12
il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin Numru 22 Diċembru 2011 Dehra ġenerali ta’ parti mill-istand tal-Għaqda tal-Armar Ġilju ta’ Lulju, waqt wirja “il-Festa” li saret ġewwa Montekristo lejn l-aħħar ta’ Novembru. » Aktar f’paġna 2 Dehra ġdida u moderna fil-Bar Area Matul dawn l-aħħar xahrejn kompliet il-ħidma intensiva fuq il-proġett ewlieni tas-Soċjetà; dak tar-rinovazzjoni tal-bar area. Kif ġie mxandar fl-aħħar ħarġa, ngħatat spinta kbira fuq ix-xogħol tas- suffett, li sar b’ħidma ta’ Chris Farrugia, mgħejun minn Joseph Camenzuli, fuq disinn tad-designer professjonali Mario Cassar, bl-għajnuna ta’ Mario Vassallo. Taħt dan is-suffett ġiet mgħoddija l-installazjo- ni elettrika kollha, li mbagħad ġiet ikkum- nikata u maħruġa mill-gypsum minn Jes- mond Stivala mgħejun minn Joe Debono. Dan wassal sabiex sa qabel tmiem Novem- bru s-suffett kien kollu lest, inkluż id-disinn ta’ fuq il-counter tal-bar, u anki disinn ieħor viċin it-taraġ li jagħti għall-ewwel sular. » 2 Is-sena 2012: Sena impenjattiva u bi sfidi kbar Wara l-festa 2011 li kienet mill-aktar sodisfaċenti, il-Kumitat Ċentrali ħabbar programm impenjattiv ta’ attivitajiet im- mirati lejn ċelebrazzjonijiet f’għeluq tliet anniversarji importanti. Dawn huma: il- 125 sena mit-twelid tal-ex-President u ex-Surmast Direttur tas-Soċjetà Mro. Lorenzo Gonzi, il-115-il sena mit-twaq- qif tas-Soċjetà nhar l-1 ta’ Ġunju 1897, u l-25 sena mir-rifondazzjoni tal-Ban- da Sagra Familja fi ħdan din l-ewwel Soċjetà Mużikali Ġużeppina Kalkariża. Għal dan il-għan, matul dawn l-aħħar xhur saru preparamenti kbar sabiex dawn l-anniversarji jitfakkru bl-aqwa mod, fosthom b’kunċerti tal-aqwa livell mill-banda, kif ukoll avvenimenti oħra li żgur ser jibqgħu mnaqqxa fl-istorja tas- Soċjetà. L-aspettattivi huma kbar ħafna, tant li għaddejja ħidma sfieqa fuq il- preparamenti meħtieġa, li se jkunu qed jagħtu ġieh lill-omm is-soċjetajiet kollha Kalkariżi. Sadanittant, il-Kumitat ħabbar li nhar il-Ħadd 18 ta’ Diċembru se ssir il- ġabra annwali bil-kalendarju, li se tkun qed tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kbar li se jkun hemm matul is-sena 2012. ĠR

Gilju Rebbieh Dicembru 2011

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, Kalkara

Citation preview

il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin Numru 22 Diċembru 2011

Dehra ġenerali ta’ parti mill-istand tal-Għaqda tal-Armar Ġilju ta’ Lulju, waqt wirja “il-Festa” li saret ġewwa Montekristo lejn l-aħħar ta’ Novembru. » Aktar f’paġna 2

Dehra ġdida u moderna fil-Bar AreaMatul dawn l-aħħar xahrejn kompliet il-ħidma intensiva fuq il-proġett ewlieni tas-Soċjetà; dak tar-rinovazzjoni tal-bar area. Kif ġie mxandar fl-aħħar ħarġa, ngħatat spinta kbira fuq ix-xogħol tas-suffett, li sar b’ħidma ta’ Chris Farrugia, mgħejun minn Joseph Camenzuli, fuq disinn tad-designer professjonali Mario Cassar, bl-għajnuna ta’ Mario Vassallo. Taħt dan is-suffett ġiet mgħoddija l-installazjo-ni elettrika kollha, li mbagħad ġiet ikkum-nikata u maħruġa mill-gypsum minn Jes-mond Stivala mgħejun minn Joe Debono. Dan wassal sabiex sa qabel tmiem Novem-bru s-suffett kien kollu lest, inkluż id-disinn ta’ fuq il-counter tal-bar, u anki disinn ieħor viċin it-taraġ li jagħti għall-ewwel sular. » 2

Is-sena 2012: Sena impenjattiva u bi sfidi kbarWara l-festa 2011 li kienet mill-aktar sodisfaċenti, il-Kumitat Ċentrali ħabbar programm impenjattiv ta’ attivitajiet im-mirati lejn ċelebrazzjonijiet f’għeluq tliet anniversarji importanti. Dawn huma: il-125 sena mit-twelid tal-ex-President u ex-Surmast Direttur tas-Soċjetà Mro. Lorenzo Gonzi, il-115-il sena mit-twaq-qif tas-Soċjetà nhar l-1 ta’ Ġunju 1897,

u l-25 sena mir-rifondazzjoni tal-Ban-da Sagra Familja fi ħdan din l-ewwel Soċjetà Mużikali Ġużeppina Kalkariża. Għal dan il-għan, matul dawn l-aħħar xhur saru preparamenti kbar sabiex dawn l-anniversarji jitfakkru bl-aqwa mod, fosthom b’kunċerti tal-aqwa livell mill-banda, kif ukoll avvenimenti oħra li żgur ser jibqgħu mnaqqxa fl-istorja tas-

Soċjetà. L-aspettattivi huma kbar ħafna, tant li għaddejja ħidma sfieqa fuq il-preparamenti meħtieġa, li se jkunu qed jagħtu ġieh lill-omm is-soċjetajiet kollha Kalkariżi. Sadanittant, il-Kumitat ħabbar li nhar il-Ħadd 18 ta’ Diċembru se ssir il-ġabra annwali bil-kalendarju, li se tkun qed tagħmel tajjeb għall-ispejjeż kbar li se jkun hemm matul is-sena 2012. ĠR

Fl-istess ħin, matul ix-xahar ta’ Settembru saret għamara apposta għall-maħżen żgħir fejn se jinżammu l-pożati, filwaqt li ftit jiem ilu ġew ordnati wkoll il-bibien li se jkun hemm fil-bar area. Ta’ min isem-mi wkoll li matul ix-xahar ta’ Settembru, dan l-istess maħżen żgħir ġie rranġat fuq il-ġebla billi ġie mkaħħal minn Joseph Camenzuli.

Fl-istess perjodu, saru xi arranġamenti fuq il-bir tal-każin, fejn Michael Xuereb ħa ħsieb li jinstalla għatu għal dan il-bir u xi xogħol ieħor relatat. Saret installazzjo-ni ta’ sistema ġdida għat-televiżjoni, fejn saret sistema diġitali, kif ukoll oħra bis-satellita. Din tal-aħħar ġiet irregalata lis-Soċjetà minn Genio Formosa u Chris Far-rugia.

Bħalissa l-Kumitat jinsab qed jistenna d-disinn finali tal-puġġaman tat-taraġ

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 20112 Aħbarijiet

» 1 Għaldaqstant, eżattament kif tlesta dan ix-xogħol tas-suffett, li kien jirrikje-di reqqa kbira b’mod speċjali fl-inħawi ta’ ħdejn it-taraġ, inbeda x-xogħol ta’ żebgħa tas-suffett minn Noel Mallan u Joseph Camenzuli. Dan ġie mibdi lejn l-aħħar ta’ Novembru, u ġie finalizzat fil-bidu ta’ Diċembru.

Sadanittant, waslu minn barra minn Mal-ta ceiling lights LED li se jkunu qed jiġu nstallati f’dan is-suffett, sabiex joħolqu żewġ tipi ta’ atmosferi. Filfatt, se jkun hemm żewġ tipi ta’ dawl, wieħed sa-frani LED għal okkażjonijiet u attivitajiet, u dawl ieħor energy saver għal matul il-ġranet ta’ matul is-sena. Ma’ dawn ta’ min iżid ukoll dawl ikkulurit li se jkun qed jiġi nstallat f’partijiet tas-suffett, bħall-arja ta’ fuq il-bar, propju biex joħloq at-mosfera mill-aktar moderna, u kkulurita skont il-bżonn.

