12
il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin Numru 19 Diċembru 2010 Mro. Ugo Buhagiar jidher jidderieġi l-Banda Sagra Familja matul il-Kunċert Mużikali li sar nhar is-Sibt 11 ta’ Diċembru fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara. » Aktar f’paġna 3 Ħidma bla waqfien fil- każin Kif ħabbarna fl-aħħar ħarġa ta’ din il- gazzetta, il-ħidma fuq il-proġett tal-bar area tas-sede tas-Soċjetà kompliet bla waqfien matul dawn l-aħħar xhur. Fil- fatt, fi stqarrija maħruġa mill-Kumitat Ċentrali ntqal li issa l-proġett daħal prat- tikament fl-aħħar fażi tiegħu, fejn jonqsu biss li jsiru s-suffett tas-saqaf, kif ukoll l-għamara u l-aperturi tal-istess bar area. Matul ix-xhur ta’ Settembru u Ottu- bru inħadmu żewġ gwarniċi flimkien ma’ żewġ niċeċ fil-ġebel, sabiex dawn jitqegħdu fil-kisriet li hemm fit-taraġ li jagħti għall-ewwel sular. Dawn tqegħdu f’posthom f’Novembru. » 2 Festa 2011: festa b’aspettativi kbar Il-ħidma kontinwa b’riżq il-festa titulari ad unur San Ġużepp għas-sena 2011 tin- sab għaddejja b’ritmu mgħaġġel, u jid- her li hemm aspettattivi kbar fost dawk kollha li qed iħejju għaliha. Matul dawn il-ġimgħat, il-Kumitat Ċentrali jinsab għaddej fid-diskussjonijiet sabiex jiġi ffinalizzat il-programm sħiħ tal-festa, li jinkludi fost l-oħrajn is-sehem tal-banda fil-marċijiet u l-programm mużikali fuq il-planċier, is-sehem tal-baned minn bar- ra r-raħal, is-sehem tal-Kummissjonijiet u l-fergħat matul l-attivitajiet tal-ġimgħa ta’ qabel u anki dik il-ġimgħa, kif ukoll aspetti oħra fosthom l-armar u n-nar. Fuq din in-nota, l-Għaqda tan-Nar pre- parat il-programm tal-ħarqa għal din il- festa, u diġà ħejjiet għal innovazzjonijiet ġodda li hija tant magħrufa għalihom. Dan fl-istess ħin li l-Għaqda tal-Armar għaddejja fuq ħidma sħiħa fuq armar eżistenti, manutenzjoni ta’ dak qadim, kif ukoll proġett massiċċ oriġinali li mistenni jkun inawgurat matul il-festa. Il-Kumitat appella sabiex kull min jista’ joffri iżjed għajnuna, javviċina lil xi ħadd mill-mem- bri tal-fergħa rispettiva. ĠR

Gilju Rebbieh Dicembru 2010

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, Kalkara

Citation preview

Page 1: Gilju Rebbieh Dicembru 2010

il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin Numru 19 Diċembru 2010

Mro. Ugo Buhagiar jidher jidderieġi l-Banda Sagra Familja matul il-Kunċert Mużikali li sar nhar is-Sibt 11 ta’ Diċembru fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara. » Aktar f’paġna 3

Ħidma bla waqfien fil-każinKif ħabbarna fl-aħħar ħarġa ta’ din il-gazzetta, il-ħidma fuq il-proġett tal-bar area tas-sede tas-Soċjetà kompliet bla waqfien matul dawn l-aħħar xhur. Fil-fatt, fi stqarrija maħruġa mill-Kumitat Ċentrali ntqal li issa l-proġett daħal prat-tikament fl-aħħar fażi tiegħu, fejn jonqsu biss li jsiru s-suffett tas-saqaf, kif ukoll l-għamara u l-aperturi tal-istess bar area.

Matul ix-xhur ta’ Settembru u Ottu-bru inħadmu żewġ gwarniċi flimkien ma’ żewġ niċeċ fil-ġebel, sabiex dawn jitqegħdu fil-kisriet li hemm fit-taraġ li jagħti għall-ewwel sular. Dawn tqegħdu f’posthom f’Novembru. » 2

Festa 2011: festa b’aspettativi kbarIl-ħidma kontinwa b’riżq il-festa titulari ad unur San Ġużepp għas-sena 2011 tin-sab għaddejja b’ritmu mgħaġġel, u jid-her li hemm aspettattivi kbar fost dawk kollha li qed iħejju għaliha. Matul dawn il-ġimgħat, il-Kumitat Ċentrali jinsab għaddej fid-diskussjonijiet sabiex jiġi ffinalizzat il-programm sħiħ tal-festa, li jinkludi fost l-oħrajn is-sehem tal-banda

fil-marċijiet u l-programm mużikali fuq il-planċier, is-sehem tal-baned minn bar-ra r-raħal, is-sehem tal-Kummissjonijiet u l-fergħat matul l-attivitajiet tal-ġimgħa ta’ qabel u anki dik il-ġimgħa, kif ukoll aspetti oħra fosthom l-armar u n-nar. Fuq din in-nota, l-Għaqda tan-Nar pre-parat il-programm tal-ħarqa għal din il-festa, u diġà ħejjiet għal innovazzjonijiet

ġodda li hija tant magħrufa għalihom. Dan fl-istess ħin li l-Għaqda tal-Armar għaddejja fuq ħidma sħiħa fuq armar eżistenti, manutenzjoni ta’ dak qadim, kif ukoll proġett massiċċ oriġinali li mistenni jkun inawgurat matul il-festa. Il-Kumitat appella sabiex kull min jista’ joffri iżjed għajnuna, javviċina lil xi ħadd mill-mem-bri tal-fergħa rispettiva. ĠR

Page 2: Gilju Rebbieh Dicembru 2010

ttieħdu, ġie deċiż li minflok madum stil parque, jiġi mixtri madum ieħor, aktar reżistenti, iżda fuq l-istess skala ta’ kulur.

Huwa maħsub li matul dawn ix-xhur li ġejjin jinbeda x-xogħol fuq is-suffett tat-toilets u tal-bar area, jinxtraw l-aċċessorji tad-dawl kollha għall-istess soqfa, u jinbeda l-proċess ta’ ġbir ta’ stimi sa-biex jinħadem bar counter ġdid skont id-disinn tad-disinjatur. ĠR

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 20102 Aħbarijiet

» 1 Ix-xogħol ta’ tqegħid sar minn Joseph Persico, filwaqt li Joseph Camen-zuli ħa ħsieb sabiex dawn jiġu mkaħħla u xkatlati. Id-dehra li ngħata t-taraġ ġaladarba dawn kienu lesti, kien wieħed imponenti.

Fl-istess waqt, saru xi arranġamenti fuq it-taraġ tal-konkos, skont il-pariri tal-marmista Joseph Debono. Delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali, iffurmata mill-President Noel Mallan, is-Segretarju

Duncan Brincat, u l-Viċi President Joseph Camenzuli kellhom laqgħat kemm mas-Sur Debono, kif ukoll mad-diretturi ta’ Rabat Marbles, sabiex issir l-aqwa għażla ta’ irħam għal dan it-taraġ. L-għażla waqgħet fuq l-irħam Travertino Noce, li huwa irħam ta’ kwalità li se jixraq ħafna mal-ambjent ġdid li qed jinħoloq. Daħlet għall-ispejjeż il-President Onorarju Dr. Marlene Pullicino, u filwaqt li l-proċess tal-qtugħ tal-irħam diġà tlesta, it-tqegħid se jibda’ matul Diċembru.

Sadanittant, Mario Zammit kompla bit-tqegħid tal-madum taż-żewġ toilets tal-bar area, kemm dak tal-art kif ukoll dak tal-ħitan. It-tqegħid tal-aċċessorji sar minn Joseph Persico.

Tlesta wkoll ix-xogħol ta’ katusi u pajpi-jiet oħra tal-ilma fil-bitħa, kif ukoll dawl minn taħt l-art għad-dawl dekorattiv fl-istess żona. Ġiet installata pompa sabiex jiġi utilizzat l-ilma minn bir antik li għal ħafna snin kien ġie imbarrat u mhux użat. Minħabba f’hekk, matul il-jiem li ġejjin se jitqiegħed tank tal-ilma ġdid fuq il-bejt tas-sede tas-Soċjetà, u b’hekk matul is-sena ż-żona tal-bar tkun dipendenti fuq dan it-tip ta’ ilma.

Dan wassal sabiex fl-aħħar jiem ta’ No-vembru jiġi mixtri madum għall-istess bitħa, u jiġi mqiegħed minn Mario Zam-mit ukoll. Wara diskussjoni u xi pariri li

Website mġeddaBħala parti mill-aġġornament dejjiemi tas-sit elettroniku tas-Soċjetà, www.sa-grafamilja.org, nhar il-Ħadd 17 t’Ottubru 2010, ġie varat sit ġdid, aktar aġġornat, u bi grafika kompletament ġdida.

