firewall. F’xi Stati Membri, bħal l-Awstrija, il-Portugal, l-Olanda u r-Renju Unit, huwa diġà possibbli għal dawk barranin li jsellfu b’ipoteka li jkollhom aċċess bl-Internet għar-reġistru fuq bażi transkonfinali.”3

Is-Servizz Ewropew ta’ Informazzjoni dwar l-Artijiet (EULIS), imniedi uffiċjalment fl-2006 u sponsorjat mill-programm eContent en eTEN tal-Kummssjoni, twaqqaf biex jaqdi l-ħtieġa dejjem tikber ta’ aċċess bejn il-fruntieri għal reġistri tal-artijiet.Il-partiċipanti fl-EULIS huma l-istituzzjonijiet nazzjonali responsabbli għaż-żamma u l-provvista ta’ informazzjoni minn reġistri nazzjonali tal-artijiet, li fihom hemm reġistrati dejta dwar proprjetà immobbli, jeddijiet fuqhom, atti u piżijiet.L-EULIS jinsab fil-proċess li jwaqqaf Grupp Ewropew ta’ Interess Ekonomiku (EEIG). Il-Figura3 turi l-Membri tal-EULIS, imqabblin ma’ dawk tal-UE.

1 COM(2007) 807 finali2 SEC(2007) 1683 Annes III3 SEC(2007) 1683 Anness III, p. 125.

Page 46: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 47/64 PE415.240

MT

- Stati Membri tal-UE li mhumiex membri tal-EULIS

- Stati Membri tal-UE li huma wkoll membri tal-EULIS

- Stati li mhumiex Stati Membri tal-UE li huma membri tal-EULIS

- Il-Belġju - L-Awstrija - L-Iżlanda

- Il-Lussemburgu - L-Ingilterra, Wales, l-Iskozja

- In-Norveġja

- Franza - Il-Finlandja -- Spanja - L-Irlanda -- Il-Portugal - Il-Litwanja -- L-Italja - L-Olanda -- Malta - L-Iżvezja -- Ċipru - -- Ir-Rumanija - -- Il-Bulgarja - -- L-Ungerija - -- Is-Slovenja - -- Il-Polonja - -- Is-Slovakkja - -- Ir-Repubblika Ċeka - -- Il-Ġermanja - -- Id-Danimarka - -- L-Estonja - -- Il-Latvja - -- Il-Greċja - -

Figura 3. Stati Membri tal-UE u tal-EULIS

Il-funzjonalità tal-EULIS tidher hawn taħt.

Page 47: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 48/64 DV\752580MT.doc

MT

EULISPortal

Cross-border

NationalSupplier

LocalNational

Distributor

12 4

3 5User

Figura 4. Il-funzjonalità bażika tal-EULIS.

Fl-ewwel stadju, min juża s-sistema (minn Stat Membru tal-EULIS) jidħol f’dik tad-distributur nazzjonali tiegħu ta’ informazzjoni dwar l-artijiet. Din is-sistema turi għażla tal-EULIS. Id-distributur nazzjonali jidħol fil-portal tal-EULIS. F’dan l-portal min ikun qed jużah jista’ jagħżel l-Istat Membru tal-EULIS li jkun irid biex minnu jieħu informazzjoni – din tista’ tkun informazzjoni ta’ referenza ġenerali dwar dak il-pajjiż partikulari, jew aċċess għar-reġistru tal-artijiet tal-pajjiż magħżul. F’dan l-aħħar każ (stadju 4) min ikun qed juża l-portal jidħol bih fir-reġistru tal-Istat mixtieq. Min jużah issa jkun jista’ jagħżel kull informazzjoni prodotta dwar l-artijiet li jixtieq. Ir-riżultati jintwerewfuq l-Internet.

Il-Figura 5 turi eżempju mir-reġistru tal-artijiet Olandiż (‘Kadaster-on-line’) kif miġjub permezz tal-portal tal-EULIS.

Figura 5. Estratt mir-reġistru tal-artijiet Olandiż permezz tal-portal tal-EULIS.

Page 48: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 49/64 PE415.240

MT

L-EULIS għandu wkoll glossarju b’ħafna lingwi dwar frażijiet komuni. Din il-faċilità tittraduċi frażijiet użati komunement tal-membri kollha tal-EULIS u tispjega d-differenzi fit-tifsiriet jew fl-implikazzjoniet legali. Dan il-mezz ta’ traduzzjoni huwa bbażat fuq lista ta’ kunċetti komuni, li kull wieħed minnhom għandu d-definizzjoni tiegħu fl-Ingliż. Il-frażijiet tal-EULIS jirrelataw bejn kull frażi elenkata f’ġuriżdizzjoni partikulari u l-frażi ekwivalenti f’kull ġuriżdizzjoni oħra.

Fil-White Paper imsemmija hawn fuq dwar l-Integrazzjoni tas-Swieq tal-Kreditu Ipotekarju tal-UE tħabbret rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, li tinkuraġġixxi Stati Membri biex jaderixxi mal-EULIS.1

REĠISTRI TA’INSOLVENZA

RIMARKI INTRODUTTORJI

Biex l-ekonomija tiffunzjona tajjeb għandu jkun hemm informazzjoni dwar il-qagħda fnanzjarja tal-partijiet kontraenti – inklużi l-insolvenzi, preferibbilment mingħajr ħlas u, kemm jista’ jkun, aċċessibbli. Għalkemm din l-informazzjoni ilha li nġabret u tista’ tinkiseb mingħand aġenziji ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu u aġenziji ta’ referenza ta’ kreditu, qed dejjem jinħass li din l-informazzjoni għandha tkun tista’ tinkiseb b’mod aktar liberu. U waqt li l-kummerċ internazzjonali qed jikber, hemm ħtieġa dejjem tikber għall-aċċessibiltà ta’ informazzjoni dwar l-insolvenza għal min jużaha barra mill-pajjiż.