Sehem f’aktar wirjiet

» 1 Hija prerogattiva tas-Soċjetà li tieħu sehem f’diversi wirjiet u attivitajiet madwar pajjiżna sabiex tirrapreżenta lill-Kalkara u l-qasam kulturali f’dak kollu li jkun għaddej

Appell għat-tagħlim mużikaliIl-Kummissjoni Banda Sagra Familja qed terġa’ tniehdi appell lit-tfal u anki lill-ġenituri sabiex jieħdu interess fit-tagħlim mużikali li jiġi provdut b’xejn fis-sede tas-Soċjetà. Mhux biss it-tfal jingħataw iċ-ċans li jitgħallmu l-mużika u anki stru-ment mużikali, iżda wkoll jiżviluppaw ħiliet ġodda, fosthom anki dak li jkunu parti minn grupp ta’ bandisti. Dawk kollha in-teressati li jidħlu allievi mall-Banda Sagra Familja għandhom ikellmu lill-membri tal-Kummissjoni Banda. ĠR

mid-disinjatur Silvio Pace sabiex jinbeda x-xogħol anki f’dan ir-rigward. Matul ix-xahar ta’ Diċembru se jiġu deċiżi l-kuluri li bihom se jinżebgħu l-ħitan, dejjem skont il-parir tekniku tad-designer, kif ukoll se jiġi mħaffef ix-xogħol fuq il-bar counter biex issa jibda’ jingħalaq ukoll dan il-proġett.

Fi stqarrija l-Kumitat Ċentrali tenna jirrin-grazzja lil dawk il-voluntiera kollha li qed jagħtu sehmhom ta’ kuljum fix-xogħlijiet li qed isiru, kif ukoll lil dawk kollha li qed jagħtu l-kontribut tagħhom b’mod fi-nanzjarju. Is-sehem ta’ kulħadd ser jissar-raf f’każin modern u żgħażugħ. ĠR

madwarna. Propju matul Novembru 2011, is-Soċjetà ħadet sehem bħala l-unika Soċjetà Mużikali, f’wirja li saret fil-Kump-less Aċċess ġewwa l-Birgu bis-sehem ta’ għaqdiet tal-inħawi, kif ukoll fil-kumpless Montekristo f’wirja bl-isem ta’ “il-Festa” mtella’ mill-għaqdiet nazzjonali tal-Baned, Armar u Nar. F’din il-wirja fost l-oħrajn it-tella’ ċ-ċentru tal-pavaljun tad-dawl li kien imżanżan matul il-festa li għaddiet, u di-versi ritratti tal-festa titulari.

Barra minn hekk, eżattament fil-bidu ta’ Diċembru, is-Soċjetà ħadet sehem per-mezz tal-istandard f’wirja imtella’ mill-preżentatur Joe Chetcuti, ġewwa l-każin tal-banda La Valette. ĠR

Is-sehem tas-Soċjetà ġewwa l-Aċċess.

Chris Farrugia jidher qed iwaħħal parti mis-suffett tal-bar area.

Noel Mallan jiżbogħ il-parti tas-suffett fejn ġejja s-snooker area.

Michael Xuereb u Joseph Camenzuli waqt xi xogħlijiet li kienu qed isiru fuq il-bir.

Bar Area b’dehra moderna u żgħażugħa

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2011 Aħbarijiet 3

Il-Laqgħat Ġenerali AnnwaliPropju matul ix-xahar t’Ottubru 2011, fi ħdan is-Soċjetà saru l-laqgħat ġenerali kemm tal-Kumitat Ċentrali, kif ukoll tal-Kummissjoni Żgħażagħ u l-Kummissjoni Nisa.

Il-laqgħa ġenerali annwali tal-Kumitat Ċentrali saret nhar il-Ħadd 9 t’Ottubru, fejn inqraw ir-Rapporti Amministrattivi tal-President u s-Segretarju, kif ukoll ir-Rapport Finanzjarju mill-Kaxxier. Dawn ir-rapporti kollha elenkaw il-ħidma kbira li saret fi ħdan is-Soċjetà, b’mod speċjali fir-rigward tal-proġett tal-bar area, kif ukoll il-ħidma kbira li saret b’risq il-festa 2011. Sar appell mid-diriġenti tas-Soċjetà sabiex il-membri u l-partitarji jieħdu ħsieb irażżnu pika żejda li tista’ tkun ta’ detri-ment għall-festa, fosthom kliem żejjed fuq Facebook. Għalkemm is-Soċjetà mhux se tidħol responsabbli għal dak li jintqal, madankollu kulħadd għandu jkun respon-sabbli għal dak li jgħid u jagħmel, anki

jekk dan b’xi mod jista’ jiġi provokat. Saret ukoll diskussjoni dwar l-anniversarji li ser jiġu ċċelebrati matul is-sena 2012, kif ukoll dwar il-proġetti futuri, speċjalment fejn tidħol is-sede tas-Soċjetà stess.

Sadanittant, saret ukoll l-elezzjoni għall-Kumitat 2011/2, li ġie ffurmat kif ġej: Noel Mallan (President), Duncan Brincat (Seg-retarju), Paul Persico (Kaxxier), Joseph Ca-menzuli (Viċi-President), Melvin Calleja (Ass. Segretarju), Albert Borg (Ass. Kaxxier), Shawn Cauchi (Delegat tan-Nar), Joseph Grech (Delegat tal-Armar), u Tracy Farru-gia, Ryan Stivala, u Maria Xuereb bħala membri.

Il-laqgħa ġenerali annwali tal-Kummissjoni Żgħażagħ saret nhar il-Ħadd 16 t’Ottubru. Dakinhar inqraw ir-rapporti amministrat-tivi u finanzjarju tal-istess kummissjoni, fil-waqt li wara saret l-elezzjoni għall-Kumitat. Dan ġie ffurmat kif ġej: Etienne Camilleri

(Chairperson), Andrew Cilia (Segretarju), Gerald Spiteri (Kaxxier), Natalie Camilleri (Viċi-Chairperson), Ryan Stivala (Ass. Seg-retarju), Stefan Farrugia (Ass. Kaxxier) u Beatrice Zahra bħala membru.

Min-naħa tal-Kummissjoni Nisa, il-laqgħa ġenerali annwali saret nhar il-Ħadd 30 t’Ottubru. Matul din il-laqgħa ġie elett il-Kumitat tal-Kummissjoni, li ġie ffurmat kif ġej: Jane Camenzuli (Chairperson), Maria Xuereb (Segretarja), Tracy Farrugia (Kaxxi-era), Josette Xuereb (Ass. Segretarja) u Maria Persico (Ass. Kaxxiera).

Kif jitlob l-istatut, ġiet iffurmata wkoll il-Kummissjoni Banda Sagra Familja mill-Kumitat Ċentrali, kif ġej: Mario Attard (Delegat tal-Banda u Chairperson), Mario Vassallo (Segretarju), Jonathan Calleja (Kaxxier), Ugo Buhagiar (Surmast Direttur), Paul Bongailas (Ass. Segretarju), u Joseph Camenzuli (Ass. Kaxxier). ĠR

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 20114 Editorjal

Is-sens tal-Milied illumIr-rakkont storiku tat-twelid ta’ Ġesù in-sibuh miktub fl-Evanġelju ta’ San Mat-tew Kapitlu 1 u fl-Evanġelju ta’ San Luqa Kapitlu 2. B’differenza ta’ kull tar-bija oħra mwielda f’din id-dinja, dik li twieldet ġewwa Betlehem aktar minn elfejn sena ilu kienet waħdiena fl-istor-ja tal-bniedem. Din it-tarbija ma ġietx maħluqa mill-għaqda bejn mara u raġel. Din it-tarbija hija bin Alla l-ħaj, ħallieq tal-univers. Għalhekk il-Milied hija l-festa tal-inkarnazzjoni: meta Alla nniffsu, b’dik il-qawwa kollha tiegħu, sar laħam u ċċekken f’tarbija.