Is-sit tas-Soċjetà tniehda għall-ewwel dar-ba fis-sena 2000, u kien l-ewwel sit pura-ment Kalkariż jew ta’ għaqda Kalkariża. Matul dawn l-aħħar għaxar snin, id-de-hra tiegħu inbidlet għall-bosta drabi, u m’għandniex xi ngħidu li fil-bidu kien jit-qies ukoll bħala innovazzjoni fil-gżejjer Maltin, peress li kien wieħed mill-ewwel siti ta’ baned li ġie mwaqqaf.

Minħabba f’hekk, illum, għaxar snin wara,

Kalendarju 2011Is-Soċjetà ilha sa mis-sena 1995 toħroġ ka-lendarju annwali għall-membri, partitarji u anki ammiraturi. Dan il-kalendarju dejjem offra vetrina sabiħa ta’ ritratti dwar diversi temi, fosthom il-banda, l-armar u n-nar fost l-oħrajn. Dan minbarra li minn ftit snin ilu, il-kalendarju qed ikollu wkoll poster mill-isbaħ għall-użu ta’ kulħadd. Tieħu pjaċir tinnota wħud minn dawn il-posters pro-fessjonali imwaħħlin ma’ faċċati ta’ djar jew ġo xi frame f’xi kamra matul is-sena kollha. Il-ħidma fuq il-kalendarju għas-sena 2011 bħalissa tinsab lesta, u fi ftit ġranet oħra se jkun qed jitqassam fid-djar. Napprezzaw l-għotja ġeneruża tagħkom. ĠR

il-Kumitat Ċentrali ħa d-deċiżjoni li dan is-sit jingħata dehra ġdida, u anki jkun bil-ingwu, jiġifieri għall-ewwel darba, bil-Malti u bl-Ingliż. Is-sit joffri varjetà kbira ta’ infor-mazzjoni, kif ukoll televiżjoni fuq l-internet b’filmati dwar il-festa u l-ħidma fis-Soċjetà tagħna. ĠR

Il-membri Joseph Persico u Joseph Camenzuli jidhru jagħmlu xogħol fuq il-

gwarniċi u n-niċeċ li saru fit-taraġ li jagħti għall-ewwel sular.

Il-membru Mario Zammit jidher qed ikompli x-xogħol ta’ tqegħid ta’ madum fil-bar area tas-sede tas-Soċjetà.

Dalwaqt jitqiegħed l-irħam tat-taraġ

Page 3: Gilju Rebbieh Dicembru 2010

Il-Kunċert ta’ Jum il-KalkaraILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2010 Aħbarijiet 3

» 1 Kien eżattament nhar is-Sibt 11 ta’ Diċembru meta fis-Sala tal-Iskola Prima-rja tal-Kalkara, il-Banda Sagra Familja tellgħet kunċert mużikali fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara. Dan il-kunċert ittella’ bl-għajnuna finanzjarja u taħt l-organizza-zzjoni tal-Kunsill Lokali.

Għat-tieni darba fl-istorja ta’ dawn il-kunċerti, nistgħu ngħidu li l-Banda Sa-gra Familja ħarġet bl-unuri kollha, b’mod speċjali fl-interpretazzjoni tal-overture 1812 ta’ Tchaikovsky u l-arranġament mużikali ta’ Ġensna, mużika oriġinali ta’ Paul Abela. Taħt id-direzzjoni mużikali ta’ Mro. Ugo Buhagiar, mal-banda ħadu sehem ukoll żewġ kantanti stabbiliti fix-xena mużikali Maltija: Neville Refalo u Debbie Scerri.

Mużika oħra li ndaqqet kienet: Ten-nhäuser ta’ Richard Wagner, Clarinet on the Town ta’ Ralph Hermann, Boléro ta’

Maurice Ravel, Second Waltz ta’ Dimitri Shostakovich, Posthorn Galop ta’ Johann B. Koenig, There you’ll be ta’ Hans Zim-mer, You raise me up ta’ Rolf Løvland, Goldfinger ta’ John Berry, Lawrence of Arabia ta’ Maurice Jarre, u Amigos Para Siempre ta’ Andrew Lloyd Webber.

Ċertament li kemm l-attendenza kif ukoll l-apprezzament tal-pubbliku preżenti kompla jagħmel ġieh lil din il-banda ewlenija Kalkariża, b’mod speċjali minħabba l-mużika diffiċli u melodjuża li ntagħżlet għal dan il-kunċert.

Fi stqarrija, il-Kumitat Ċentrali rrin-grazzja lil kull min ħadem b’riżq dan il-kunċert, fosthom lis-Surmast Direttur u lill-Kummissjoni Banda, lill-Kunsill Lokali tal-organizzazzjoni ta’ din l-attività an-nwali, u lil dawk kollha li kienu preżenti. Niltaqgħu għall-kunċert li jmiss, dak tal-festa, nhar it-Tlieta 5 ta’ Lulju 2011. ĠR

Il-poster uffiċjali li ġie maħruġ fl-okkażjoni tal-Kunċert Mużikali mill-Banda

Sagra Familja f’Jum il-Kalkara.

Page 4: Gilju Rebbieh Dicembru 2010

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 20104 Editorjal

Kummissjoni ŻgħażagħL-editorjal ta’ din il-ħarġa nixtieq nid-dedikah kollu kemm hu lill-Kummissjoni Żgħażagħ Sagra Familja, li propju s-sena d-dieħla se tkun qed tagħlaq ħmistax-il sena ta’ eżistenza fi ħdan is-Soċjetà.

Kien propju f’Settembru tas-sena 1996 li grupp ta’ żgħażagħ partitarji ddeċidew li jiffurmaw l-ewwel Kumitat tal-Kum-missjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà u l-ewwel wieħed fil-Kalkara. Filfatt, fi ħdan is-Soċjetà matul is-snin dejjem nibtu gruppi ta’ żgħażagħ li ħadu forma ta’ ku-mitat, iżda li eventwalment ma baqgħux jeżistu. Dan ġara kemm fis-snin 50/60, u anki fis-snin 80.

Iżda l-istorja tal-Kummissjoni Żgħażagħ preżenti hija differenti. Din hija storja ta’ kontinwità, ta’ oriġinalità, ta’ serjetà, ta’ ħidma bla waqfien sabiex jinkisbu dawk l-għanjiet li maż-żmien, id f’id mal-Kumi-tat Ċentrali, jiġi deċiż li jsiru realtà.

Kontinwità: għaliex mis-sena 1996 sal-lum il-ġurnata, il-Kummissjoni Żgħażagħ għada teżisti u baqgħet tissoda maż-żmien. Ħarsa lejn il-kotba tal-festa minn dak iż-żmien l’ hawn jindika dan, fejn ta’ kull sena ssib lista ta’ ismijiet li jiffur-maw il-Kumitat ta’ din il-Kummissjoni, kif ukoll ritratt ta’ dan l-istess Kumitat li jindika l-eżistenza vera tiegħu! Dan minbarra evidenza ta’ ċelebrazzjonijiet li saru fl-2001 u fl-2006 bħala għeluq tal-5 u 10 snin anniversarju. L-irġulija titlob li

l-eżistenza tkun evidenzjata bil-fatti!

Oriġinalità: mhux biss għaliex kienet u għadha l-ewwel Kummissjoni Żgħażagħ fil-Kalkara, iżda wkoll għaliex matul is-snin tal-eżistenza tagħha saru bosta proġetti li sa llum il-ġurnata għadhom waħdiena fil-Kalkara. Li toħloq xi ħaġa huwa sublimi, li tkun oriġinali huwa preġju.

Serjetà: għaliex din hija Kummissjoni mmexxija permezz ta’ statut, b’Kumitat li jiġi elett fost il-membri żgħażagħ tesser-ati kull sena. L-istatut reġa’ ġie totalment aġġornat fis-sena 2003, sena wara ma ġie rivedut dak tas-Soċjetà, u li permezz tiegħu sirna l-ewwel Soċjetà Kalkariża li sirna Organizzazzjoni Volontarja u anki Persuna Legali skont il-liġi. Kollox frott ta’ serjetà u trasparenza fit-tmexxija.