Minkejja l-fatt li l-insolvenza ta’ kumpaniji tkun irreġistrata regolarment fir-reġistru tan-negozju, reġistri ta’ insolvenza għandhom valur miżjud: għandhom aktar informazzjoni estiża, e.g. dwar l-istat tal-proċedura, lista ta’ dividendi ta’ likwidazzjoni, trustee u mħallef amministrant. Barra minn dan, fihom ukoll informazzjoni dwar insolvenza ta' entitajiet legali li mhumiex imdaħħlin f’reġistru tan-negozju, bħal persuni fiżiċi.

M’hemmx strumenti legali Ewropej dwar reġistri ta’ insolvenza. Għalhekk, reġistri ta’ insolvenza jvarjaw minn pajjiż għal ieħor:

Hemm varjazzjoni kbira fi proċeduri ta’ insolvenza2, li għandha riperkussjoni għar-reġistri;

Xi reġistri ta’ insolvenza jinżammu minn entitajiet governattivi, xi oħrajn minn organizzazzjonijiet privati; xi pajjiżi lanqas biss għandhom reġistri ta’ insolvenza;

Xi reġistri huma aċċessibbli mingħajr ħlas; għal oħrajn jeħtieġ ħlas; Minħabba regoli differenti ta’ protezzjoni ta’ dejta, hemm differenzi fil-possibiltajiet ta’

tiftix u żvelar ta’ dejta personali.

Bħala eżempji tal-isfidi legali, tekniċi u organizzattivi li jinqalgħu fit-netwerking ta’ reġistri b’mod ġenerali, u ta’ reġistri ta’ insolvenza b’mod partikulari, fis-subsezzjoni 5.3 ser neżaminaw il-kwistjonijiet li nqalgħu fil-prova ta’ kunċett li kienet żviluppata riċentement minn xi Stati Membri.

1 L.c. p. 8.2 Ara, għal ħarsa ġenerali: L-Annessi A u B tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ insolvenza.

Page 49: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 50/64 DV\752580MT.doc

MT

INTERMEZZO: IR-REĠISTRU ĊENTRALI TA’INSOLVENZA FL-OLANDA

Qabel ma r-reġistri nazzjonali jsirilhon netwerking fuq skala Ewropea, bħala prerekwiżit għandu jkun hemm reġistri nazzjonali. Waqt li l-pożizzjoni organizzattiva, legali u teknika hija differenti minn pajjiż għal ieħor, bħala eżempji jistgħu jitqiesu l-isforzi li jkollhom jitwettqu għall-formazzjoni ta’ reġistru nazzjonali li jissodisfa r-rekwiżiti relatati ma’ netwerking f’livell Ewropew.

Nitfgħu ħarsitna fuq l-iżvilupp tar-reġistru nazzjonali ta’ insolvenza fl-Olanda – mhux biss għax dak li huwa ta’ eżempju tal-problemi li jinqalgħu fil-formazzjoni ta’ soluzzjonijiet tat-teknoloġija web, barra minn applikazzjonijiet ta’ legacy, imma wkoll għaliex is-soluzzjoni Olandiża hija,teknoloġikament avvanzata mhux ħażin, pereżempju b’attrezzi permanenti għal aċċess multilingwali.

Fl-Olanda - sa ftit ilu – il-ġbir ta’ fatti dwar insolvenza minn reġistri tal-qorti kien jieħu ħafna żmien u kien diffiċli.Wieħed seta’ jaqra kuljum l-avviż ta’ insolvenza fil-Gazzetta Uffiċjali, jew jara r-reġistru tan-Negozju tal-Kamra tal-Kummerċ biex isir jaf dwar l-istat ta’ kumpanija jew jara l-websajt tal-Kunsill għall-Għajnuna Legali biex isaqsi dwar persuna fiżika fl-istrutturazzjoni ta’ debitu. Iżda biex tinkiseb l-informazzjoni mill-qorti distrettwali – li uffiċjalment iżżomm ir-reġistru ta’ insolvenza – wieħed kellu jċempel jew iżur, u sikwit jistenna għal xi ħin mhux ħażin biex jingħata tweġiba. U meta t-tiftix ikun dwar kumpanija b’domiċilju statutorju mhux magħruf jew persuna mingħajr indirizz permanenti jew temporanju, wieħed kien ikollu jmur fid-dsatax il-qorti kollha, li lkoll iżommu r-reġistru tagħhom stess. U għalkemm il-proċess ta’ reġistrazzjoni fil-qrati kien isir sewwa, il-possibiltajiet ta’ tiftix għal dik id-dejta kienu żgħar ħafna.

Il-mod kif l-avviżi ta’ insolvenza jkunu pubblkati kien ukoll tassew antikwat (figura 6).

Page 50: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 51/64 PE415.240

MT

Figura 6. Proċess ta’ avviż ta’ insolvenza tal-imgħoddi fl-Olanda bejn qrati u partita xogħol mnawali.

[LEGENDAcourt systems = sistemi ta’ qorti;Notifications Word = notfiki WordNewspapers = gazzettiOther recipients = reċipjenti oħraOfficial Gazetta = Gazzetta UffiċjaliWebsite = WebsajtStatutory reċipients = reċipjent statutorjiPostal services = servizzi postaliStatistics Netherlands = Statistika OlandiżaLegal Aid Council = Kunsill għall-Għajnuna Legali]

Fil-limiti tal-liġi u tas-sistema tal-bażi ta’ dejta – li tagħhom kull qorti għandha l-verżjoni tagħha stess – kważi kull qorti għandha l-politika tagħha stess dwar fatti li jkunu denji ta’ pubblikazzjoni, dwar il-kliem tal-avviżi u l-metodu ta’ distribuzzjoni.

Wara li ffinalizzat il-proċess għal abbozz, is-sistema tal-kompjuter ipproduċiet Word-documentb’lista ta’ avviżi ta’ insolvenza għal dak il-jum partikulari. Xi qrati bagħtu bil-faks jew bil-posta elettronika il-lista kollha lir-reċipjenti statutorji; xi wħud użaw - litteralment – imqass u kolla biex jikkomponu listi kif ordnati minn reċipjenti statutorji u oħrajn marru għand aġenzija tar-reklamar biex tagħmel dan ix-xogħol hija. Għall-organizzazzjonijiet bħas-servizzi postali –responsabbli biex jagħmlu imblokki postali – dan kien ifisser piż amministrattiv mhux ħażin.