Iżda għala kellu jagħmel dan il-pass Alla? Għala ma setax jidher b’qawwa u majestà kbira, minflok jidher f’forma ta’ tarbija? U għala għamel dan il-pass meta żgur li kien jaf kif kien se jiġi trattat fuq din l-art? Għal dan kollu tweġiba waħda hemm: l-imħabba! Hekk kien hemm bżonn li jsir biex aħna nieħdu s-salvazzjoni.

Meta llum il-ġurnata nħarsu madwarna, u nagħmlu evalwazzjoni ta’ dak kollu li naraw, taħsbu li l-Milied għadu jfisser imħabba? Meta nħarsu lejn it-tlellix tat-tiżjin fid-djar u fit-toroq, l-ikliet u l-fes-tini li jsiru, ir-rigali u tant affarijiet oħra li huma assoċjati ma’ dan iż-żmien, hemm bżonn li wieħed jieqaf ftit u jistaqsi lilu nnifsu jekk hux veru dawn l-affarijiet qed iwassluna għall-ferħ ġenwin li l-imħabba biss taf tagħti.

Illum il-ġurnata, għalkemm saru invenz-jonijiet kbar li suppost kellhom jagħmlu l-ħajja iżjed faċli għal kulħadd, ninsabu fl-era teknoloġika, li qed tagħmel il-ħajja ta’ kulħadd iżjed virtwali. Donnu l-mezzi ta’ komunikazzjoni li ġew ivvintati matul dawn l-aħħar snin wasslu biex innaqqsu l-komunijazzjoni “ta’veru”, u minflok spiċċajna nikkomunikaw b’modi virtwali. Illum hija ħaġa normali li awgurju twass-lu permezz ta’ messaġġ minn fuq il-mowbajl, aktar milli tmur tagħtih dirett lil dik il-persuna. F’dinja fejn l-affarijiet saru iżjed faċli, spiċċa għeb il-ħin u ċ-ċans!

Ta’ min wieħed iħares lejn dik it-tarbija ġewwa l-għar ta’ Betlehem, u lejn Marija u Ġużeppi biswitha, u malajr jintebaħ li din il-familja, kuntenta u mimlija imħabba, ma kellha xejn tagħha, kienet fil-bżonn ta’ kollox, iżda fil-verità, ma kienet nieqsa minn xejn! Għaliex? Sempliċiment għax jekk għandek l-imħabba għandek kollox.

Naħseb li kemm bħala Soċjetà, iżda anki b’mod individwali, għandna nagħmlu l-mezzi kollha possibbli biex lil dan il-Milied nagħtuh sens. Irrid naħdmu biex noħolqu Milied ta’ mħabba. M’hemmx għalfejn li nibdew id-dinja mill-ġdid! Kull ma rridu nagħmlu huwa li fl-azzjonijiet li nagħmlu, naraw li nuru mħabba ġenwina.

Għalhekk, ta’ min wieħed jiftakar f’dawk il-morda, anzjani, adulti u anki żgħażagħ, kemm fid-djar tagħhom u anke fl-isptar-ijiet. Niftakru f’dawk il-persuni li forsi għaddejjin minn xi inkwiet personali, familjari jew soċjali. U anki f’dawk li for-si m’humiex għaddejjin minn affarijiet kbar, iżda li għalihom is-salib tagħhom jidher diffiċli, u forsi qed iħossuhom waħedhom. Ejjew nawgurawlhom il-Milied it-tajjeb, bil-qalb u bl-imħabba. U anke jekk forsi dawn l-awgurju ma jinżilx tajjeb, niftakru li l-ebda żerriegħa li waqgħet fuq il-ħamrija ma ntremiet għal xejn. B’dawn l-awgurju, f’isem il-Bord Editorjali ta’ din ir-rivista, kif ukoll f’isem il-Kumitat, fergħat u membri tas-Soċjetà, nixtiequ nawguraw lil kulħadd Milied hieni, u sena ġdida mimlija risq. ĠR

Duncan Brincat

Karikatura Andrew Cilia115-il Sena Soċjetà.

Leħen l-Ewwel Soċjetà Mużikali Ġużeppina Kalkariża.

Pubblikazzjoni ta’Circolo San Giuseppe

Filarmonika Sagra FamiljaKalkara A.D. 1897

80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara KKR1233Tel: (+356) 27352789

Email: [email protected]: www.sagrafamilja.org

Bord EditorjaliDuncan Brincat

Andrew Cilia

RitrattiMill-Arkivji

ArtikolistiDuncan BrincatBrady Bugeja

Etienne CamilleriAndrew Cilia

Patri Deo DebonoRyan u Owen Fava

Kathleen Grima

Stampat fl-istamperijaBestprint Ltd., Qrendi

Setting, Produzzjoni u Dritt tal-KopjaIMI Publications

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2011 Storja 5

Is-Snin tal-Bidu tas-Soċjetà

Is-Soċjetà taf il-bidu tagħha nhar it-Tlieta l-1 ta’ Ġunju 1897 meta twaqqaf uffiċċjalment il-Casino San Giuseppe (Każin San Ġużepp). Dan twaqqaf per-mezz ta’ depożitu ta’ kapital minn erba’ fundaturi li kienu Nicola Cachia, Carme-lo Psaila, Francesco Xuereb u Gio Batta Borda. Dawn ħarġu £5 kull wieħed biex b’hekk, kif juri l-ewwel Ktieb Finanzjarju tas-Soċjetà, setgħu jinxtraw xi affarijiet għall-amministrazzjoni u l-arredament tal-ewwel każin. Dan l-istess ktieb jagħti

d-data eżatta tat-twaqqif tas-Soċjetà, li tinsab imniżżla fuq paġna numru 2, bħala “Principiato 1mo Giugno 1897”, jiġifieri “mibdija fl-ewwel ta’ Ġunju 1897.”

Fit-3 ta’ Ġunju kienu ġew imħallsa diversi affarijiet, fejn hawn se nelenkawhom bil-prezz rispettiv: Għamara £7.2.0 Inkwatri £3.4.0 Imwejjed, eċċ £2.12.9 Siġġijiet (Gonzi) £1.18.6

Gass u kont £3.16.10½ Tazzi £0.8.9 Tombla £1.2.6 2 Buqari £0.4.6 Purtieri £0.15.0 Lil Giuseppe Styles £0.8.10 Kwadru Regolamenti £0.1.0 Veli £0.0.3 Tapit għat-Taraġ £0.4.0 Affarijiet għat-Tapit £0.1.8 Għas-Siġġijiet £0.0.7 12-il Tazza £0.1.3 2 Gabbarè £0.0.4 Trasport tal-affarijiet £0.1.7 Sponża £0.3.6 Kwadru bir-Reġina £0.1.6 1 Ktieb £0.1.0 3 Sarvetti £0.1.0

It-total ta’ dawn l-affarijiet kollha kien ġie £22.11.4½, li sintendi kienu iżjed mill-ka-pital mitfugħ mill-fundaturi li kien jam-monta għal £20.

Madankollu, mat-twaqqif tagħha s-Soċjetà beda jkollha xi dħul ieħor, fos-thom id-dħul tal-menswalità tal-membri. Jirriżulta li hekk kif twaqqfet is-Soċjetà, daħlu 36 Kalkariż fiha bħala membri. Dawn kienu: Giuseppe Attard, Carmelo Vella, Antonio Borda, Giuseppe Cutajar, Carmelo Vella Snr., Giuseppe Spiteri, An-tonio Cachia, Giuseppe Borda, Angelo Borda, Carmelo M. Borda, Giovanni Borg, Carmelo Pisani, Lorenzo Baldacchino, Luigi Said, Micele Ventura, Giorgio Said, Giuseppe Styles, Mariano Stivala, Eu-genio Vella, Giorgio Borda, Giuseppe Barbara, Alberto Vanhear, Spiridione Vella, Vincenzo Pisani, Assuero Calleja, Eduardo Demaria, Carmelo Borg, Car-melo Micallef, Luigi Vella, Micele Caru-ana, Spiridione Buhagiar, Giuseppe Ma-gri, Giuseppe Ventura, Carmelo Ventura, Fortunato Agius u Pietro Meilak.