Ħidma bla waqfien: ħarsa ħafifa lejn il-proġetti li twettqu minn din il-Kummiss-joni turi kemm dan in-nukleju żgħażugħ irnexxielu jwettaq tant affarijiet fi ftit żmien, li rnexxielu jkun ta’ eżempju anki għal gruppi ta’ żgħażagħ barra r-raħal. Żgur li kulħadd jiftakar l-esperjenzi sbieħ li ħafna minna għaddew minnhom, bħal meta ġew imżanżna l-imrewħa, l-um-brella, l-armar ta’ Triq il-Missjoni Taljana, bosta tulijiet ta’ liedna u tant affarijiet oħra, fosthom il-kolonna artistika ta’ San Ġużepp li nittamaw li narawha kompluta minn kollox matul din is-sena anniversa-rja. Din il-ħidma ssir id f’id mal-Kumitat Ċentrali, u b’katina mal-fergħat l-oħra tas-Soċjetà. Għaliex finalment dak is-si-griet tas-supremazija tas-Soċjetà tagħna: ħidma katina b’għan wieħed.

Nawgura minn dawn il-paġni li l-pro-gramm t’attivitajiet li se twettaq il-Kummissjoni Żgħażagħ f’din is-sena an-niversarja jkun wieħed ta’ suċċess. Iżda nawgura wisq iżjed li ż-żgħażagħ tas-Soċjetà, huma ta’ liema żmien jew per-jodu huma, ma jaqtgħu qatt li joħolmu u jwettqu dak li ħaddieħor qas biss joħlom! Nagħlaq billi f’isem il-Bord Editorjali nagħti l-festi t-tajba lil kulħadd. ĠR

Duncan Brincat

Karikatura Andrew CiliaMilied madwar is-Sagra Familja.

Leħen l-Ewwel Soċjetà Mużikali Ġużeppina Kalkariża.

Pubblikazzjoni ta’Circolo San Giuseppe

Filarmonika Sagra FamiljaKalkara A.D. 1897

80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara KKR1233Tel: (+356) 27352789

Email: [email protected]: www.sagrafamilja.org

Bord EditorjaliDuncan Brincat

Andrew Cilia

RitrattiMill-Arkivji

ArtikolistiDuncan BrincatBrady BugejaAndrew Cilia

Patri Deo DebonoRyan Fava

Kathleen GrimaDaniel Seguna

Stampat fl-istamperijaBestprint Ltd., Qrendi

Setting, Produzzjoni u Dritt tal-KopjaIMI Publications

Page 5: Gilju Rebbieh Dicembru 2010

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2010 Storja 5

Il-Christmas Tree tal-1936Wieħed mill-ewwel festini tal-Milied għat-tfal li nsibu dokumentat huwa dak li sar nhar il-25 ta’ Diċembru 1936, li l-Ku-mitat kien tah l-isem ta’ Christmas Tree. Għalih kien hemm attendenza ta’ 77 tifel u tifla li ngħataw ġugarelli differenti, kif insibu f’lista apparti. Attenda wkoll il-Ka-ppillan tal-Parroċċa. Jidher li din l-attività kien issir bit-telf, tant li kien hemm ħruġ finanzjarju ta’ ₤5.15,7 u dħul ta’ ₤2.16,6.

Il-festin beda fit-7.45pm u dam kważi sal-10.00pm, ħin li ġie osservat bħala wieħed tard wisq għat-tfal. Kien ġie deċiż ukoll kif għandhom joqgħodu n-nies, “it-tfal għandhom joqgħodu fil-kamra ta’ ġewwa, u n-nisa fil-kamra ta’ barra, u s-siġġijiet iħarsu lejn il-bottegin biss u ta’ importanza kbira li meta jitqegħdu s-siġġijiet ikun hemm passaġġ regulari biex l-irġiel ikunu jistgħu jidħlu u joħorġu wisq iżjed għall-użu tal-bottegin.” Għas-sena 1936, Father Christmas kien ċertu Vincenzo.

Dakinhar, Father Christmas kien qara messaġġ lit-tfal preżenti permezz ta’ radju, li se nippubblikawh b’mod sħiħ fuq din il-paġna:

Trasmissjoni minn Londra tal-Christ-mas Tree taċ-Circolo San Giuseppe tal-Kalkara.

Tfal għeżież, illum l-ewwer darba li jiena sejjer nagħmel l-ewwel diskors bil-Mal-ti, u l-ewwel kliem tiegħi jkun dan: illi l-Kumitat u l-membri ta’ din is-Soċjetà jixtiequlkom il-festi t-tajba tal-Milied, b’rieda tajba, fost l-akbar ferħ u paċi, kif ukoll jixtiequlkom li tibdew is-sena l-ġdida tal-1937 bi prosperità u kunten-tizza u fuq kollox bil-paċi tar-ruħ lilkom it-tfal flimkien mal-familjari tagħkom.

Tfal maħbubin, nistħajjilkom tgħidu bejnietkom: ta’ min huwa dan il-leħen li qiegħed jitkellem magħna? U natu-ralment id-domanda tagħkom tkun f’waqtha, għax jiena għadni lanqas għidtilkom min jien u fejn jien qiegħed.

Mela għandkom tkunu tafu illi jien m’għandiex isem u magħruf mal-Ingilter-

ra kollha bħala l-Christmas Father u għal dan il-mument, jiena tlaqt mill-kapitali tal-pajjiż ġà imsemmi, jiġifieri għadni kif tlaqt minn Londra, fost il-borra u s-silġ li bdew niżlin fuqi f’din il-lejla xitwija, imma għall-inkejja tal-borra, is-silġ u l-kesħa li xxoqq il-għadam, jiena lbist il-barnuż aħmar bil-fur abjad, tgezzizt tajjeb fil-kowt aħmar tiegħi, ksejt idejja bl-ingwanti ħoxnin bojod, bojod daqs il-leħja twila bajda tiegħi, tfajt f’riġlejja par boots li jaslu sa għarkubbtejja, imlejt l-ixkora tiegħi b’oġġetti li xtrajt apposta għalikom minn Londra, u ħsibt sabiex nittajjar għal ħdejkom ħalli nfehmkom xi ħaġa fuq il-Christmas Tree li intom ġejtu apposta għaliha.

Jiena naf tajjeb li bħal dana l-mument intom ta’ tfal żgħar li għadkom, qegħdin bla sabar tistennew il-miġja tiegħi u għandkom 1936 sena sa ma tarawni quddiem wiċċkom, però staportu daqs 10 minuti oħra sa ma tarawni, u sa dan it-tant għoqodu tpaxxew bil-ġmiel ta’ tiżjin li bih tinsab imżejna s-sala tal-każin fejn qegħdin miġburin, li naturalment ġiet trasformata f’għamla l-aktar stupenda ta’ ġnien sabiħ u li jgħaxxaq. Dan kollu jiena nafu għax għadni kif irċevejt telegramma fejn ġejt imgħarraf illi id-dekorazzjoni sublimi tal-każin għall-okkażjoni tal-Christmas Tree u għall-unur tiegħi ġiet kollha magħmulha mill-ħidma kbira tas-Sur T. Coster, tas-Sur C. Fava u ta’ bosta oħrajn li jimmeritaw kull tifħir għal dan ix-xogħol artistiku, u jiena nifirħilhom minn qabel ma nasal ħdejhom. Jiena għadni nistenna sa ma nasal ħdejkom, infatti l-ajruplan li ġej bih qiegħed insuqu jiena stess u mixi b’ħeffa ta’ 254 mil fis-siegħa, u jiena naf żgur ja tfal illi intom tifirħu bijja malli tarawni u jien natural-ment l-istess, u ma għandniex xi ngħidu, fostkom ikun hemm xi wieħed żgħir, jew waħda żgħira, li malli jarawni bil-leħja twila bajda, jaqbdu jibżgħu minni u forsi anki wkoll jibku jew inewħu. Imma jaħasra, jiena għalkemm xwejjaħ, għadni sabiħ u fuq ruħi, u bqajt sabiħ u fuq ruħi tafu għaliex ja tfal? Għax meta jiena kont żgħir bħalkom, kont inħobb ħafna lill-papà u lill-mamà, lill-ħuti u lill-proxxmu, u fuq kollox kont inħobb l’Alla l-imbierek

u trabbejt fil-biża’ tiegħu, kif nispera li intom l-istess, jekk tridu tgħaddu ħajja twila u tgħixu dejjem fil-paċi.

Intant għeżież tfal, billi jiena għoddni wasalt biex inkun ħdejkom, għandi ngħarrafkom illi meta jiena nkun dieħel fil-ġnien tagħkom, intom għandkom toqgħodu għall-ordni, jiġifieri toqgħodu ringiela, ringiela, biex jiena ngħaddi minn nofskom, għax kif diġà għidtilkom fil-bidu, jiena xi ħaġa żgħira biex inferraħkom biha ġibtilkom ukoll miegħi.