Page 51: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 52/64 DV\752580MT.doc

MT

Il-Gazzetta Uffiċjali, li fiha l-avviżi ta’ insolvenza għandhom ikunu ppubblikati biex ikollhom effett kostituttiv, kien ikollhom formati differenti kważi mill-qrati kollha – u, tabilħaqq, kienu jiswew ħafna minħabba l-editjar li kienu jeħtieġu biex ikunu ta’ għamla uniformi.

Wara li sar is-sit tal-portal tal-Internet għall-ġudikatura fl-1999, għadd dejjem jikber ta’ qrati ippubblikaw ukoll il-listi tagħhom ta’ kuljum ta’ avviżi fuq l-Internet. Għalkemm dan kien pass importanti ’l quddiem, il-pubblikazzjoni biss ta’ dawn il-listi kien ’il bogħod minn reġistru trasparenti u li seta’ jsirlu tfittix sewwa.

Għalhekk, meta ‘l-proġett ta’ reġistru ta’ insolvenza’ beda fl-2002, dak li kien mixtieq deher kif ġej:

1. L-armonizzazzjoni tat-tipi u l-kliem ta’ avviżi ta’ insolvenza;2. Il-bdil tar-reġistri ta’ insolvenza tad-dsatax il-distrett f’reġistru wieħed komuni;3. Li r-reġistru jkun jista’ jinkiseb fuq l-Internet;4. Id-distribuzzjoni tal-avviżi lir-reċipjenti statutorji;5. Offerta lil utenti professjonali tal-possibiltà li jissottoskrivu għal avviżi f’format

elettroniku. Il-prerekwiżit assolut għall-istadji relatati mal-IT kien li jkunu armonizzati l-proċeduri ta’ insolvenza u t-tipi u kliem tal-avviżi. Dan sar minn esperti dwar l-insolvenza mill-ġudikatura, bir-riżultat li saret lista ta’ 103 tip differenti ta’ avviżi u damma konċiża ta’ kliem għat-testi. Waqt l-implimentazzjoni ta’ dawn il-proċessi u l-avviżi b’mod unit fis-sistemi tal-qorti, ittieħdu miżuri biex dawn l-avviżi jkunu esratti mil-legacy tas-sistemi tal-qorti. Dawn il-fajls jintbagħtu f’dipartiment ċentrali, li jaħżnuhom f’bażi ta’ dejta – b’dan il-mod li kemm l-avviżi kif ukoll il-kawżi (li huma kunċetti legali differenti) jistgħu jkunu identifikati.

Kuljum, minn din il-bażi ta’ dejta jkunu ġġenerati żewġ xorta ta’ XML1. Min-naħa waħda lista ta’ pubblikazzjonijiet ta’ kuljum li tkun tikkomprendi l-avviżi kollha ta’ ġurnata waħda – li għandha tintbagħat lill-Gazzetta Uffiċjali. Jekk il-Gazzetta uffiċjali tingħata dokument strutturat sewwa, l-ispejjeż jistgħu jonqsu sostanzjalment.

Min-naħa l-oħra ‘fajls ta’ kawżi XML’ huma ġġenerati, b’kull waħda jkollha b’dejta ta’ kull kawża ta’ insolvenza li għaliha jkun ingħata avviż.. Dawn l-aħħar fajls jintbagħtu – permezz ta’ messaġġier sensal – lir-reġistru ta’ insolvenza pubblika fuq l-Internet.

Abbażi ta’ regoli ta’ negozju intelliġenti, il-messaġġier sensal jirranġa u jikkonverti l-fajls tal-każi XML kif rikjesti mir-reċipjenti statutorji, u jqassam l-avviżi skont regoli ta’ distribuzzjoni definiti minn qabel.

Dawn li ġejjin huma ftit eżempji: 1. Waqt li l-istorja kollha tal-kawża għandha tkun ippubblikata fuq l-Internet, l-avviżi l-

aktar riċenti biss għandhom jintbagħtu lir-reċipjenti – għalhekk avviżi ta’ kwalità fqira jitneħħew mill-messaġġ tal-XML.

2. Is-servizzi postali jeħtiġilhom biss dawk l-avviżi li huma rilevanti għax-xogħol tagħhom, għalhekk huma jirċievu messaġġi fil-bidu u fil-likwidazzjoni ta’ insolvenzi, iżda ma

1 XML = eXtensible Markup Language, format ta’ fajl li jista’ jinqara mill-persuna użat ħafna għall-iskambju ta' informazzjoni fuq l-Internet.

Page 52: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 53/64 PE415.240

MT

jirċevux messaġġi dwar laqgħat ta’ verifika jew id-depożitu ta’ listi ta’ dividendi ta’ likwidazzjoni.

3. Il-Kunsill għall-Għajnuna Legali, li huwa responsabbli mill-implimentazzjoni tal- ‘Att dwar Strutturazzjoni ta’ Debitu għal Persuni Fiżiċi’ jirċievi biss avviżi dwar strutturazzjoni ta’ debitu, u mhux dwar fallimenti u moratorji.

4. Anki l-kontenut preċiż tal-avviż jista’ jkun differenti fost ir-reċipjenti diversi: waqt li l-indirizz ta’ persuna li tkun tgħix f’dar tal-kenn għal nisa abbużati m’għandux, tabilħaqq, ikun żvelat fuq l-Internet, xorta waħda jkollu jintbagħat lis-servizz postali biex ikun implimentat l-imblokk postali.

Jekk dawn ir-reċipjenti jkunu pprovduti b’dejta teknika u uniformi b’mod semantiku huma jkunu jistgħu jaqtgħu l-ispejjeż sostanzjalment.