Aktar tard nhar l-1 ta’ Settembru daħal membru Paolo Zammit, fl-1 t’Ottubru Al-fred Coster, filwaqt li fl-1 ta’ Ġunju 1898 Salvatore Baldacchino. Bħal kull Soċjetà ħajja, xi wħud mill-membri ma baqgħux iħallsu l-menswalità mat-tieni sena, u għalhekk inqatgħu mir-reġistru. ĠR

Duncan Brincat

L-Emblema tas-SoċjetàGħalkemm meta twaqqfet is-Soċjetà fl-1897 ma kelliex emblema tagħha, il-Kumitat ħa ħsieb sabiex ftit tas-snin wara ssir l-ewwel emblema taċ-Circolo San Giuseppe. Din kienet tirraffigura l-isem tas-Soċjetà, xettru u kuruna li jirrappreżentaw lil San Ġużepp, u l-in-dirizz tal-ewwel każin, jiġifieri 1, Triq is-Salvatur, Kalkara. Din l-emblema nsibu li baqgħet tintuża fuq id-dokumenti tas-Soċjetà sa nofs is-snin 20, meta minħabba r-rabta l-ġdida li nibtet bejn is-Soċjetà u s-Sagra Familja, ġie deċiż li l-emblema tiġi mibdula. Għalkemm baqgħet tirraffigura l-isem tas-Soċjetà, issa din ġiet turi l-ittri JMJ, jiġifieri Ġesù, Marija u Ġużeppi, u l-isem tal-Kalkara. Din baqgħet tintuża sas-snin 40. ĠR

L-ewwel żewġ paġni tal-ewwel Ktieb Finanzjarju tas-Soċjetà (1897/98).

Il-Kompożitur ta’ din il-ħarġa:

Reynaldo HahnILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 20116 Mużika

Ryan u Owen Fava

Reynaldo Hahn twieled f’Caracas, fil-Venezwela, u kien l-iżgħar minn tnax. Huwa twieled fid-9 t’Awwissu 1874. Car-los, missier Reynaldo kien inġinier sinjur, inventur u negozjant. Omm Reynaldo kien jisimha Elena Maria de Echenagucia, u kienet Spanjola.

Meta Reynaldo kellu tliet snin il-familja tiegħu marru jgħixu Pariġi. F’Ottubru tal-1885, meta kellu ħdax-il sena daħal jistudja fil-konservatorju ta’ Pariġi taħt Massent u Lavignac.

Ta’ tlettax-il sena għamel impressjoni partikulari bil-kanzunetti tiegħu, li kanta huwa stess. L-interess kbir li wera fit-te-atru waslu biex inħatar bħala direttur tal-opra ta’ Pariġi fl-1945.

Hahn kiteb ammont kbir ta’ mużika għat-teatru, opri, ballets, u xogħlijiet oħra. L-aktar operetta popolari tibqa’ dik “Ciboulette”. Reynaldo studja l-armon-ija ma’ Theodore Dubois, il-pjanu ma’ Decombes u l-kompożizzjoni ma’ Jules Massenet.

Lil Hahn kien jaffaxxinah ħafna x-xogħol ta’ Mozart. Għalhekk kien ikkompona kummiedja mużikali fuq il-ħajja ta’ Mo-zart u b’hekk kien reġa’ ta l-ħajja lill-opri

ta’ Mozart. Hahn kien kantant eċċellenti u bi stil melodiku.

Hahn kien imġiegħel jistaħba meta n-Nażisti okkupaw Pariġi. Reynaldo irri-torna lura Pariġi fl-1947 u miet hemm-hekk sentejn wara, fit-28 ta’ Jannar 1949 b’tumur. Reynaldo Hahn kien kantant, pjanista, kunduttur tal-mużika, u kri-tiku. Hahn jibqa’ l-aktar magħruf bħala kompożitur tal-kanzunetti Franċiżi. ĠR

Reynaldo Hahn (1874-1947)

Irħama tal-kompożitur Hahn ġewwa l-belt kapitali ta’ Franza, Pariġi.

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2011 Josefoloġija 7

I. Iż-żmien li kien mistur

“Ftit huwa magħruf l-umli Ġużeppi”, kien itenni San Louis-Marie Grignion de Montfort fil-bidu tas-seklu tmintax. Tliet sekli wara, ninsabu fl-istess injoranza u indifferenza lejn dak li l-Beatu Piju IX ħatar bħala “Patrun tal-Knisja Universali” fid-9 ta’ Diċembru 1870.

Nhar it-13 ta’ Novembru 1962, Papa Ġwanni XXIII, laqa’ t-talba ta’ aktar minn erba’ mitt Missier tal-Kunsill, u daħħal l-isem ta’ “Ġużeppi”, raġel tal-Verġni Mari-ja, fil-Kanoni tal-Quddiesa Rumana.

Din id-deċiżjoni ma ntlaqgħatx tajjeb mill-klikka progressiva, u sabiex jintgħoġob mal-Protestanti, Dun Congar kiteb nhar l-1 ta’ Diċembru 1962 fuq l-I.C.I., “Li tagħti attenzjoni esklussiva lill-aspett uman, anki l-aspett tat-tfulija, tal-ħajja ta’ Ġesù, li tiżviluppa għarfien pervażiv tal-aspetti tal-istorja umana ta’ Ġesù, tista’ twas-sal għall-tibdil fl-ekwilibriju tal-fidi (sic!), kollox f’ġieħ l-elementi ħelwin, torja u sentimentali, u b’detriment tal-għarfien tal-fidi kif imsejha fit-Testment il-Ġdid, u b’mod singulari minn San Pawl. Jista’ qatt wieħed imantni ruħu fuq il-kitba ta’ San Pawl u fl-istess ħin fuq “ix-Xahar ta’ San Ġużepp”? Mhux wieħed jew l-ieħor?”

Min-naħa l-oħra, kienu diversi dawk il-kittieba u fundaturi ta’ soċjetajiet u organizzazzjonijiet reliġjużi li qatt ma naqqsu d-devozzjoni vera u profonda lejn San Ġużepp bħala “protettur qaw-wi”. Dawn dejjem sostnew li l-fidi fih qatt m’għandha tonqos tul is-snin, u huma bosta dawk il-grazzji li kull wieħed u waħda minnhom irċevew permezz tiegħu.

“O San Ġużepp, raġel ġust u tajjeb, Mis-sier u protettur tagħna, min jista’ qatt ikun imqar kewkba fil-kobor ġewwieni tiegħek? Jien żgur li le. Iżda nweġġa’ wisq meta dawn narahom injorati, sakemm mhux ukoll interpretati ħażin. Kemm irwieħ jistgħu jiġu mgħejjuna permezz tiegħek! Kull min imqar jifhem is-sbuħija u d-delikatezza tal-imħabba li kellek lejn il-Verġni Marija, anki jekk ikun l-akbar fost il-midinbin, iħoss l-attrazzjoni irre-

sistibbli tal-virtuwijiet tiegħek.” (Pages Mystiques, Vol. 1, Marzu 1970).

B’dan il-ħsieb, ejja nidħlu fil-qalb umli u ħanina ta’ San Ġużepp, billi niftħu l-Vanġelu, b’għajnejna miftuħa lejn il-qalb tat-tradizzjoni Kattolika. Fit-tieni parti ser naraw ir-rwol providenzjali li huwa lagħab fl-istorja sagra, b’mod speċjali fiż-żminijiet ta’ kriżi, u anki l-parti importanti li għandu f’ħajjitna llum. Il-Knisja imbagħad tirringrazzja lil San Ġużepp li jkun salvaha minn tant perikli, billi jingħata l-post li jixraqlu fuq din id-dinja; l-istess post li jħaddan fil-Ġenna ħdejn Ġesù u Marija.

Ġużeppi: Prinċep ta’ Virtuwijiet Mis-tura

San Mattew jagħlaq il-ġenealoġija tiegħu, jew “il-ġenesi ta’ Ġesù Kristu, Bin David, Bin Abraham” bil-kliem sempliċi, “Ġakobb welled lil Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù, imsejjah Kristu.” (Mt. 1, 16).