Mela tfal, għandi ngħarrafkom, illi l-Christmas Tree jiena sejjer inqassamha b’din il-manjiera, ifhmuni tajjeb: Jiena ser ikolli borża illi ġewwa fiha jkun hemm l-ismijiet ta’ dawk it-tfal kollha li jkunu ħadu parti, u jkolli borża oħra li jkun fiha in-numri mill-1 sas-77, l-istess numri li hemm imwaħħlin mal-ġugarelli. Allura jiena indaħħal idi fl-ewwel borża, in-tella’ isem wieħed u ta’ min ikun l-isem itella’ huwa n-numri mill-borża l-oħra, imbagħad skont in-numru jieħu l-premju. L-ideja hija sabiħa ħafna, issa nixtieq illi intom tagħmlu bħal ma jagħmlu t-tfal Ingliżi, jiġifieri tifirħu b’dak li tirbħu, kemm jekk jinzerta oġġett kbir, kif ukoll jekk ikun żgħir. Qisu, tfal, illi kull wieħed jew waħda minnkom tkunu kuntenti b’dak li tirbħu. Issa qabel ma nispiċċa, ir-rid ngħidilkom ħaġa oħra li għalikom hija aktar importanti mill-Christmas Tree:

Mela bħal ma tafu intom, bħal-lum tmient ijiem sewwa, jaħbat l-ewwel ta’ Jannar, jiġifieri l-istrina, u ma għandniex xi ngħidu f’dik il-ġurnata intom tiddubbaw ħafna boqxiex, cioè ħafna flus iżjed mis-soltu. Naturalment intom tfal li intom, malli taraw dawk il-flus f’idejkom, tib-dew taraw x’tivvintaw f’hiex tonfquhom, imbagħad l-għada trabbgħu l-geddum għax tisbħu b’xejn. Għaldaqstant il-Kumitat ta’ dan il-każin għamel il-ħsieb biex jorganizza għalikom, tfal bniet u su-bien, dak li jgħidulu Penny Bank li aħna l-Ingliżi nużawh wisq għat-tfal tagħna. Dana l-Penny Bank iservi biex meta xi ħadd minnkom jiddobba xi sold jew iżjed, imur il-każin u hemm ikun » 10

Duncan Brincat

Page 6: Gilju Rebbieh Dicembru 2010

Il-Kompożitur ta’ din il-ħarġa:

Malcolm Henry ArnoldILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 20106 Mużika

Ryan FavaMalcolm Henry Arnold twieled f’Northampton fil-21 t’Ottubru 1921 u kien l-iżgħar fost ħamest it-tfal. Mis-sieru, William Arnold kellu n-negozju taż-żraben filwaqt li ommu Annie kienet pjanista. Bħala tifel beda jdoqq it-trum-betta u fl-1933 waqt btala mal-famil-ja, Malcolm iltaqa’ ma’ l-eroj mużikali tiegħu, Louis Armstrong.

Fl-1936, Malcolm kellu laqgħa oħra si-mili, din id-darba ma’ Philip Pfaff. Ġewwa l-knisja ta’ San Mattew f’Northampton, Philip Pfaff ta lil Malcolm l-ewwel lez-zjonijiet formali fl-armonija u fit-teorija. Pfaff u Arnold mill-ewwel saru ħbieb. Huma ta’ spiss kien ikollhom kunċerti flimkien. Philip Pfaff kien immeraviljat b’Malcolm għax kien jitgħallem b’ħeffa kbira l-lezzjonijiet li kien itih u kien jgħid li Malcolm kien bħal sponża daqs kemm kien jixrob dak li jgħallmu.

F’Jannar tal-1942, Malcolm iżżewweġ lil Sheila Nicholson, li kienet vjolinista. Fl-1944 kellhom l-ewwel tarbija imma sfortunatament din mietet wara ftit jiem. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija kien jagħmel xogħol volontarju fil-militar. B’diżappunt kbir induna li ma kienx kapaċi għal dan ix-xogħol u għalhekk spara fuq saqajh stess bir-riżultat li ġie mkeċċi mill-militar. Wara reġa’ lura għall-orkestra u ngħaqad mal-BBC Symphony Orchestra.

Il-perjodu wara l-gwerra kien żmien ta’ bidu ġdid għal Malcolm, kemm personali kif ukoll professjonali. Fl-1948 Sheila well-det tifla, Catherine u mbagħad fl-1950 twieled binhom Robert. Wara Arnold rebaħ scholarship f’Mendelsohn u kien matul dan il-perjodu li Malcolm waqqaf l-orkestra nazzjonali taż-żgħażagħ.

Fl-1949, Malcolm ipproduċa l-ewwel sin-fonija tiegħu. Wara kellu aktar xogħolijiet orkestrali. Kiteb xogħolijiet chamber għal

strumenti tal-qasba, kwartetti għal stru-menti tal-korda, kif ukoll kiteb erba’ ko-tba għall-pjanu u kunċerti.

Mill-1945 sal-1954 kiteb tmien kunċerti.Fl-2006 fl-eta’ ta 85 sena Malcolm miet.

Huwa baqa’ f’kuntatt mill-qrib mad-dinja tal-mużika billi kien jagħmel programmi tal-mużika fuq ir-radju u reġistrazzjonijiet ta’ xogħolijiet tiegħu stess. Huwa meqjus bħala kompożitur kontemporanju. ĠR

Ritratt ta’ Sir Malcolm Henry Arnold.

Page 7: Gilju Rebbieh Dicembru 2010

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2010 Josefoloġija 7

Ġesù jintilef u jinstab

Minn din il-ħarġa se nibdew nagħtu ħarsa lejn il-Kalvarju ta’ San Ġużepp fejn se nirriflettu u nidħlu fil-fond fuq Luqa 2, 41-50; kollox ad unur u glorja ta’ San Ġużepp.

L-episodju li se nħarsu lejh huwa dak im-laqqam bħalha “Ġesù jintilef u jinstab” li jibqa’ sal-lum il-ġurnata mgħotti fil-mis-teru. San Luqa huwa l-uniku Evanġelista li jirrakuntah. Kif sar jaf bih? Mil-liema sors ikkwota? Minn Marija Santissima? Fuq dawn il-mistoqsijiet u fuq il-fatt fih innifsu li l-kummentaturi tal-Evanġelji, il-kittieba spiritwali, normalment jaqbżuh, ir-raġuni umana tibqa’ mingħajr kliem. L-inkomprensjoni ta’ dawk involuti, Marija u Ġużeppi, “iżda kliemu ma fehmuhx” (Lq. 2, 50), tidher li waqqfet kull tentattiv ta’ kjarifikazzjoni.

Minn dak li se nistħarrġu mhux se jinħalqu lakunji eżegetiċi. Mhux se jiġi kjarifikat il-misteru. Se nkunu qed noffru ċavetta fil-qari magħmula minn fatt partikolari jew anglu differenti: il-qalb ta’ Ġużeppi. Hija verità li din il-ġrajja għexitha wkoll martu Marija Santissima, iżda meta tikkonsidra t-tkomplija ta’ ħajja ta’ dawn iż-żewġ persuni, hija ċertament ġustifikata d-dis-tinzjoni. Ġużeppi jgħib fil-bidu tal-ħajja pubblika ta’ Ġesù. Marija, mill-banda l-oħra, issegwi l-iżviluppi, tieħu sehem b’mod sħiħ fil-Passjoni ta’ binha, tgawdi mill-qawmien tiegħu, kif ukoll iddum fuq din l-art wara t-tlugħ fis-sema tiegħu.

Ħafna drabi huwa maqbul li Ġużeppi ta sehmu biss fl-ewwel parti tal-opra tar-redenzjoni: fl-inkarnazzjoni tal-Verb u fil-preparazzjoni ta’ tletin sena qa-bel il-ħajja pubblika. Għalkemm mhux preżenti fiżikament fil-Passjoni tal-Iben, ipparteċipa wkoll b’mod antiċipat, kif ser naraw. Ġust kif kien (Mt. 1, 19) huwa ser-va lill-Mulej b’mod eżemplari, fejn qabeż diffikultajiet u provi, xi drabi diffiċli.

Ċertament li l-aktar prova diffiċli għalih, il-kalvarju veru ta’ Ġużeppi kien meta “intilef” Ġesù. Huwa fatt magħruf li Alla jqiegħed fil-prova lil dawk li huwa jħobb. Waqt it-tiftix kbir li sar għall-“mitluf”

Ġesù, x’kien qed jaħseb Ġużeppi?