Figura 7. Proċess attwali ta’ avviż ta’ insolvenza fl-Olanda: armonizzat u kważi kompletament awtomatizzat.

[LEGENDAHarmonized = ArmonizzatiCourt systems = sistemi tal-qortiNotifikations ASCII = AvviżiDatabase = bażi ta’ dejtaParser = Analizzatur sintattikuXML day list = lista XML għal kuljumXML case files = fajls XML ta’ kawżiOfficial Gazette = Gazzetta UffiċjaliWebservice = servizz webXML epository = repożitorju XMLWebsite = websajtStatutory recipients = reċipjenti statutorjiPostal services = servizzi postaliStatistics Netherlands = statistika Olandiża

Page 53: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 54/64 DV\752580MT.doc

MT

Legal Aid Council = Kunsill għall-Għajnuna Legali]

Tfittxijiet fir-reġistru ta' insolvenza pubblika jistgħu jsiru skont id-data flimkien mal-qorti jew it-tip ta' insolvenza, skont n-numru tal-kawża jew tal-avviż, skont il-persuna jew l-isem tal-kumpanija. Minħabba li l-privatezza ta' persuni fiżiċi għandha tkun protetta, kien hemm qbil mal-Awtorità dwar il-Protezzjoni tad-Data li tfittxijiet jistgħu jsiru biss fuq noti doppji, bħall-isem flimkien mad-data tat-twelid, jew l-isem flimkien mal-kodiċi postali. Kumpaniji u entitajiet legali tista’ ssir tfittxija għalihom bl-isem, l-indirizz jew l-ID tar-reġistru an-negozju.

Fuq il-paġna tar-reġistru wieħed isib l-informazzjoni dwar il-kawża: l-isem u l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tat-trustee jew riċevitur, l-isem tal-imħallef li jissorvelja, numri ta’ identifikazzjoni u dettalji tal-aħħar avviżi u ta’ dawk preċedenti. Għalkemm dan ir-reġistru ta’ insolvenza kien ta’ titjib kbir, ħafna utenti professjonali tar-reġistru – bħal banek, aġenziji ta’ klassifikazzjoni ta’ kreditu u ditti ta’ ordnijiet bil-posta elettronika –riedu li jkollhom aċċess elettroniku għad-dejta. Għalhekk, b’konformità mad-Direttiva dwar l-Użu mill-Ġdid ta’ Informazzjoni tas-Settur Pubbliku1, kien deċiż li jkun faċilitat sit elettroniku li bih dawk li kienu jużawh ħafna jkunu jistgħu jkollhom aċċess għar-repożitorju tal-XML fuq il-websajt b’mod dirett u mingħajr ħlas. Utenti tas-servizz Web jistgħu, minn ġewwa l-applikazzjonijiet tagħhom stess, jikkonsultaw mar-reġistru bl-istess mod bħalma l-websajt tista’ tkun ikkonsultata mill-persuna li tużaha. Ir-risposti kollha jingħataw fl-XML u jistgħu jkunu integrati faċilment. Barra minn dan, klijenti jkunu offruti l-opportunità li jibnu kopja kompluta u sinkronizzata tar-reġistru fit-netwerk tagħhom stess – sakemm ikunu konformi mar-regoli ta’ protezzjoni ta’ dejta.

Għalkemm l-interfaċċja tal-utent tar-reġistru hija bl-Ingliż biss, inbniet verżjoni Ingliża tas-servizz web għal utenti barranin. Minħabba l-mudell strett ħafna tad-dejta, l-iskema bażika tal-XML tista’ ssir b’żewġ lingwi. Bħala riżultat, żviluppatur medju ta’ software jista’ jibni verżjoni Ingliża tar-reġistru ta’ insolvenza Olandiż. Iżda problemi ta’ interpretazzjoni legali ma jinħallux b’dan il-mod. Minħabba li proċeduri ta’ insolvenza huma differenti sostanzjalment minn pajjiż għal ieħor, traduzzjonijiet litterali f’lingwa oħra jistgħu jagħtu lok għal miżinterpretazzjoni legali. Biex dan ir-riskju jitnaqqas sar użu mit-traduzzjoni Ingliża tad-deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ insolvenza tal-Olanda fuq il-websajt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali2. Bl-użu ta’ din it-terminoloġija utenti barranin tas-servizz web jistgħu jikkontestwaliżżaw aktar minn mitt tip ta’ avviżi u frażijiet li hemm fir-reġistru.

PROVA EWROPEA TA’ KUNĊETT

Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Ġunju 20073 il-Presidenza Portugiża ħadet l-inizjattiva biex tibni prova ta’ kunċett dwar l-interkonnessjoni tar-reġistri ta’ insolvenza ta’ sitt Stati Membri (il-Ġermanja, l-Awstrija, il-Portugal, is-Slovenja, l-Italja u l-Olanda). Bħalma ntwera f’dan il-prototip, li wara kien estiż għall-Estonja, il-Latvja u r-Repubblika Ċeka, l-użu ta’ standards internazzjonali u teknoloġija web komuni huma suffiċjenti biex ikunu

1 Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku.2 http://ec.europa.eu/civiljustice/bankruptcy_net_en.htm3 Supra, nota fil-qiegħ tal-paġna 5.

Page 54: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 55/64 PE415.240

MT

kkonsultati r-reġistri tad-diversi Stati Membri minn interfaċċja waħda ta’ tfittix, mingħajr il-ħtieġa li tinbena bażi ta’ dejta ċentrali ġdida.

Figura 8. Lista ta’ riżultati wara tfittxija fil-prova ta’ kunċett, mibnija minn grupp ta’ Stati Membri. Riżultati mill-Italja, lAwstrija, il-Ġermanja, il-Latvja u l-Olanda huma integrati f’lista ta’ riżulti waħda.

Page 55: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 56/64 DV\752580MT.doc

MT

Għalkemm l-elaborazzjoni tal-prototip attwalment qed tistenna deċiżjoni dwar finanzjament, speċjalisti nazzjonal diġà qiesu l-problemi li għandhom jinħallu qabel ma portal Ewropew b’reġistri ta’ insolvenza nazzjonali interkonnessi jkunu jista’ jinfetaħ għall-pubbliku.