Kull ħaġa li tingħad dwar il-misteru tal-inkarnazzjoni, timmarka l-vokazzjoni unika ta’ San Ġużepp fi ħdan dan il-pjan divin. Permezz ta’ Ġakobb, mis-sieru, Ġużeppi wiret l-Antik Testment kollu, mill-wegħdiet li saru lill-Patrijarki għall-virtuwijiet tagħhom: il-fidi ta’ Ab-raham, il-paċenzja ta’ Ġakobb, is-safa ta’ Ġużeppi.

“Bin David”, huwa ħiereġ minn linja rjali, werriet tal-wegħdiet Messjaniċi.

Madankollu, il-punt fejn tieħu sura l-vokazzjoni tiegħu huwa l-mument meta jiġi mwiegħed lill-Verġni Marija, “li min-nha twieled Ġesù.” Alla l-Missier, li tana lil Ibnu mill-eternità, qegħdu fil-ġuf ta’ Marija, il-mara Verġni ta’ Ġużeppi l-ġust.

“Li kien raġel ġust” (Mt. 1, 19)

Min seta’ qallu dan lil San Mattew, sabiex jiktibha b’kunfidenza fl-Evanġelju, prob-abilment mingħajr qatt ma ltaqa’ ma’ Ġużeppi? Min seta’ kien ħlief il-Verġni Marija, għaliex hi biss setgħet titkellem dwaru u dwarha b’ċertu diskrezzjoni u delikatezza.

Ġużeppi kien ġust minħabba l-fidi tiegħu, għaliex, “ir-raġel ġust jgħix bil-fidi.” (Ha. 2, 4) Għaliex hu kellu l-biżgħa t’Alla, b’qalb sinċiera, kien iġib ruħu bl-aktar mod on-est. Huwa kien josserva l-liġi, għaliex Alla hekk kien kmanda, imma mhux kif kienu jagħmlu l-Fariżej, li kienu jisħqu li huma “ġusti” għax kienu josservaw il-liġi t’Alla. Bil-mod diliġenti li bih kien jaqra u jifhem il-Bibbja, Ġużeppi kien jaf bl-esperjenza li din il-prattika ma kienetx togħġob lil Alla sakemm ma tkunx magħġuna mal-fidi, il-fidi fil-Messija li kien ġej. “Kien minħabba fih, għaliex kienu jafuh u jistmawh, li l-ġenituri tal-Verġni Marija tkellmu,” sabiex jagħtu lill-wild tagħhom lilu, u jistaqsuh sabiex jassumi r-rwol tal-protezzjoni tagħha, liema rwol daqt ma setgħux jassumuh iżjed. ĠR

Ikompli fil-ħarġa li jmiss.

Duncan Brincat

Rokna LetterarjaIl-ktieb li għażilna g ħ a r- r i ċ e n s j o n i għal din il-ħarġa jġib l-isem “St. Joseph in Early Christianity: De-votion and Theol-ogy”, miktub mill-Ġiżwita Joseph T. Lienhard S.J. Dan il-ktieb huwa studju u

antoloġija dwar il-kitbiet Ġużeppini tas-Santi Padri, li għexu fl-ewwel żminijiet tal-Kristjaneżmu. Għalkemm id-devoz-zjoni lejn San Ġużepp damet ma bdiet fil-Knisja Kattolika, dawn il-kitbiet jagħtuna ħjiel profond tal-qima, id-devozzjoni u t-teoloġija lejn dan il-qaddis.

Nirrikmandaw lil kulħadd sabiex jakkwis-ta kopja. (60 paġna; St. Joseph University Press, ISBN 0916101290). ĠR

San Ġużepp: il-Protettur Qawwi Tagħna

8 Spiritwalità

Ġużeppi: il-fanal tal-qlub‘Nisilhom ikun magħruf fost il-ġnus, u wliedhom qalb il-popli. Kull min jarahom jagħrafhom li huma nisel imbierek mill-Mulej’. Dan il-vers me]ud mill-kitbiet tal-Profeta Isaija huwa wieħed li għadu jidwi sal-ġurnata tallum u għad irid jidwi fis-sekli li ġejjin. Hija profezija li Alla l-missi-er jixtieq li aħna lkoll nagħmluha tagħna. Missierna San Ġużepp żgur li żamm din il-profezija f’qalbu għax mhux talli em-men dan il-kliem iżda għexu u għamel mezz li din il-profezija sseħħ fih ukoll. Ġużeppi mhux il-missier naturali ta’ Ġesù iżda f’għajnejn kull bniedem hekk kien jidher. Ġużeppi kellu r-responsabbilta li ibnu Ġesù jkun imrobbi sew. Għamel bħalma kull missier normalment jagħmel u ħabb lil ibnu b’tali mod li għallmu jħobb il-proxxmu. Iżda iktar minn hekk Ġużeppi kellu r-responsabbiltà li ebda missier ieħor ma għandu għax hu ried flimkien ma’ Marija martu, jrabbi lil Alla magħmul bniedem u allura ried iwassal lil dak it-tfajjel biex jgħaraf hu min hu fil-verita u barra minn hekk biex jagħraf salibu u jerfgħu b’imħabba. F’dan iż-żmien, f’ħafna mid-djar tagħna jew f’postijiet pubbliċi, nsibu lil San Ġużepp fix-xeni tal-presepji. Naraw lil

Marija, omm ferħana bl-ewwel u unika wild tagħha, mimlija mħabba u ferħ, kburija b’binha. Naraw lil Alla fit-tarbija Ġesù li b’mod sempliċi jisraq il-qlub taż-żgħar u l-kbar b’xi naqra xagħar innuklat u b’xi tbissima sabiħa fuq wiċċu. Huma żewġ karattri li jirriflettu l-imħabba t’Alla

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2011

lejna l-ulied tiegħu. Warajhom iżda naraw lil San Ġużepp, raġel imdaħħal ftit iktar fiż-żmien għalkemm tgħallimna li ma nagħmluhx raġel imdaħħal wisq fiż-żmien kif sfortunatament kienu jaħsbu qabel.

Dan il-persunaġġ iżda mhux mimdud jew għarkubbtejh bħalma huma Ġesù u Marija. Ġużeppi qiegħed wieqaf iħares u jipproteġi l-familja tiegħu. San Ġużepp lilna ma jgħaddilniex il-messaġġ ta’ ħlewwa u mħabba bħal Marija u Ġesù imma lilna jgħaddilna messaġġ ta’ sig-urtà, messaġġ ta’ umiltà, messaġġ ta’ għotja sħiħa lil Alla. Fuq kollox San Ġużepp jgħaddilna l-messaġġ sħiħ tal-Milied hu u jżomm il-fanal f’idejh għax din hi l-festa tad-dawl. Minkejja l-prob-lemi kollha li ltaqgħu magħhom Marija u Ġużeppi, minkejja li Ġesù twieled ġo għar, minkejja l-problemi kollha li kienu qed iseħħu madwarhom u minkejja l-ħażen u l-għira li dan it-twelid kien ser iġib, Ġużeppi jurina li qalb dak id-dlam kollu kien hemm id-dawl. Għalhekk Ġużeppi huwa il-ħarries tal-messaġġ tal-Milied. Ġużeppi, llum, għalina lkoll, huwa dak il-fanal li jfakkarna li fil-ħajja tallum, min jgħix skond il-qalb ta’ Alla jaf jara ħafna dlam madwaru imma jekk vera-ment tgħix skond il-qalb ta’ Alla, allura fil-qalb tiegħek Ġużeppi jixgħel il-fanal tiegħu, fanal li jarmi dawl sħun, dawl li jimliena bil-kuraġġ u b’fiduċja. ĠR

Patri Deo Debono OSA

Il-QawlIl-qawl li għażilna għal din il-ħarġa huwa dan li ġej:

Il-Milied bil-kappell, il-Għid bil-mantar, in-nies tiekol tajjeb u l-bhe-jjem tixtarr aħjar.