• “Kull ma jiġi fuqek ilqgħu, u żomm sħiħ fit-tibdil li jumiljak. Għax id-deheb jip-pruvawh fin-nar, u n-nies magħżula fil-forn ta’ l-umiljazzjoni.” (Sir. 2, 4)• “Fik jittama min jagħraf lil ismek, għax int, Mulej, ma titlaqx ‘il min ifittxek.” (Salm 9)• “La taħbix wiċċek minni, la twarrabx bl-herra l-qaddej tiegħek. Inti l-għajnuna tiegħi; tħallinix u titlaqnix, Alla tas-sal-vazzjoni tiegħi.” (Salm 26)• “u nħoss qalbi tinħall ġewwa fija, kif kont nimxi lejn it-tabernaklu tas-sebħ sad-dar ta’ Alla, fost għajta ta’ ferħ u ta’ radd il-ħajr, qalb folla ferħana.” (Salm 41)

Forsi ftakar f’Abraham u l-prova terribbli li Alla qegħdu fiha, li mbagħad waqqfu li joqtol lil Iżakk, ibnu tant maħbub (Lhud 11, 17)? Jew forsi ftakar f’patrijarka ieħor, antenat tiegħu, Ġakobb, li beka bla waq-fien il-mewt taparsi ta’ ibnu Ġużeppi (Ġen. 37)?

Kemm għal Abraham u anki għal Ġakobb, il-prova qawwija ntemmet b’mod pożittiv, b’ħajjet it-tifel meħud lura, mhux maqtul, misjub. Forsi dawn il-ġrajjiet storiċi qaw-wew lil Ġużeppi bit-tama tas-sejba. Mhux ta’ b’xejn li nistgħu nemmnu li dawk is-“sejbiet” antiki huma figuri profetiċi ta’ dak li kellu jiġri lil Ġużeppi. Kif għex huwa din it-telf? B’liema ħsus ġewwiena hu, flimkien ma’ Marija, fittxew l-Iben tal-Missier li lilu afdalu? B’liema ansjetà, u b’liema turment ġewwa qalbu, qagħad jistaqsi madwar it-toroq ta’ Ġerusalemm lil dak u lill-ieħor: rajtu xi tifel hekk...?

Minjaf il-kummenti tan-nies?

• X’missier b’nuqqas ta’ attenzjoni, inkoxxenti!• Kif jista’ jkun titlef lill-ibnek?

U l-ħsibijiet, it-tifkiriet, l-eżami tal-kux-jenza ta’ Ġużeppi? Alla l-Missier afdali lill-Ibnu u jien ma ħadtx ħsiebu kif sup-post? Fejn jista’ jkun Ġesù? Jista’ jkun li serquh, issekwestrawh, sawtuh? Forsi jin-sab ferut u ħadd ma mar jgħinu? Mhux forsi waslet is-siegħa tiegħu?

Ħadd u xejn ma tah daqqa t’id, sinjal jew indikazjoni. Deżolazzjoni! Turment! U d-deżolazzjoni ta’ Marija kompliet tk-abbar dik tiegħu. Għal tliet ijiem! Kif qed jagħmel biex jiekol, jistrieħ, jgħix b’din id-dieqa? Kollha mistoqsijiet li baqgħu bla tweġiba. Is-sema huwa għatu impen-etrabbli. Alla... assenti! L-ebda anġlu ma jkellmu, jgħinu jew jagħtih ħjiel. Ġużeppi qatt ma sofra daqsekk. Lanqas fil-ħarba lejn l-Eġittu, bil-ħsieb tas-suldati t’Erodi li kienu qed isegwuhom.

Dakinhar Ġesù kien hemm: u kien qed jaħrab għalih u bih! Hawn Ġesù jinsab nieqes. Huwa lilu li qed ifittex. Dan hu l-vojt, it-telfa, id-dlam! Ġużeppi, għalkemm bla ħtija, issa jaf x’inhuwa l-infern. Hawn iġarrab xi tfisser il-“mewt” tal-Iben t’Alla. Bħala vigarju tal-Missier Etern fuq din l-art, huwa jista’ jgħid li kien qed jieħu sehem minn qabel fid-dulur minħabba l-passjoni u l-mewt tal-Iben! ĠR

Ikompli f ’ħarġa oħra...

Duncan Brincat

Rokna LetterarjaIl-ktieb li għażilna g ħ a r- r i ċ e n s j o n i għal din il-ħarġa jġib l-isem “Fa-vourite Prayers to St. Joseph”, talbiet miġbura b’mod tradizzjonali.

San Ġużepp jaq-la’ bosta grazzji,

b’mod speċjali f’problemi familjari, faqar, safa, perikli, xogħol u anki fil-mewt. Huwa l-patrun universali: kien mis-sier Kristu fid-dinja u llum Kristu għadu jisma’ talbu! Fil-ktieb insibu bosta talb ċelebri, fosthom in-novena, il-litanija u bosta oħrajn.

Nirrikmandaw lil kulħadd sabiex jakkwis-ta kopja. (72 paġni; PB. No. 1289, ISBN 9780895554468). ĠR

Il-Kalvarju ta’ San Ġużepp (1)

Page 8: Gilju Rebbieh Dicembru 2010

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 20108 Spiritwalità

Bħal Ġużeppi f’dan il-Milied: Fanal tal-qalb imħeġġa jew ġilju tal-imħabba umliKull meta jasal dan iż-żmien tas-sena, fid-djar tagħna tfeġġ ix-xena tal-presep-ju. Il-presepju huwa iċ-ċentru ta’ l-armar tal-Milied għalkemm ħafna jippreferu jkollhom bambin kbir u sabiħ flok ikoll-hom presepju bil-pasturi żgħar.

F’dawn l-aħħar snin l-armar tal-Milied sar ukoll business u llum kull ħaġa li tis-ta’ timmaġina ġiet irranġata u saritilha libsa għall-festi tal-Milied. Din is-sena saħansitra ħarġu fuq is-suq covers kbar għall-fridges u washing machines biex iżżejjinhom ukoll għall-atmosfera tal-Milied. Minkejja dan il-kummerċ sfrenat li hawn madwarna, il-presepju baqa’ popolari, speċjalment mat-tfal.

Il-karattri prinċipali huma ovvjament il-Familja Mqaddsa. Marija tidher ħafna drabi mistgħaġba tħares lejn binha Ġesù b’imħabba kbira u b’devozzjoni. Ħafna drabi lil Marija nsibuha għarrkubbtejha kif kienet iddiskrivietha l-Beata Katerina Emerich, soru Agostinjana li kellha di-versi viżjonijiet fuq il-ħajja tal-Familja Mqaddsa. Marija kienet għarrkubtejha tadura b’reverenza kbira l-misteru ta’ l-inkarnazzjoni.

Fuq in-naħa l-oħra tal-maxtura naraw lill-maħbub tagħna, Missierna San Ġużepp, raġel bilwieqfa jħares lejn iż-żewġ barki-et li Alla tah, lil martu Marija u lil binhom Ġesù. Għalkemm Ġesù ma kienx ibnu naturali, Ġużeppi jħossu ferħan bih daqs li kieku kien tiegħu. Ħafna drabi f’idejn Ġużeppi naraw għasluġ b’bukkett fjuri fin-naħat ta’ fuq tiegħu jew inkella fanal.

Dawn iż-żewġ simboli ġejjin minn tradiz-zjoni antika.

Jingħad li fl-antik kien hemm il-leġġenda li meta Marija dehrilha l-anġlu u hi qalt-lu li ma tagħrafx raġel, l-anġlu qalilha li l-Mulej kien ser jagħtiha sinjal. Meta Ġużeppi kien ġie lura d-dar għaliha u Marija dehret quddiemu, mill-bastun tiegħu spunta blanzun li fetaħ f’ġilju sabiħ, bħala sinjal ta’ qalb Ġużeppi li bħal blanzun magħluq fetħet f’daqqa malli ra lill-maħbuba tiegħu. Għalhekk fil-vari u fil-pitturi Ġużeppi jidher bil-bastun iffjurit.

Il-vara tagħna tesprimi l-ferħ kbir ta’ Ġużeppi meta huwa u jħares lejn ibnu Ġesù u lejna l-ulied speċjali tiegħu,

f’idejh għandu bastun mimli u mfaw-war b’ġilji mill-isbaħ. Mhux ta’ b’xejn li ħutna li jieħdu ħsieb it-tempju tant sabiħ tagħna, dendlu ma’ dawn il-ġilji xi tifki-riet li missirijietna u aħna wkoll stajna taj-na lil Ġużeppi bħala radd ta’ ħajr għall-protezzjoni tiegħu. Fil-kwadru titular tagħna l-bastun jinsab f’idejn Ġesù għax Ġużeppi ħares lil Ġesù biex għenu jikber u jagħraf l-għaliex ġie fid-dinja.