XI AFFARIJIET BAŻIĊI TA’ NETWERKING TA’ REĠISTRI

Biex tintwera l-funzjoni bażika ta’ netwerking ta’ reġistri Ewropew f’arkitettura deċentralizzata, din is-sezzjoni telabora f’aktar dettal kif tista’ tinkiseb tweġiba għal mistoqsija ta’ utent. ‘Ir-rotta teknika ewlenija’ hija indikata fuq in-naħa tax-xelluq tal-iskema li ġejja. Għal kull stadju huma indikati fuq il-lemin mistoqsijiet speċifiċi legali, tekniċi u ta’ organizzazzjoni.

Page 56: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 57/64 PE415.240

MT

1. Aċċess għas-sit2. L-utent jidħol fil-portal u jagħżel il-lingwa li jrid juża għan-navigazzjoni(komparabbli ma’ websajts oħra tal-UE).

3. Konsulta4. L-utent idaħħal l-isem tal-kumpanija li jkun qed ifittex, u jagħżel wieħed jew aktar mill-Istati Membri jew kollha.

5. Karattri estiżi6. L-użu ta’ karattri estiżi (bħal č, š, å ) jista’ joħloq problemi. Mhux il-bażijiet kollha tad-dejta jifhmu dawn il-karattri, jew huma kapaċi jittraduċuhom għall-forma tagħhom ‘nominali’ (li tista’ ma tkunx ċara: å biex tkun tradotta għal a jewaa?)

7. Tfittxija fonetikaXi pajjiżi jimplimentaw tfittixija fonetika, u joffrue.g. l-possibiltà li tinstab ‘Meier’ meta titfittex ‘Mayer’. Din il-funzjoni għandha ssir min-naħa nazzjonali, minħabba li kull pajjiż jista’ jkollu l-implimentazzjoni tiegħu stess speċifika għal pajjiż. Fil-portal, min jużah għandu jingħata l-possibiltà iżda li jindika jekk iridx ifittex fonetikament jew le. Iżda fuq in-naħa tal-portal ma tkunx implimentata funzjonalità għal din it-tfittxija fonetika. Min jużah għandu jkun jaf (jew mgħarraf) liema mir-reġistri li ikkonsulta jkollu implimentata tfttxja fonetika.

8. Definizzjoni ta’ ‘kumpanija’ u kwistjonijiet oħra legali It-tfittxija ssir biss dwar kumpaniji jew ukoll

dwar persuni fiżiċi? Fit-tieni każ jistgħu jinqalgħu problemi minħabba li xi Stati Membri jippermettu tfittxija abbażi ta’ ‘isem biss’; oħrajn jesiġu noti doppji (e.g. isem + data tat-twelid). F’dan it-tieni każ din l-għażla trid tkun tista’ tinkiseb mnn min ikun qed juża l-portal.

Jistgħu jinstabu negozji ta’ persuna waħda meta titfittex kumanija?

Ismijiet preċedenti huma inklużi fit-tfittxija? (Issib il-kumpanija A, meta tkun bidlet isimha għal B qabel jew wara eżatt ma tkun falliet?)

It-tipi kollha ta’ insolvenza huma inklużi fir-reġistri nazzjonali? Dan kif ikun kkomunikat lill-utent?

Għal kemm tul ta’ żmien wara t-tmiem ta’ insolvenza tista’ tinstab kumpanija?

9. Ħlas10. F’xi Stati Membri ir-reġistru huwa bla ħlas, f’oħrajn jitħallas dritt. Servizzi għal ħlasijiet trażnazzjonali għandhom jitwaqqfu biex jinkludu r-reġistri kollha.

Page 57: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 58/64 DV\752580MT.doc

MT

11. Konsulta-distribuzzjoniIs-software tal-portal jerġa’ jgħaddi t-talba għal dawk ir-reġistri li min jużah ikun irid li ssir tfittxija għalihom

12. Werrej tal-qasam ta’ ‘kumpanija’Jeżistu differenzi f’dak li jintwera fil-qasam ta’ ‘kumpanija’. Istruzzjonijiet fil-gwida ta’ programmaturi u titjib fir-reġistri nazzjonali għandhom iwasslu għal turija aktar univoka tar-riżultati.13.

14. Risposti nazzjonaliIr-reġistri nazzjonali jroddu r-riżultati mitluba, li jkollhom l-isem tal-kumpanija, l-ID tal-kawża fir-reġistru, data tal-insolvenza.

Protezzjoni tad-dejtaRegoli ta’ protezzjoni tad-dejta ivarjaw skont l-Istat Membru dwar e.g. għal kemm tul ta’ żmien persuna/kumpanija jistgħu jinstabu fir-reġistru wara t-tmiem tal-insolvenza. 15.

Qasam tad-dejtaDak li jintwera fil-qasam tad-‘dejta’ jista’ ma jkunx ċar għall-utent. Jista’ jkun dwar il-bidu tal-proċedimenti ta’ insolvenza, iżda wkoll wara l-aħħar stadju ta’ dawn il-proċedimenti. Studju għandu juri jekk: Dan il-qasam ikunx meħtieġ fil-lista ta’ riżultati

(forsi jekk jintwera fil-paġna tad-dettalji jkun biżżejjed)

Jekk huwa hekk, x’għandu jindika Jekk dan huwiex fattibbli fir-reġistri nazzjonali.

Għadd massimu ta’ proċessiL-għadd massimu ta’ proċessi li għandhom jintraddu għandu jkun definit b’mod ċar u ikkomunikat lill-utent – jekk ma jkunx jaf b’xi riżultati, huwa għandu jkun mgħarraf.16.

17. IntegrazzjoniIl-portal jintegra ir-riżultati ta’ tfittxija mid-diversi reġistri f’lista waħda ta’ riżultati, li jistgħu jkunu irranġati skont l-isem tal-kumpanija, Stat Membru u data. Ismijiet ta’ oqsma jintwerew fl-lingwa magħżula minn min juża l-portal.