Dan il-qawl nistgħu nsejħulu wieħed agrikolu minħabba li jitkellem fuq l-istaġuni. Jingħad li tkun ġejja sena tajba għall-biedja meta l-Milied ikun xemxi u l-Għid ikun xitwi. ĠR

Pastur ta’ San Ġużepp iżomm il-fanal.

Ilwien il-Festi Maltin huwa Enċiklopedija Fotografika Unika b’ritratti ta’ Mark Micallef tal-Fes-ti ta’ ġewwa u ta’ barra, u artiklu speċjalizzat kull volum. Jista’ jinx-tara mis-sede tas-Soċjetà għall-prezz ta’ €45. Editur: Andrew Borg.

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2011 Soċjetà 9

L-Intervista: Dun Anton Galea-ScannuraGħal din il-ħarġa ta’ il-Ġilju Rebbieħ ħsibna li nintervistaw lil Kan. Onor. Dun Anton Galea-Scannura li beda l-ħidma bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Kalkara nhar l-10 ta’ Frar 2007, jiġifieri ħames snin ilu.

M: Min hu Dun Anton Galea-Scannura?T: L-iżjed ħaġa personali dwari naħseb hi dik li jaf kulħadd – jiġifieri li jien saċerdot. Għalija dan hi ħajja verament sabiħa għax kif qal il-Papa Benedettu XVI dan l-aħħar tfisser li nisma’ l-ħin kollhu l-kel-ma ta’ Ġesù: Ma nsejħilkomx aktar qad-dejja imma ħbieb. Inħoss li Ġesù lilna s-saċerdoti jistmagħna ta’ veru ħbieb, għax jafdalna l-iżjed ħwejjeġ prezzjużi li għandu. Ħaġa oħra importanti hi li ma nifhimx il-ħajja tiegħi ta’ qassis bħala xi ħaġa individwali imma ma’ l-oħrajn. Hekk ngħix is-saċerdozju tiegħi mas-saċerdoti l-oħra tal-parroċċa, is-seminarista u l-komunità tal-Kapuċċini li hu rigal enormi li aħna għandna fil-Parroċċa. Iżjed minn hekk, ngħixu ukoll mas-saċerdoti tal-Unità Pastorali li huma kollha saċerdoti li qed jaħdmu b’dedikazzjoni kbira u naħdmu flimkien bħala familja. Għalija hija xorti tajba ħafna u rigal ta’ Alla naħdem ma’ persuni hekk.

M: Meta tħares lura lejn il-Festa 2011 xi jkunu ir-reazzjonijiet tiegħek kemm f’dak li hu aspett intern kif ukoll dak estern?T: Kull festa, bħal kull okkażjoni in-nis-rani irid iqisha fid-dawl tal-Vanġelu. Ftit jiswew il-ġudizzji tiegħi. Kienet festa li taqbel mal-valuri li joħorġu mill-Vanġelu – solidarjetà, imħabba, rispett lejn il-per-suna (kull ma għamiltu ma’ l-iċken fost dawn ħuti għamiltuh miegħi...), rispett lejn persuni b’fehmiet differenti (...imma jekk int qed ittella’ l-offerta tiegħek fuq l-altar u hemm tiftakar li ħuk għandu xi ħaġa kontrik, ħalli l-offerta tiegħek

fuq l-altar, u mur irranġa ma’ ħuk...). Għan-nisrani m’hemmx estern jew in-tern apparti bħala xi ħaġa organizzat-tiva bil-loġistika tagħha. Niftakar dak li qrajt li darba Kappillan waħħal mal-bieb tal-Knisja: “Hawn ġew tidħol biex tħobb ‘l-Alla u minn hawn toħroġ biex tħobb il-proxxmu.” Il-bieb tal-Knisja jista’ jip-priedka ħafna dwar il-festa! Ovvjament wieħed irid jistaqsi dwar il-livell ta’ matu-rità umana li toħroġ bl-imġieba ta’ diversi nies fil-festa, u r-rispett li l-partijiet differ-enti involuti iridu juru lejn xulxin. Għalina l-insara involuti fil-festa tgħabbina b’piż kbir. Safejn dan li qed ninvolvi ruħi fih, jaqbel mal-valuri tiegħi? Naħseb li bħala insara kif jiġri f’kull aspett tal-ħajja, qatt ma nistgħu nikkompromettu ruħna ma dak li ma jaqbilx mal-Vanġelu, jiswa’ x’jiswa’. M: X’memorji ma tinsa’ qatt miż-żmien

kemm ilek Kappillan ta’ din il-Parroċċa tal-Kalkara?T: Għalija kull ħaġa sabiħa. Sabiħ meta ġie l-Papa, imma sabiħ ukoll kull okkażjoni biex inwassal lil Ġesù fit-Tqar-bin jew hekk. Jew per eżempju l-mumen-ti l-iktar importanti tas-sena, marbutin max-xandir tal-Kelma ta’ Alla, l-eżerċizzi tar-Randan, il-mod kif il-Kelma ta’ Alla ġġib bidla fil-ħajja tan-nies.

M: Xi proġetti għandha il-Parroċċa kemm b’aspett spiritwali kif ukoll b’aspett materjali għas-snin li ġejjin?T: L-ikbar proġett importanti hu dak li nfasslu il-pjan pastorali għas-snin li ġejjin u nimxu miegħu. Li naħdmu b’mod speċjali mat-tfal u adoloxxenti fil-qasam tal-katekeżi u mal-familji. Proġetti oħra anki materjali iridu jirriflettu din il-prijorità.

M: X’jidhirlek mill-pubblikazzjoni ta’ din ir-rivista?T: Tajjeb li jkun hemm rivista li tgħaqqad membri ta’ każin flimkien. L-għaqda hija xi ħaġa importanti u toħroġ mill-valuri tal-Vanġelu. S’intendi tajjeb li min jip-publika xi ħaġa jkollu f’moħħu fejn irid jasal. Dak li tiżra’ taħsad. Nammira l-ar-tikli ta’ natura storika.

M: Għaddi messaġġ lill-qarreja ta’ din ir-rivista.T: Nawgura li din ir-rivista tkompli taħdem biex jinħoloq sens pożittiv ta’ komunità u devozzjoni vera lejn San Ġużepp. Xi drabi id-devozzjoni lejn San Ġużepp teħel f’livell infantili, mentri devozzjoni vera twassal għal bidla fir-relazzjonijiet, ma’ Alla u mal-oħrajn. L-isem li bih magħruf il-Każin – Sa-gra Familja, ifakkarna li n-nisrani huwa bnie-dem f’relazzjoni. Nawgura li lkoll naħdmu biex insaħħu dar-relazzjonijiet bejnietna l-Kalkariżi u ma’ Alla. ĠR

Andrew Cilia

Dun Anton Galea-Scannura ġewwa l-Knisja Parrokkjali tal-Kalkara.

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 201110 Tfal

F’waħda mil-kmamar ta’ fuq il-bejt ta’ dan il-palazz kienet tgħix familja żgħira, omm, missier u t-tifla tagħom li kien għad kellha biss għoxrin sena. Tfajla l-ġmiel tagħha li bla ma trid iġġennek għal warajha bi sbuħitha.

Kien kavallier żagħżugħ Franċiż li tilef għaqlu għal warajha u beda jagħmel minn kollox biex jipprova jiġbed l-aten-zjoni tagħha.

Missier it-tfalja ma damx wisq sa ma nduma b’għemil il-kavallier u widdeb lit-tfajla biex ma tħarisx lejh għax sintendi dan ma setax jiżżewweġ. Għalkemm it-tfajla bdiet tinjora t-tpespis u l-inkejja tal-kavallier, fil-fond ta’ qalba kienet tħoss bħal fjamma meta tarah u ma dametx wisq sa ma waqgħet għalih, avolja kienet taf li jekk jinqabdu t-tnejn li huma kienu se jiġu f’inkwiet kbir li qatt ma setgħet toħroġ minnu.