Bħalma s-sultan ikollu xettru, Ġużeppi ta l-għasluġ tieġħu lil Ġesù biex isaltan. Tah għasluġ mimli mħabba u umiltà! L-istorja tal-fanal hi simili. Il-leġġenda tgħid li meta twieled Ġesù, qalb Ġużeppi xgħelet bl-imħabba. Il-fanal huwa s-sim-bolu tal-fjamma ta’ mħabba paterna li Alla ħeġġeġ fil-qalb umli ta’ Ġużeppi dak il-ħin li ra lill-iben t’Alla jitwieled. J’Alla aħna lkoll bħala ulied Ġużeppi nħarsu lejn Ġesù tarbija u bħalu qalbna tixgħel bil-ferħ u bl-imħabba. B’dan il-mod il-familji tagħna li huma l-għasluġ tagħna, jwarrdu u jfewwħu l-ħajja tagħna bl-isbaħ fwieħa. Mela ħuti, ejjew immorru għand Ġużeppi, ejjew nitolbuh iħeġġeġ fina dik il-fjamma ta’ mħabba li saħħnitu f’dak il-lejl kiesaħ. Ejjew inkunu fanal għal dawk li huma bierda, ejjew nkunu għasluġ għal dawk li huma mifluġa bil-mard u bid-dubji. Ejjew inkunu rifless ta’ dan ir-raġel ġust li l-Mulej għarfu bħala l-aqwa missier li seta jagħti lil ibnu. ĠR

Patri Deo Debono OSA

Il-QawlIl-qawl li għażilna għal din il-ħarġa huwa dan li ġej:

Min joħroġ fil-lejl tal-Milied irid jiekol tliet darbiet.

Dan il-qawl huwa wieħed meqjus bħala storiku. Dan għaliex fl-antik, lejlet il-Milied kien jum ta’ sawm għall-Insara. B’hekk, kif jgħaddi dan il-jum, setgħu jieklu wara l-quddiesa ta’ nofs il-lejl, f’nofsinhar nhar il-Milied u filgħaxija. ĠR

Page 9: Gilju Rebbieh Dicembru 2010

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2010 Soċjetà 9

L-Intervista: Mro. Ugo BuhagiarF’din il-ħarġa ħsibna sabiex bix-xieraq nintervistaw lil Mro. Ugo Buhagiar li ilu jservi sa mill-1987 bħala Surmast Diret-tur tal-Banda Sagra Familja. Intervis-tah għall-Ġilju Rebbieħ il-korrispondent Andrew Cilia, l-għada tal-kunċert li sar f’Jum il-Kalkara.

M: Min hu Ugo Buhagiar?

T: Qabel xejn nibda biex nirringrazzja lis-Soċjetà tal-opportunità li tgħatni fuq din ir-rivista u nsellem lill-qarrejja kollha. Ugo Buhagiar hu bniedem tal-familja miżżewweġ lil Doris u għandu żewġt itfal Andrea u Clinton. Propjament jien minn Bormla però ngħoqod Ħal Qormi. Twelidt nhar it-22 ta’ Ġunju tas-sena 1959 u llum għandi wieħed u ħamsin sena. Ilni ndo-qq il-mużika minn mindu kelli 12-il sena allura ilni dawk id-39 sena fil-mużika. Bħala Surmast Direttur tal-Banda Sagra Familja ilni 24 sena.

M: X’avvenimenti relatati mal-Banda Sa-gra Familja ma tinsa’ qatt?

T: Naturalment ma nistax għal din il-mistoqsija ma nsemmix iż-żewġ safriet li l-Banda Sagra Familja għamlet kemm ġewwa Spanja kif ukoll ġewwa l-Ingil-terra. Dawn il-ġrajjiet ma jibqgħux biss f’moħħi mhux biss minħabba li morna nirrappreżentaw lil Kalkara u lill-pajjiżna imma anki għax ġibna riżultati tajbin

ukoll. Avveniment ieħor memorab-bli kienet l-akkademja li l-istess banda għamlet ġewwa l-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp fil-Kalkara fis-sena ċentinarja tas-Soċjetà. Avveniment ieħor li hu aktar riċenti huwa l-Programm Mużikali kbir li bħala banda tellajna f’Jum il-Kalkara ġewwa l-Iskola Primarja din is-sena.

M: Ġaladarba semmejt il-Programm Mużikali fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara, tagħti ir-reazzjonijiet tiegħek dwar dan

preżenti fis-sala tal-Iskola Primarja tal-Kalkara.

M: Bħala Surmast Direttur ta’ din il-banda, kif tħossok rigward it-tagħlim tal-mużika fost l-allievi fis-Soċjetà?

T: Sodisfaċenti ħafna. Dan għaliex minke-jja li aħna raħal u każin żgħir in-numru ta’ tfal u żgħażagħ li qed jitgħallmu mall-Banda Sagra Familja huwa wieħed inkoraġġanti ħafna u jkompli juri inter-ess fl-aspett mużikali fi ħdan is-Soċjetà. Apparti minn hekk ħafna minn dawn it-tfal għandhom ukoll strument mogħti mill-każin sabiex ikunu jistgħu jitgħallmu fuqu. Minn hawn nappella lil kulħadd biex ikompli jinvesti f’dawn it-tfal għax huma l-bandisti futuri tal-Banda Sagra Familja.

M: Għaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din ir-rivista.

T: Qabel xejn ngħaddi l-awgurju tiegħi lill-qarrejja kollha. Awgurju ta’ Milied hieni mimli bil-barka tas-Sagra Familja, iċ-ċentru tal-Milied u sena mimlija barka hena u riżq. L-aħħar kliem tiegħi imur b’appell lejn dawk kollha interessati biex jissieħbu bħala allievi mall-Banda Sa-gra Familja biex javviċinaw lil xi mem-bru inkarigat. It-tagħlim isir kollu b’xejn darba fil-ġimgħa ġewwa s-sede tas-Soċjetà. Grazzi mill-ġdid u prosit lill-Bord Editorjali ta’ din l-inizjattiva biex leħen is-Soċjetà jkompli jasal fid-djar tal-Kalkariżi kollha. ĠR

Andrew Cilia

Is-Surmast Direttur Mro. Ugo Buhagiar f’ritratt meħud għall-publikazzjoni tal-

ktieb tal-festa titulari 2010.

Mro. Ugo Buhagiar jidderieġi l-Banda Sagra Familja matul Akkademja Mużikali ġewwa l-Knisja Parrokkjali fis-sena ċentinarja tas-Soċjetà tal-1997.

il-Programm Mużikali?

T: Kien programm nażżarda ngħid kolos-sali. Dan minħabba li fih indaqqet tip ta’ mużika ta’ ċertu livell. Biżżejjed insemmi l-1812, Thannhauser, Ġensna u mużika oħra ta’ klassi. B’hekk ukoll urejna l-livell għoli tal-banda tagħna li kapaċi ddoqq mużika bħal dik. Mall-banda kellna wkoll żewġ kantanti, Debbie Scerri u Neville Refalo, li komplew taw spettaklu lill-udjenza

Page 10: Gilju Rebbieh Dicembru 2010

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 201010 Tfal

Il-MiliedDarba waħda, fil-lejl tal-Milied, intfajt mistrieħ fuq is-sufan. It-tfal kienu reqdin f’soddthom, ir-rigali imgeżwra, filwaqt li l-ħalib u l-galettini mqegħda fejn il-fire-place jistennew lil Father Christmas. Fil-waqt li qagħdt nammira is-siġra tal-milied mżejna bid-dekorazzjonijiet, id-dawl iteptep beda jġagħlni nongħos u spiċċajt irqadt.F’ħin minnhom ħassejt li ma kontx għadni waħdi u ftaħt għajneja. Tistgħu timmaġinaw kemm stgħaġibt meta rajt lil Father Christmas quddiemi. Innutajt li ma kienx kuntent anzi beda jħarisli b’wiċċ diżappuntat u kellu d-dmugħ f’għajnejh.“Xi ġralek Father Christmas, għalfejn qed tibki?” staqsejtu. “It-tfal” qalli mdejjaq.

“Imma t-tfal iħobbuk” għidtlu jien. Hu dlonk qalli, “Iva naf u anke l-ġugarelli li nġibilhom iħobbu, imma t-tfal tal-lum ma jafux il-veru spirtu tal-Milied u mhux it-tort tagħhom, huma l-adulti li ħafna minnhom insew kif jagħllmu lit-tfal!” Bħal donnu gerfixni, saqsejtu x’suppost aħna għandna nagħllmu lit-tfal tagħna. Dlonk qalli, “Tgħallmuhom il-veru sens tal-Milied u xi jfisru t-tradizzjon-ijiet”. Father Christmas ħareġ siġra zgħira tal-Milied minn ġol-borża tiegħu u qalli li l-aħdar huwa t-tieni kulur tal-Milied, is-siġra li tibqa’ dejjem tħaddar tirrappreżenta it-tama fil-ħajja eterna f’Ġesù. Hu reġa’ daħħal idu f’dik il-borża u ħareġ stilla tleqq, poġġieha fuq nett tas-siġra, u qal li din kienet sinjal mis-sema. Alla wegħdna Salvatur tad-dinja u bagħat l-istilla meta twieled Ġesù bambin. “Għallmuhom li

» 5 hemm wieħed jistenna apposta biex ittuh dawk il-flus li tkunu ddubbajtu u huwa jerfaħhomlkom. Imma għalissa sa hawn biżżejjed, imbagħad aktar ‘il qud-diem intom tkunu infurmati aktar eżatt bid-dettalji permezz tas-soċji.