18. Talba għal dettaljiL-utent jista’ jikklikkja fuq wieħed mill-proċessi biex jikseb aktar informazzjoni.

Page 58: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 59/64 PE415.240

MT

19. Dettalji ta’ proċessi20. Id-dettalji tal-kawża jintwerew lill-utent.

21. FormatXi Stati Membri (e.g. NL, IT) jistgħu jipprovdu d-dettalji tar-reġistrazzjonijiet lill-portal fil-format XML, biex tkun tista’ ssir it-traduzzjoni talismijiet tal-oqsma. Meta l-kontenut tal-oqsma joriġina minn lista delimitata ta’ valuri, dan il-kontenut ukoll (e.g. l-isem tal-istadju proċedurali) jista’ jkun tradott fl-lingwa tal-utent, permezz ta’ glossarju multilingwali. Iżda f’xi Stati Membri (e.g. PT, DE) id-dettalji ta’ proċessi huma dokumenti tal-qorti f’PDF jew test sempliċi. Dawn ma jistgħux ikunu tradotti, jew tradotti bi spejjeż sostanzjali. Bħala riżltat finali, l-utent ikun ikkonfrontat b’riżultati mħallta – li joħolqu l-ħtieġa ta’ aġġustamenti fir-reġistri nazzjonali li ma jkunux għadhom jistgħu jagħtu d-dettal ta’ proċessi f’XMLstrutturat tajjeb.

KuntestwalizzazzjoniMinħabba d-differenzi fi proċeduri nazzjonali ta’ insolvenza u – għalhekk – fil-kontenut tar-reġistri, Stati Membri għandhom ikunu liberi fl-għażla tad-dejta murija fl-paġna tad-dettalji. Iżda traduzzjoni tajba hija essenzjali. Glossarju ta’ frażijiet jista’ ma jkunx biżżejjed; dawk li jużawh għandhom ikunu kapaċi jikkuntestwalizzaw il-frażijiet biex jifhmuhom skont it-tifsira legali maħsuba.22.

Użu mill-ġdidXi Stati Membri espliċitament jippermettu l-użu mill-ġdid ta’ dejta (e.g. NL); f’xi pajjiżi oħra (e.g. DE) l-użu mill-ġdid mhux permess. Dan għndu jkun ikkommunikat lill-utent b’mod ċar u mingħajr ambigwit.

23. Riċerka avanzata24. Riċerki fuq kriterji oħra barra minn ismijiet ta’ kumaniji, e.g. dwar firxa speċifika ta’ dati, qorti speċifika jew tip speċifiku ta’ proċedura.

VarjazzjonijietKull pajjiż għandu d-dejta speċifika tiegħu u għażliet ta’ konsulta. Għandhom jinstabu soluzzjonjiet tekniċi flessibbli biex dawn l-għażliet ikunu jistgħu jinkisbu mill-portal komuni.

Page 59: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 60/64 DV\752580MT.doc

MT

REĠISTRI OĦRA

BAŻIJIET TA’ DEJTA DWAR TRADUTTURI U INTERPRETI

Biex is-suq komuni tas-servizzi ta’ traduzzjoni jiffunzjona tajjeb, u bħala prerekwiżit għall-għanijiet l-oħra ambizzjużi tal-programm ta’ Ġustizzja elettronika (bħat-titjib bejn il-fruntieri ta’ vidjokonferenzi, medjazzjoni u aċċess għal proċeduri ġudizzjarji barra l-pajjiż), bażijiet ta’ dejta ta’ tradutturi u interpreti għandhom ikunu aċċessibbli minn Stati Membri oħra.

Għalkemm mhux l-Istati Membri kollha għandhom bażi ta’ dejta dwar tradutturi/interpreti, l-interkonnessjoni tista’ ssegwi r-rotta tar-reġistri ta’ insolvenza; fil-prototip mar-reġistri ta’ insolvenza anki l-bażjiet ta’ dejta Ġermaniżi u Awstrijaċi tad-tradutturi huma interkonnessi. Il-partikularitajiet tal-bażi ta’ dejta aċċessibbli pubblikament jistgħu jkunu limitati għall-isem, il-lingwa materna, il-pajjiż u l-post tad-domiċilju, par(i) ta’ lingwa/i, kwalifiki, oqsma speċjali u dettalji ta’ kuntatt; l-aċċessibiltà ta’ dejta oħra tista’ tkun ristretta għal Awtoritajiet ġudizzjarji.

Sakemm ma jkunux jeżistu standards ta’ kwalità Ewropej, standards nazzjonali ta’ kwalità għandhom ikunu riflessi fil-bażi ta’ dejta.

Għalkemm fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni hemm proposta għal bażi ta’ dejta Ewropea ċentrali ta’ interpreti, mhemmx argumenti sodi biex ma tintużax l-għażla aktar faċli ta’ netwerking eżistenti f’bażijiet ta’ dejta nazzjonali.

REĠISTRI TAL-POPOLAZZJONI

Aċċess għal reġistri tal-popolazzjoni huwa meħtieġ għal inter alia għall-ġbir ta’ informazzjoni dwar l-indirizz tad-debitur.

Kif il-Green Paper tal-Kummissjoni tosserva dwar l-Eżekuzzjoni Effettiva ta’ Sentenzi fl-Unjoni Ewropea: it-Trasparenza tal-Assi tad-Debituri1: “Dawn ir-reġistri huma organizzati b’ħafna modi differenti. F’xi Stati Membri2 jinżammu minn awtoritajiet lokali, b’hekk kreditur li jkun qed ifittex l-indirizz ta’ debtur ikollu jfittex fil-proċessi kollha lokali mal-pajjiż kollu – li hija ħaġa impossibbli. Reġistri ċentrali ta’ sikwit ma jkunux jistgħu jinkisbu mill-kreditur.3”RISER ID Services GmbH, sostnuta sa mill-2003 fi ħdan il-programm eTEN, hija fornitriċi (privata) ta’ servizzi ta’ verifika elettronika ta’ indirizzi, attwalment mill-Ġermanja, l-Awstrija, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Estonja u l-Isvizzera.