Għalxejn missiera għeddha u għalxejn ommha bkitilha biex ma tħarisx lejn

wiċċu iżjed, għaliex ix-xbejba baqgħet tiltaqa’ miegħu bil-moħbi ġo waħda mil-kmamar tal-palazz. Tant qata’ qalbu missierha, li fl-aħħar iddeċieda li jkellem kavallier Spanjol li kien ħabib tiegħu biex forsi ikun jista’ jgħinu hu.

Kulħadd kien jaf kemm il-kavallieri kienu jobgħodu u jgħiru għal xulxin speċjalment għal dawk li ma humiex ta’ l-istess pajjiż. Dan il-kavalier Spanjol sab ix-xoqqa f’moxtha biex ikun jista’ jġib fl-inkwiet lill-għadu tiegħu, u għalhekk mar għand il-Granmastru nnifsu u qallu b’dak kollu li kien qed jiġri bejn iż-żewġ maħbubin. Inkurlat, il-Granmastru widd-bu biex ma jgħid xejn ma’ ħadd ħalli jkun jista’ jaqbdu fil-fatt.

Lejla minnhom waqt li t-tnejn kienu qed jinnamraw ġo waħda mill-kmamar tal-palazz, huma semgħu bħal passi resqin lejn il-bieb u b’tisibta waħda infetaħ il-bieb u raw balla dawl abjad filwaqt li semgħu l-għajjat, “il-Grammastru! Il-Granmastru!”

Lanqas leħaq spiċċa l-kelma li t-tfajla Maltija ma sparatx lejn it-tieqa u qabżet

Leġġendi Maltin:It-Tfajla tal-Palazz Verdala

għal isfel bil-għan li ssalva lill-maħbub tagħha. Il-Granmastru staqsieh x’kien qed jagħmel hemm, u l-kavalier frisk qisu ħassa qallu li hu poeta u kien qed jistenna l-qamar jitla’ ħalli jiluminah. Il-Granmastru bħal mifxul qabad u telaq ‘il-barra. L-għada filgħodu sabu lit-tfajla sbejħa minxura mejta mal-art ġos-siġar.

Jingħad li t-tfajla baqgħet għal snin twal timraħ fil-ġonna tal-palazz tistenna l-qamar jitla’. L-aħħar darba li raw lil din it-tfajla bħala fantażma kien ftit qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Li lemaħha kien Pulizija li kien qed jagħmel l-għassa mal-palazz. Jingħad iżda li dan kien iħobb jixrob u jisker waqt il-ħin tax-xogħol. ĠR

Etienne Camilleri

Dehra tal-Palazz Verdala mdawwar bis-siġar fil-Buskett.

Il-Palazz Verdala minn ġewwa.

Il-Kummissjoni Żgħażagħ qegħdha tniehdi għall-ewwel darba klabb tat-tfal bl-isem Klabb Tfal tas-Sagra. Dan il-klabb qed isir għal tfal bejn 3 u 12-il sena, id-dħul fih huwa b’xejn, u jinvolvi diversi attivitajiet immirati għat-tfal. Għalhekk inħeġġukom timlgħu din il-formola, tagħmlu fotokopja tagħha, u tgħadduha lil xi membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ.

Isem tat-Tifel/Tifla

Isem il-Ġenitur/i

Indirizz

Kodiċi Postali

Telefon tad-Dar

Numru tal-Mobile

Indirizz Elettroniku

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2011 Sports/Attwalità 11

Ħarsa lejn ix-xena Sportiva KalkariżaNibdew nitfgħu l-ħarsa tagħna lejn ix-xena sportiva billi nħarsu lejn il-klabb tal-futbol Kalkariż li nistgħu ngħidu li ma kellhomx bidu tajjeb għaliex tilfu l-eww-el tmien logħbiet tagħhom, iżda rebħu l-aħħar waħda 1-0 kontra l-Marsa. Dan ma jawgurax tajjeb għal dan il-klabb, li ħadem bla heda biex ikollu skwadra tajba, imħallta b’element żgħażugħ mill-under 19 li qed jieħdu posthom ftit ftit mal-kbar, kif ukoll plejers ta’ esperjenza minn barra l-lokal, li qed jagħtu spinta lil dan it-tim.

Min-naħa tal-Youths, nistgħu ngħidu wkoll li beda wkoll fuq nota negattiva, tant li wara tmien logħbiet, rebħu waħda, oħra draw, u sitt telfiet. Nittamaw li f’dan il-qasam naraw żviluppi ġodda, anki biex dawn iż-żgħażagħ Kalkariżi jkomplu jis-sudaw f’dawn l-aspetti sportivi.

Bi pjaċir wieħed jinnota li fil-grawnd

tal-Kalkara qed isiru diversi five-a-side tournaments tal-futbol, anki wara li dan il-grawnd ħa spinta ġdida minn meta sar kollu bit-turf. Kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija qed issir ukoll tombla b’risq il-klabb tal-futbol, u dan serva biex fis-Sajf ressaq iżjed nies lejn il-grawnd.

Min-naħa tat-tim tad-darts tas-Soċjetà, il-La Rive Sagra Familja Band Club Darts Team, jinsabu preżentement fid-disa’ pożizzjoni fit-tieni Diviżjoni tal-8-a-side. Huma jinsabu jokkupaw din il-pożizzjoni b’sitt punti, wara li minn sitt logħbiet rebħu waħda, tilfu tnejn, filwaqt li ġew draw tli-et darbiet. Għalkemm il-prestazzjoni hija waħda tajba, ir-riżultati ċertament li jistgħu jkunu aħjar. Għaldaqstant, minn din il-

paġna, nawguraw riżultati aħjar lil dan l-uniku tim tad-darts f’raħalna.

Min-naħa tal-klabb tar-Regatta, nistgħu ngħidu li r-riżultat fir-Regatta tat-8 ta’ Settembru 2011 ma kienx wieħed sodisfaċenti, għalkemm kien hemm xi żviluppi interessanti. Fil-fatt, fil-kate-gorija Open, il-Kalkara spiċċat fir-raba’ post b’20 punt, wara li spiċċat fl-ewwel post fis-sitt tiġrija. Fil-każ tal-kategorija B, sfortunatament il-Kalkara spiċċat fil-ħames post, wara li ħadet tmien punti fis-seba’ tiġrija. Nittamaw li fi żmien qasir, is-sagrifiċċji kbar li qed isiru mill-qaddiefa kollha u mill-Kumitat tal-klabb jissarfu f’pożizzjoni mistħoqqa. ĠR

Brady Bugeja

Bħala kompetizzjoni bi premju għal din il-ħarġa qegħdin nistaqsu din il-mistoqs-ija: X’isem ingħata l-Klabb tat-Tfal li nehdiet il-Kummissjoni Żgħażagħ f’dawn il-ġimgħat?

Ibgħatu r-risposti tagħkom sa mhux ak-tar tard mill-aħħar ta’ Frar 2012, f’dan l-indirizz: Kompetizzjoni Ġilju Rebbieħ, Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, 80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara.

Ir-rebbieħ jirbaħ voucher ta’ €5 mingħand il-Bar ta’ Circolo San Giuseppe Filarmoni-ka Sagra Familja. ĠR

Ko m p e t i z z j o n iBaxxi n-nar u ħawwad kontinwament.Ħalli kollox isir bil-mod għal mill-anqas kwarta. Żid il-brunġiel u ħalli kollox jsir sakemm dan jirtab.

Neħħi l-borma minn fuq in-nar u żid l-ispinaċi u ħallieħ isir mingħajr ma ssajru billi terġa’ tqiegħed l-għatu fuq il-borma u ħallih għall-anqas ħames minuti.

Għal iżjed informazzjoni tistgħu tibgħatu email fuq [email protected] ĠR

Filwaqt li nispera li din ir-rokna fuq din ir-rivista qed tintlaqa’ tajjeb, illum se nippreżentalkom riċetta oħra, din id-darba s-Soppa taz-Zalzett u l-Ħaxix. Din ir-riċetta naħseb li hija tajba ħafna għal dan iż-żmien tax-Xitwa, fejn nippreferu li nieklu iżjed platti sħan.