Għal din il-biċċa xogħol sabiħa ferm fil-prinċipju tagħha, denja ta’ min jifforma, is-Sur Giuseppe Coster sejjer ikun dak is-sinjur li beħsiebu jieħu paċenzja bikom, u qisu illi tpattuhulu billi meta tikbru ma tinsewx x’ikun għamel magħkom.

Qabel nispiċċa d-diskors ta’ xwejjaħ li jiena, irrid ngħidilkom l-aktar ħaġa im-portantissima, u għal dawn l-aħħar erbgħa kelmiet, nitlob l-attenzjoni mhux tat-tfal biss, imma wisq iżjed tal-kbar. Iċ-Circolo San Giuseppe, inkella dak li aħna ngħidulu l-każin ta’ fuq, bħala tali li huwa ta’ fuq, l-ebda ħaġa ma għamel jew jagħmel li ma tkunx ġusta, u lanqas pref-erenzi, voldieri wara li tispiċċa l-Christ-mas Tree, b’għajnejh stess jara kulħadd li sar kollox mingħajr qerq. Il-Christmas Tree tikkonsisti filli t-tifel jew tifla tagħżel il-fortuna b’idejha stess. Nirringrazzja mill-bogħod u minn qabel lill-Kumitat organizzattiv li huma s-Sinjuri Carmelo Fava, Thomas Coster u Salvatore Ventura. Il-festi t-tajba lil kulħadd! ĠR

Alla dejjem iwettaq il-wegħdiet tiegħu u nies għorfa għadhom iffitxuh”. Spjegali kif l-aħmar huwa l-ewwel kulur tal-Milied fil-waqt li ħareġ ornamet aħmar mill-borża u qegħdha mas-siġra. L-aħmar jirrapreżenta d-demm li jagħti l-ħajja minn ġol-vini tagħna: l-ikbar rigal li tana. “Għallmuhom kif Kristu ta ħajtu għalina sabiex minn demmu tana l-ħajja eterna.” Ħareġ ukoll qanpiena tal-fidda u tefgħaha fuq is-siġra u spjega kif il-merħla ssib triqtha bil-ħoss tal-qanpiena, hekk ukoll aħna għandna nimxu wara r-ragħaj it-tajjeb. Poġġa’ ukoll xemgħa żgħira u xelha, filwaqt li l-fjamma żgħira xelgħet il-kamra, spjega li l-fjamma tfisser kif in-nies juru l-apprezzament li Alla bgħat lil ibnu fil-lejl tal-Milied. Ix-xemgħat jirrappreżentaw it-tfal prezzjużi ta’ Alla.Saqsejt lil Father Christmas kif jidħolf’dan kollu, u wiċċu jixgħel qalli li hu kull ma hu simbolu li jfisser l-ispirtu tal-familja u l-pjaċir li tagħti u tirċievi r-rigali. Jekk dak kollu li hu spjegali ma jintesiex lanqas hu ma jiġi minsi mal-medda taż-żmien.Filwaqt li urejtu li qed nifhem, temm jgħidli, “Għalhekk ġejt inkellmek għax int adult, u jekk ma jgħallmux l-adulti lit-tfal tagħhom dawn l-affarijiet, min tridu jgħallimhomlhom?”. ĠR

Page 11: Gilju Rebbieh Dicembru 2010

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2010 Sports/Attwalità 11

Ħarsa lejn ix-xena Sportiva KalkariżaWasalna propju fit-tmiem tal-istaġun tal-Ħarifa u kif kont ġà għidt fl-aħħar pubblikazzjoni tal-Ġilju Rebbieħ propju f’dan l-istaġun jibdew l-impenji għat-tim tal-futbol Kalkariż fit-tielet diviżjoni tal-kampjonat lokali. Fost il-logħbiet li lagħbu s’issa t-tim Kalkariż spikkat il-mawhra li għamel it-tim fil-gżira Għawdxija f’Novembru li għadda meta lagħab kontra Gozo FC. Il-klan Kalkariż ġewwa Għawdex kellu aspetattivi kbar li jġib riżultat pożittiv iżda sfortunatament it-tim ġie megħlub bl-iskor ta’ 3-1.

Rigward il-klassifika ta’ dan l-istaġun it-tim Kalkariż ma tantx beda fuq nota tajba fejn qiegħed jokkupa l-aħħar pożizzjoni tal-klassifika flimkien ma’ Sirens. Il-kampjonat għadu fil-bidu u fadal ħafna logħbiet x’jintlagħbu. Barra minn hekk id-distakk tal-punti bejn it-timijiet m’huwix ħafna b’hekk jiena ninsab ottimist li t-tim Kalkariż jista’ jtemm l-istaġun fuq nota pożittiva. Fatt pożittiv ukoll huwa li l-proġett fil-grawnd tal-Kalkara tlesta u ġie nawgurat. Fondi provduti mill-MFA għenu sabiex il-grawnd tal-Kalkara jiġi magħmul b’ħaxix sintetiku, kif ukoll ġew installati xi affarijiet oħra bħal flood lights u fence aktar effiċjenti minn dak li kien hemm qabel. Apparti l-użu li qed jagħmel minnu t-tim Kalkariż dan il-grawnd għen sabiex il-Kalkara jkollha nursery tat-tfal ta’ livell bħal lokalitajiet oħra. Bis-saħħa ta’ dan il-proġett in-numru tat-tfal fin-nursery tal-Kalkara żdied u dawn it-tfal qegħdin jikkompetu fil-kompetizzjonijiet

organizzati mill-YFA (Youth Football As-sociation).

Il-klan Kalkariż issa li tlesta l-proġett tal-grawnd beħsiebu mill-istaġun li ġej jik-kompeti f’kull kategorija li joffri l-futbol Malti. Għal din is-sena sfortunatament it-tim Kalkariż m’huwiex jipparteċipa fil-kategorji ta’ taħt is-sbatax u l-ħmistax-il sena, però fil-kategorija ta’ taħt id-dsa-tax-il sena sar ħafna progress fejn din is-sena ninsabu fin-naħa ta’ fuq tal-klas-sifika, kif ukoll uħud minn dawn il-plejers qegħdin jiffurmaw parti mit-tim tal-kbar u fortunatament anke minn dawn iż-żgħażagħ hemm minnhom li għandhom posthom regolari fit-tim tal-kbar.

Ma nistax ma nsemmix ukoll il-progress kbir li sar mit-tim tad-darts tas-Soċjetà li din is-sena qiegħed jipparteċipa f’żewġ kategoriji. Fil-ħarġa li jmiss se nagħtu ħarsa ta’ kif inkunu f’dan ir-rigward ma-tul din is-sena.

Issa li ninsabu fix-xahar ta’ Diċembru, ix-xahar tal-festi tal-Milied ninsabu qrib ukoll li nibdew sena ġdida. Dak li sar fl-2010 issa jiġi mal-passat u rridu nħarsu dejjem lejn il-futur b’mod pożittiv lejn dawk kollha li huma nvoluti fl-isport Kalkariż. Min-naħa tiegħi nawgura l-festi t-tajba lil kulħadd u sena ġdida b’riżq kif kulħadd jixtieq. ĠR

Brady Bugeja

Bħala kompetizzjoni bi premju għal din il-ħarġa qegħdin nistaqsu din il-mistoqs-ija: F’liema sena tnehdiet il-website uffiċjali tas-Soċjetà għall-ewwel dar-ba?

Ibgħatu r-risposti tagħkom sa mhux ak-tar tard mill-aħħar ta’ Jannar 2011, f’dan l-indirizz: Kompetizzjoni Ġilju Rebbieħ, Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, 80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara.

Ir-rebbieħ jirbaħ voucher ta’ €5 mingħand il-Bar ta’ Circolo San Giuseppe Filarmoni-ka Sagra Familja. ĠR

Ko m p e t i z z j o n iSajjar fuq nar baxx għal madwar 25 minuta oħra.

Wara żid iz-zalzett u kompli sajjar għal 10 minuti oħra.

Servi l-istuffat mal-patata mash.