Waqt li l-EULIS u l-EBR joffru l-interfaċċja permezz ta’ reġistri nazzjonali, RISER ID għandha l-portal tagħha stess; aċċess permezz tar-reġistri nazzjonali mhuwiex possibbli.

REĠISTRU TA’ TESTMENTI

Fil-Green Paper ‘Suċċessjoni u testmenti’4 huwa osservat li: “Ir-riċerka għal testmenti, b’mod partikulari testmenti magħmulin barra l-pajjiż, tista tkun ostakolu insormontabbli.”

1 Supra, nota fil-qiegħ tal-paġna 2.2 Eżempji: il-Ġermanja, l-Italja.3 Eċċezzjoni: Fl-Awstrija ir-Reġistru Ċentrali tal-Popolazzjoni jista’ jinkiseb bl-Internet: www.business.telekom.at.4 COM(2005) 65 finali

Page 60: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 61/64 PE415.240

MT

Biex tissolva din il-problema, hemm diversi soluzzjonijiet konċepibbli –li attwalment jinsabu riveduti minn studju ta’ stima ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni. Għalkemm jisa’ jitqies il-bini ta’ bażi ta’ dejta ċentrali Ewropa, l-interkonnessjoni diġà mibdija ta’ xi reġistri nazzjonali mill-Assoċjazzjoni Ewropea ta’ Netwerk ta’ Reġistri ta’ Testmenti (ENRWA) hija għażla serja għal aktar elaborazzjoni.In-Netwerk Ewropew ta’ Reġistri ta’ Testmenti (ENRW) huwa netwerk li jippermetti l-

interkonnessjoni ta’ reġistri eżistenti nazzjonali jew lokali ta’ testmenti. Permezz tal-ENRW nutar jista’ jikkonsulta reġistru barrani permezz tar-reġistru nazzjonali tiegħu stess. Ir-reġistru barrani kkonsultat imnagħad iwieġeb lin-nutar permezz tar-reġistru nazzjonali tiegħu. Mibdi fl-2001, il-proġett sar effettiv bejn il-Belġju u Franza fl-2002. Biex ikun simplifikat it-tkakkir tal-ENRW għal Stati oħra Ewropew, il-korpi ta’ nutara Franċiżi, Belġjani u Sloveni ħolqu fl-Lulju 2005 l-ENRWA, li llum hija magħmula minn tmien membri (Franza, il-Belġju, is-Slovenja, l-Olanda, l-Italja u r-reġjun ta’ San Petroburgu), b’erbgħa oħra li esprimew ir-rieda tagħhom li jissieħbu mal-assoċjazzjoni (ir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Polonja u l-Estonja).

INTERKONNESSJONI: KIF?Fis-sezzjonijiet preċedenti saret evalwazzjoni tal-ħtieġa għal aċċessibiltà matul l-fruntieri għal reġistri tal-artijiet, negozju u insolvenza. Barra minn inizjattivi diġà mibdijin, hemm – b’mod ġenerali – diversi għażliet biex isseħħ l-aċċessibiltà transkonfinali. F’din is-sezzjoni dawn l-għażliet ser jissemmew fil-qosor.

1) Il-bini ta’ bażi ta’ dejta ċentrali Ewropew waħda jew aktar.

Figura 9. Reġistri ċentrali Ewropew.

[LEGENDAEuropean portal = portal EwropewEuropean register = reġistru Ewropew]

Page 61: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 62/64 DV\752580MT.doc

MT

B’mod ġenerali, din tittendi li tkun għażla kumplikata, inflessibbli u li tiswa l-flus. Fuq livell Komunitarju l-kontenut tal-proċessi jkollu jkun definit, possibilment permezz ta’ strument legali. Iż-żamma tal-bażi ta’ dejta tiswa l-flus, i.a. minħabba l-protezzjoni tad-dejta u miżuri ta’ sigurtà li jkollhom jittieħdu. Il-bini ta’ bażi ta’ dejta ċentrali jista’ jkun kumpless mhux ħażin, għaliex hija ħaġa itqal – imqabbla ma’ interkonnessjoni sempliċi – li jitqiesu pekularitajiet nazzjonali.

2) Interkonnessjoni ta’ reġistri permezz ta’ punti ta’ aċċess fir-reġistri nazzjonali.

Figura 10. Interkonnessjonijiet b’aċċess permezz ta’ reġistri nazzjonali.

[LEGENDAnational register portal = portal tar-reġistru nazzjonaliaccesspoint to registers of other MS = punt ta’ aċċess ta’ MS oħranational register = reġistru nazzjonali]

Din hija s-sitwazzjoni kif teżisti fl-EBR u fl-EULIS. Interkonnessjoni biss tar-reġistri tiffranka l-ispejjeż għall-bini u ż-żamma ta’ bażi ta’ dejta ċentrali, u toffri flessibiltà għall-membri partiċipanti. Is-soluzzjoni speċifika għall-qasam tista’ titqies kemm bħala vantaġġ (indipendenza minn oqsma oħra) kif ukoll bħala żvantaġġ (l-invenzjoni mill-ġdid tar-rota, spejjeż doppji). Bl-użu tar-reġistri nazzjonali fil-punti ta’ dħul, ma jkunx hemm ħtieġa ta’ żvilupp ta’ portali komuni. Iżda mhix possibbli l-integrazzjoni bejn l-oqsma differenti.

3) Interkonnessjoni ta’ reġistri permezz ta’ portal għal kull tip ta’ reġistru.

Page 62: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 63/64 PE415.240

MT

Figura 11. Interkonnessjonijiet b’aċċess permezz ta’ portali ta’ oqsma.