Ingredjenti għas-Soppa:500 gramma Zalzett Taljan;2 imgħaref tewm mitħun;14-il uqija brodu taċ-ċanga priservat;14-il uqija zalza tat-tadam;Kikkra karotti mqatta’;2 brunġiliet zgħar imqatta’ kaxxi;2 kikkri spinaċi mqatta’;¼ ta’ kuċċarina bżar iswed mitħun;¼ ta’ kuċċarina melħ.

Metodu għas-Soppa:F’borma imdaqqsa sajjar iz-zalzett mat-tewm mitħun ġo ftit żejt. Żid il-brodu taċ-ċanga, iz-zalza tat-tadam u l-karotti flimkien mal-bżar u l-melħ.

Ir-Riċetta:

Soppa taz-Zalzett u l-ĦaxixKathleen Grima

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 201112 Aħbarijiet/Kalendarju

Il-Proġett Ġdid tal-Kummissjoni Żgħażagħ

It-Trufej tal-PjazzaWara l-proġett kolossali tal-kolonna ta’ San Ġużepp, li ġie inawgurat is-sena li għaddiet, u li kien ikkoordi-nat, ikkummissjonat u anki ffinanzjat mill-Kummissjoni Żgħażagħ, din l-istess fergħa tas-Soċjetà se tkompli bl-ist-ess entużjażmu sabiex tkompli tlibbes Pjazza Sagra Familja bl-aktar armar rikk. Għaldaqstant, b’konsultazzjoni kontinwa mal-Kumitat Ċentrali, inħass il-ħtieġa li wara l-kolonna, kien imiss li jitkompla s-sett ta’ trufej li jdawru din l-istess pjazza.

Id-disinn oriġinali kien sar ftit tas-snin ilu mid-disinjatur magħruf Renzo Gauci, u filfatt kienet iżżanżnet ukoll l-ewwel arma tat-trufej, skolpita fl-injam tal-ġewż mill-istess skul-tur. Ġie deċiż li din is-sena jsiru xi alterazzjonijiet fid-disinn tal-bażi u t-tromba tat-trufej minn Renzo Gauci stess, u kif ġie preżentat l-ewwel abbozz, dan intgħoġob mal-ewwel u ġie deċiż li tinbeda l-ħidma għal dan il-proġett massiċċ. Filfatt, fil-bidu tax-xahar ta’ Diċembru, dan id-disinn ġie es-post għall-pubbliku fis-sede tas-Soċjetà, u diġà beda l-ġbir finanzjarju għalih, anke permezz ta’ diċina mingħand il-par-titarji u diversi attivitajiet. Tajjeb li jingħad li dawn it-trufej se jkunu kollha maħdumin fl-injam, kemm bħala bażi, u anke bħala skultura. Il-Kummissjoni Żgħażagħ fi stqarrija appellat għal donazzjonijiet mingħand il-pubbliku sabiex din il-ħolma wkoll issir realtà. ĠR

Il-Klabb tat-TfalBħala parti mill-ħidma ma taqta’ xejn tal-Kummissjoni Żgħażagħ Sagra Famil-ja, din is-sena nħass il-bżonn li tinbet fergħa ġdida fis-Soċjetà u fi ħdan l-istess Kummissjoni, il-Klabb “Tfal tas-Sagra”. Dan il-klabb ilaqqa’ fih tfal bejn l-età ta’ 3 u 12-il sena, bil-għan li xi drabi matul is-sena jiltaqgħu flimkien, jieħdu sehem f’xi attiv-ità partikolari, kif ukoll jedukaw ruħhom f’aspetti varji tal-ħajja. Fost l-attivitajiet li se jkunu qed iseħħu għal dawn it-tfal huma l-festini tal-Milied u l-Karnival, kif ukoll il-fes-ta tat-tfal fil-ġranet qrib il-festa titulari. Kull tifel u tifla li tixtieq tissieħeb f’dan il-klabb tista’ tagħmel dan mingħajr ħlas ta’ xejn, u filwaqt li se jingħataw membership card kull wieħed, se jkunu qed jingħataw ukoll prezzijiet speċjali u ridotti fl-attivitajiet li jkunu qed isiru għat-tfal. Għaldaqstant, il-Kummissjoni Żgħażagħ qed tappel-la lil dawk il-ġenituri kollha li jixtiequ jdaħħlu lil uliedhom f’dan il-klabb sabiex jimlgħu l-formola li tinsab f’paġna 10 ta’ din ir-rivista, jew jiksbu formola apposta mingħand xi membru tal-istess Kum-missjoni Żgħażagħ. ĠR

Stampat fuq karta riċiklata.

Il-Kalendarju tal-Attivitajiet: Diċembru - FrarHawn taħt se nagħtu ħarsa ħafifa lejn xi wħud mill-attivitajiet li ser jiġu organiz-zati matul ix-xhur ta’ Diċembru 2011, u Jannar u Frar 2012. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jattendi.

Mill-Ħamis 8 sal-Ħadd 11 ta’ DiċembruIl-Kummissjoni Żgħażagħ ser torganizza wirja tal-Milied bl-isem Christus Natus Est ġewwa s-sede tas-Soċjetà, li tinkludi presepji u bambini. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma bejn is-6pm u t-8.30pm.

Il-Ħamis 8 ta’ Diċembru, 9.00amL-Għaqda tal-Armar ser torganizza ma-ratona tal-liedna ġewwa s-sede tas-Soċjetà matul il-ġurnata kollha. F’nofsinhar, l-istess għaqda ser torganizza ikla bejn il-ħbieb għall-prezz ta’ €10 b’risq il-proġetti l-ġodda tal-armar.

Il-Ħadd 11 ta’ Diċembru, 8.30amIl-Kummissjoni Żgħażagħ ser tkun qed tanima quddiesa f’għeluq taċ-ċelebrazzjonijiet fl-okkażjoni tal-15-il anniversarju mit-twaqqif tal-istess Kum-

missjoni. Din il-quddiesa ser issir ġewwa l-Knisja Parrokkjali.

Il-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru, 8.30pmIl-Kumitat Ċentrali ser jorganizza Christ-mas Dinner ġewwa Palazzo Costanzo l-Imdina. Kitba mingħand il-membri tal-Kumitat għall-prezz ta’ €20.

Is-Sibt 17 ta’ Diċembru, 9.00amL-Għaqda tal-Armar se torganizza Car-wash ħdejn il-maħżen f’Bighi b’riżq il-proġetti tal-armar. Kulħadd mistieden jattendi għall-prezz ta’ €3.

L-Erbgħa 28 ta’ Diċembru, 6.00pmIl-Kummissjoni Żgħażagħ flimkien mal-Kummissjoni Nisa ser jorganizzaw il-party tal-Milied għat-tfal tal-membri u l-ħbieb tagħhom. Biljetti mill-bar tal-każin jew mingħand il-membri tal-Kum-missjoni Żgħażagħ.

Is-Sibt 31 ta’ Diċembru, 8.30pmIl-Kumitat Ċentrali jippreżenta n-New Year’s Eve Get Together annwali ġewwa

s-sede tas-Soċjetà. Biljetti jinkisbu mingħand il-membri tal-Kumitat jew mill-bar tal-każin, fuq bażi first come first served.

Is-Sibt 28 ta’ Jannar, 9.00amL-Għaqda tal-Armar se torganizza Car-wash ħdejn il-maħżen f’Bighi b’riżq il-proġetti tal-armar. Kulħadd mistieden jattendi għall-prezz ta’ €3.

Is-Sibt 4 ta’ Frar, 8.00pmIl-Kummissjoni Żgħażagħ se torganizza l-Get Together annwali fl-okkażjoni tal-Malta Song for Europe. Kull min jattendi jkun jista’ jsegwi b’mod dirett dan il-fes-tival fis-sede tas-Soċjetà, filwaqt li jgawdi minn varjetà kbira ta’ ikel.

Il-Ġimgħa 10 ta’ Frar, 12.00pmL-Għaqda tal-Armar ser torganizza ikla bejn il-ħbieb fis-sede tas-Soċjetà fl-okkażjoni tal-festa pubblika. Biljetti jink-isbu mingħand l-istess għaqda. ĠR

Disinn tat-trufej il-ġodda għal PjazzaSagra Familja, disinn ta’ Renzo Gauci.