Għal iżjed informazzjoni tistgħu tibgħatu email fuq [email protected]. Aktar riċetti jixxandru matul l-iskeda tas-Sajf ta’ Radju Ġilju Rebbieħ, l-istazzjon tas- Soċjetà. ĠR

Ir-riċetta li qed nippreżentalkom f’din il-ħarġa hija tal-istuffat taz-zalzett Malti.

Ingredjenti:4 mgħaref żejt (preferibilment vegetable oil)3 basliet imqatta’Sinna tewm imqatta’2 bżariet ħodorBżaru aħmarKilo tadam imqaxxar u mqatta’4 milwiet zalzettKuċċarina paprikaBżar u melħ

Metodu:Saħħan iż-żejt u aqli l-basla u t-tewm.

Malli tara li dawn ħadu naqa kulur, żid il-bżar aħdar u l-aħmar u sajjar għal tliet minuti oħra.

Żid it-tadam imqatta’, il-bżar, il-melħ u l-paprika.

Ir-Riċetta:

Stuffat taz-Zalzett MaltiKathleen Grima

Page 12: Gilju Rebbieh Dicembru 2010

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 201012 Aħbarijiet/Kalendarju

Aktar żviluppi fuq il-ħidma tal-armarL-Għaqda tal-Armar bħalissa għaddejja b’ħidma estensiva fuq armar ġdid, tkom-plija ta’ proġetti eżistenti, kif ukoll ma-nutenzjoni ta’ dak antik.

Wara laqgħa ġenerali tal-għaqda li ssejħet nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Novem-bru, ġie ffinalizzat programm ta’ ħidma, li jinkludi fost l-oħrajn xogħol ta’ bdil ta’ ventijiet f’xi toroq, speċjalment dawk li jidhru li jkunu marru. Fi stqarrija, l-istess għaqda appellat għall-koperazzjoni tar-residenti ta’ dawk it-toroq li fihom se jsiru x-xogħlijiet.

Fl-istess laqgħa ġie diskuss disinn pro-post għal sett ta’ pavaljuni ġodda għal Triq Patist Borda. Dan is-sett, fuq disinn tad-disinjatur Silvio Pace, se jkun qed jik-kumplimenta s-settijiet l-oħra ġodda li saru f’dawn l-aħħar snin. L-Għaqda tal-Armar nhidiet skema ta’ ġbir ta’ fondi mill-istess triq, u qed tappella sabiex ir-

residenti jkomplu jikkoperaw f’dan il-ġbir kif diġà qegħdin jagħmlu.

Sadattant, inbeda l-isfumar fuq il-pav-aljuni ta’ Triq is-Sibi, din id-darba mill-isfumatur Redrian Micallef. Qed jitkom-plew ukoll il-pitturi għall-bandalori ta’ Triq ir-Rnella mill-pittur Għawdxi Manuel Farrugia, filwaqt li matul ix-xhur li ġejjin se jinbeda l-isfumar fuq il-pav-aljuni ta’ Triq is-Sienja, wara li minħabba ċirkustanzi li m’għandiex x’taqsam magħhom l-għaqda, ix-xogħol fuqhom kien għoddu waqaf. Ryan Stivala qiegħed ikompli l-isfumar u l-pittura tal-bandalori tal-Ġimgħa Mqaddsa, sabiex din is-sena naraw dan is-sett kollu lest.

Fl-istess ħin, qed isiru bosta attivita-jiet, lotteriji u ġbir b’riżq proġett ġdid li ċertament se jsaħħar lil bosta, iżda aktar dettalji dwar dan jingħataw aktar ‘il qud-diem. ĠR

Deċiżjoni dwar id-data tal-festaMatul l-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni Festa fi ħdan il-Parroċċa li saret nhar it-Tlieta 9 ta’ Novembru ġew diskussi tliet proposti dwar id-data tal-festa, liema proposti kienu saru mill-istess kummissjoni qabel il-festa 2010. Dawn kienu: 1. li d-data tal-festa tibqa’ kif inhi ( jiġifieri fit-tieni Ħadd u tinbidel għat-tielet minħabba t-tazza tad-dinja); 2. li d-data tibqa’ dejjem it-tieni Ħadd; jew 3. li d-data tinbidel għal xi Ħadd ieħor fl-istaġun tas-Sajf. Minħabba li ma kienx hemm qbil bejn it-tliet partijiet involuti, id-deċiżjoni kienet li tibqa’ tintuża s-sistema preżenti ( jiġifieri proposta 1). Fi stqarrija s-Soċjetà tiċħad kategorikament li qatt għamlet xi proposta biex il-festa tiġi trasferita għat-tielet Ħadd ta’ Lulju, kif jixhdu l-minuti tal-istess Kummissjoni. Is-Soċjetà lesta li tippubblika l-minuti hija stess għas-sodisfazzjon tal-Kalkariżi, iżda qed tistenna r-reazjoni tal-Kappillan u tal-Kummissjoni Festa dwar dan. ĠR

Stampat fuq karta riċiklata.

Il-Kalendarju tal-Attivitajiet: Diċembru-FrarHawn taħt se nagħtu ħarsa ħafifa lejn xi wħud mill-attivitajiet li ser jiġu organiz-zati matul ix-xhur ta’ Diċembru 2010, Jannar u Frar 2011. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jattendi.

Is-Sibt 4 ta’ Diċembru, 8.30pmKaraoke Night mill-Għaqda tal-Armar ġewwa s-sede tas-Soċjetà, fejn dawk koll-ha preżenti jkunu jistgħu jippreżentaw it-talent tal-kant tagħhom quddiem il-pubb-liku, filwaqt li jieklu minn varjetà ta’ ikel.

Is-Sibt 11 ta’ Diċembru, 7.30pmProgramm vokali u strumentali mill-Ban-da Sagra Familja fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara ġewwa s-sala tal-Iskola Primarja, organizzat mill-Kunsill Lokali.

It-Tnejn 13 ta’ Diċembru, 9.00amFootball Tournament organizzat mill-Għaqda tal-Armar flimkien mal-Għaqda tan-Nar ġewwa l-pitch sintetiku tal-Kalkara. Applikazzjonijiet u regolamenti jinkisbu mingħand il-membri taż-żewġ għaqdiet rispettivi.

Il-Ġimgħa 17 ta’ Diċembru, 6.30pmParty tal-Milied għat-tfal tal-membri u l-ħbieb tagħhom ġewwa s-sede tas-Soċjetà imtella’ mill-Kummissjoni Nisa. Biljetti mill-membri tal-Kummissjoni jew mill-bar tal-każin. Il-Ġimgħa 31 ta’ Diċembru, 8.30pmIl-Kumitat Ċentrali jippreżenta n-New Year’s Eve annwali ġewwa s-sede tas-Soċjetà. Biljetti jinkisbu mingħand il-membri tal-Kumitat jew mill-bar tal-każin, fuq bażi first come first served. Inħeġġu lil kulħadd biex jakkwista l-biljett tiegħu mill-aktar fis ħalli ħadd ma joħroġ diżappuntat.

Il-Ħadd 9 ta’ Jannar, 9.30amĠabra u tqassim tal-kalendarji tal-Għaqda tan-Nar mat. Nitolbukom tkunu ġenerużi b’riżq il-ħarqa ta’ din is-sena.

Il-Ġimgħa 28 ta’ Jannar, 8.00pmFenkata bejn il-ħbieb, organizzata mill-Kummissjoni Żgħażagħ ġewwa s-sede tas-Soċjetà. Biljetti mingħand il-membri tal-istess Kummissjoni.

Il-Ħamis 10 ta’ Frar, 12.00pmIkla bejn il-ħbieb ġewwa s-sede tas-Soċjetà mill-Għaqda tal-Armar b’riżq il-proġetti ambizzjużi tagħha. Kulħadd mist-ieden jattendi, b’aktar dettalji jitħabbru fuq in-noticeboard.

Is-Sibt 19 ta’ Frar, 8.00pmIl-Kummissjoni Żgħażagħ se torganizza l-Get Together annwali fl-okkażjoni tal-Malta Song for Europe. Kull min jattendi jkun jista’ jsegwi b’mod dirett dan il-festival fis-sede tas-Soċjetà, filwaqt li jgawdi minn varjetà kbira ta’ ikel. Biljetti mingħand il-membri tal-istess Kummissjoni.

Attivitajiet oħraMatul dawn ix-xhur se jkunu qed isiru di-versi lotteriji mill-Kumitat u Kummissjoni-jiet. L-Għaqda tal-Armar se tkun qed tor-ganizza Carwash fil-viċinanzi tal-maħżen tal-armar u Playstation Competition ġewwa s-sede tas-Soċjetà kull xahar. Id-dati ris-pettivi jitħabbru fuq in-noticeboard. ĠR