RISER ID toffri din it-tip ta' soluzzjoni għar-reġistri tal-popolazzjoni. Aċċess għal reġistri barra l-pajjiż mhux offrut permezz tar-reġistru nazzjonali, iżda permezz ta’ portal ċentrali wieħed. Din is-soluzzjoni toffri vantaġġi meta l-interfaċċji nazzjonali jkunu kumplessi ħafna, jew bilkemm aċessibbli.

4) Interkonnessjoni ta’ reġistri permezz ta’ portal wieħed komuni tal-Ġustizzja elettronika.

Figure 12. Interkonnessjonijiet b’aċċess permezz ta’ portal ċentrali Ewropew tal-Ġustizzja elettronika

Din hija s-soluzzjoni prospettata fil-proposta tal-Kummissjoni u tal-Kunsill dwar il-Ġustizzja elettronika. Din hija għażla faċli għall-utent minħabba li għal ħafna utenti dan il-portal waħdu jkun suffiċjenti, fejn jistgħu joqogħdu ċerti li d-dejta disponbbli tkun ġejja minn sorsi awtorevoli, u li toffri possibiltajiet ta’ konnessjonijiet bejn links ta’ oqsma differenti. Iżda wieħed irid jifhem li mhux ir-reġistri kollha jintużaw dejjem f’ambjent purament legali, u għalhekk, l-iżvantaġġ ta’ implimentazzjoni riġida ħafna ta’ din is-soluzzjoni jista’ jkun

Page 63: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

PE415.240 64/64 DV\752580MT.doc

MT

karatteristiċi speċifiċi għal dan il-qasam ma jitqisux jew ikunu traskurati.

5) Interkonnessjonijiet ta’ reġistri bbażati fuq servizzi u interfaċċji definiti sewwa.

Figura 13. Soluzzjoni flessibbli mibnija fuq servizzi.

Din l-għażla tqis il-fatt li oqsma differenti jistgħu jeħtieġu soluzzjonijiet differenti, kif ukoll il-fatt li l-portal tal-Ġustizzja elettronika jista’ jkun jeħtieġlu approċċ differenti minn dak għal reġistri nazzjonali ta’ soluzzjoni speċifikatament għal qasam, kemm fir-rigward ta’ funzjonalità u ambitu ġeografiku – e.g. is-soluzzjoni tal-EBR tinkludi lil Stati mhux membri tal-UE, li jistgħu jitħallew barra fil-portal tal-Ġustizzja elettronika Ewropea. Bit-tfassil ta’ servizzi speċifiċi – funzjonalitajiet b’parametri ta’ software b’input u outputdefiniti sewwa – ikunu jistgħu jseħħu soluzzjonijiet flessibbli.

Din l-għażla hija deċentralizzata fl-arkitettura u taqbel mal-Qafas ta' Interoperabiltà Ewropew(EIF).1Ir-responsabbiltajiet jistgħu faċilment jinqasmu bejn: Organizzazzjonijiet responsabbli mir-reġistri nazzjonali, inklużi l-kwalità tad-dejta u

aċċessibbiltà permezz ta’ interfaċċji li dwarhom ikun bemm qbil komuni; Organizzazzjonijiet responsabbli mis-servizzi – dawn jistgħu jkunu organizzazzjonijiet bħal

l-EULIS jew l-EBR, u f’xi każijiet istituzzjonijiet al-UE bħall-Kummissjoni; Organizzazzjonijiet responsabbli għad-diversi interfaċċji ta’ utenti, li jistgħu jkunu reġistri

nazzjonali, is-sid tal-portal tal-Ġustizzja elettronika Ewropea jew organizzazzjonijiet intermedjarji bħal RISER ID, jew l-EULIS.

ĦIDMA GĦALL-ĠEJJIENA

F’din il-karta tingħata ħarsa ġenerali fuq l-aspetti l-aktar importanti tal-interkonnessjoni ta’ reġistri ta’ negozju, tal-artijiet, insolvenza u xi reġistri oħra. Jistgħu jinġibdu l-konklużjonijiet li ġejjin: 1 http://ec.europa.eu/idabc/en/document/3473

Page 64: NOTI - europarl.europa.eu€¦ · NOTI PE 415.240. DV\752580MT.doc 3/64 PE415.240 MT. PE415.240 4/64 DV\752580MT.doc MT Direttorat-Ġenerali għal Politiki Interni Dipartiment tal-Politika

DV\752580MT.doc 65/64 PE415.240

MT

Kif stabbilit mill-Kummissjoni, Stati Membri, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, iċ-ċittadini, in-negozji, il-professjonijiet legali u awtoritajiet ġudizzjarji jeħtieġu aċċess interkonness għal dawn ir-reġistri;

Il-kuntest li minnu titfittex dejta minn dawn ir-reġistri, mhux dejjem huwa wieħed legali, għalhekk, jista’ jitqies li ma jkunx fl-interess ta' utenti li l-aċċess għal dawn r-reġistri jkun limtat għall-portal tal-Ġustizzja elettronika Ewropea li qed jitħejja. Jeħtieġ li jinstabu modi kif jingħata aċċess għal dawn ir-reġistri kemm minn ġewwa l-portal tal-Ġustizzja elettronika kif ukoll minn portali u interfaċċji oħra. Minħabba li l-utenti kollha għandhom ħtiġijiet differenti, is-soluzzjoni ta’ ‘qies wieħed tajjeb għal kulħadd’ la hija fattibbli u lanqas mixtieqa. B’ħidma skont l-prinċipji ta’ orjentazzjoni ta’ servizzi – b’konformità mal-linji gwida stabbiliti fil-Qafas ta’ Interoperabbiltà Ewropew, ikun possibbli li dejta minn reġistri tkun disponibbli għal gruppi differenti ta’ utenti u portali, skont il-ħtiġijiet differenti tal-utenti tagħhom.

Biex dan kollu jseħħ hemm bżonn ta’ din il-kooperazzjoni kollha mill-qrib bejn Stati Membri, il-Kummissjoni, organizzazzjonijiet nazzjonali ta’ reġistri u organizzazzjonijiet internazzjonali li huma diġà attivi f’dan l-qasam.