12
il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin Numru 26 Diċembru 2013 L-istatwa tas-Sagra Familja quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, milqugħa mill- partitarji Ġużeppini, nhar l-anti-viġilja tal-festa, il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju 2013. Is-Sena 2014 100 Sena ta’ Kultura Mużikali fil-Kalkara Eżattament nhar il-Ħadd 22 ta’ Marzu 1914, Mro. Lorenzo Gonzi idderieġa għall-ewwel darba l-orkestra l-ġdida li kien waqqaf hu stess fi ħdan is-Soċjetà, u li ngħatat l-isem ta’ Orchestra San Giuseppe. Dan kellu jkun il-bidu ta’ kemm formazzjonijiet mużikali oħra, taħt diversi forom, twaqqfu fil-Kalkara fiż-żminijiet ta’ wara. Għaldaqstant, għall- Kalkara s-sena 2014 se tkun tfisser għeluq l-ewwel mitt sena ta’ Kultura Mużikali. Il- Kumitat Ċentrali, konxju ta’ dan il-fatt qed jaħdem bis-sħiħ sabiex is-sena d-dieħla tkun waħda memorabbli u li tiġi mfakkra bl-aħjar mod possibbli. » 12 Il-Banda Sagra Familja għall-Italja Il-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà ħabbar li, fl-okkażjoni taċ-ċentinarju mill-bidu tal- kultura mużikali f’raħalna, matul is-sena d-dieħla ser titwettaq it-tieni parti tal- ġemellaġġ mal-banda u l-festa tal-villaġġ ta’ Valguarnera ġewwa Sqallija fl-Italja. Għaldaqstant, il-Banda Sagra Familja ser tkun qed teżegwixxi programm mużikali lejlet il-festa, kif ukoll marċ nhar jum il- festa ta’ San Ġużepp ġewwa Valguarnera, li s-sena d-dieħla ser taħbat nhar il-Ħadd 23 ta’ Marzu 2014. Il-Kumitat Ċentrali ħejja programm ta’ erbat ijiem, li mhux biss ser ikun jinkludi s-sehem tal-banda ġewwa Valguarnera, iżda anki eskurs- jonijiet ġewwa l-bliet ta’ Enna u Katanja, kif ukoll żjara fuq il-muntanja Etna, fost oħrajn. Programm dettaljat u aktar infor- mazzjoniji dwar din il-mawra jistgħu jink- isbu mis-sede tas-Soċjetà jew mingħand il-Kummissjoni Banda. Il-Kumitat Ċentrali qed jappella sabiex il-membri u l-partitarji ma jitilfux din l-okkażjoni, li ser tkun tfisser it-tielet mawra tal-Banda Sagra Familja barra minn xtutna, u l-ewwel mawra tax- xorta tagħha matul festa Ġużeppina fejn jiċċelebraw bil-kbir is-Sagra Familja. ĠR

Gilju Rebbieh Dicembru 2013

Embed Size (px)

DESCRIPTION

Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, Kalkara

Citation preview

Page 1: Gilju Rebbieh Dicembru 2013

il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin Numru 26 Diċembru 2013

L-istatwa tas-Sagra Familja quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, milqugħa mill-partitarji Ġużeppini, nhar l-anti-viġilja tal-festa, il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju 2013.

Is-Sena 2014100 Sena ta’Kultura Mużikali fil-KalkaraEżattament nhar il-Ħadd 22 ta’ Marzu 1914, Mro. Lorenzo Gonzi idderieġa għall-ewwel darba l-orkestra l-ġdida li kien waqqaf hu stess fi ħdan is-Soċjetà, u li ngħatat l-isem ta’ Orchestra San Giuseppe. Dan kellu jkun il-bidu ta’ kemm formazzjonijiet mużikali oħra, taħt diversi forom, twaqqfu fil-Kalkara fiż-żminijiet ta’ wara. Għaldaqstant, għall-Kalkara s-sena 2014 se tkun tfisser għeluq l-ewwel mitt sena ta’ Kultura Mużikali. Il-Kumitat Ċentrali, konxju ta’ dan il-fatt qed jaħdem bis-sħiħ sabiex is-sena d-dieħla tkun waħda memorabbli u li tiġi mfakkra bl-aħjar mod possibbli. » 12

Il-Banda Sagra Familja għall-ItaljaIl-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà ħabbar li, fl-okkażjoni taċ-ċentinarju mill-bidu tal-kultura mużikali f’raħalna, matul is-sena d-dieħla ser titwettaq it-tieni parti tal-ġemellaġġ mal-banda u l-festa tal-villaġġ ta’ Valguarnera ġewwa Sqallija fl-Italja. Għaldaqstant, il-Banda Sagra Familja ser tkun qed teżegwixxi programm mużikali lejlet il-festa, kif ukoll marċ nhar jum il-

festa ta’ San Ġużepp ġewwa Valguarnera, li s-sena d-dieħla ser taħbat nhar il-Ħadd 23 ta’ Marzu 2014. Il-Kumitat Ċentrali ħejja programm ta’ erbat ijiem, li mhux biss ser ikun jinkludi s-sehem tal-banda ġewwa Valguarnera, iżda anki eskurs-jonijiet ġewwa l-bliet ta’ Enna u Katanja, kif ukoll żjara fuq il-muntanja Etna, fost oħrajn. Programm dettaljat u aktar infor-

mazzjoniji dwar din il-mawra jistgħu jink-isbu mis-sede tas-Soċjetà jew mingħand il-Kummissjoni Banda. Il-Kumitat Ċentrali qed jappella sabiex il-membri u l-partitarji ma jitilfux din l-okkażjoni, li ser tkun tfisser it-tielet mawra tal-Banda Sagra Familja barra minn xtutna, u l-ewwel mawra tax-xorta tagħha matul festa Ġużeppina fejn jiċċelebraw bil-kbir is-Sagra Familja. ĠR

Page 2: Gilju Rebbieh Dicembru 2013

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 20132 Aħbarijiet

Laqgħa Ġenerali Annwali

Dun Ronnie Zammit: il-Kappillan il-ĠdidNhar is-Sibt 17 ta’ Awwissu fil-Kalkara nstemgħet l-aħbar li l-Arċisqof Pawlu Cre-mona O.P. ħatar lil Fr Ronnie Zammit bħala Kappillan tal-Parroċċa. Dan wara li lejn tmiem Ġunju, l-Arċisqof kien ħatar lill-Kan. Onor. Dun Anton Galea-Scannura bħala Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Pietru fil-Kta-jjen ta’ Birżebbuġa, u b’hekk il-Kalkara sfat mingħajr Kappillan.

Sadanittant, nhar is-Sibt 16 ta’ Novembru, Dun Ronnie Zammit ħa l-Pussess bħala l-ħdax-il Kappillan tal-Parroċċa Ġużeppina f’quddiesa konċelebrata mmexxija mill-Isqof Vigarju Mons. Charles Scicluna.

Delegazzjoni mill-Kumitat Ċentrali u l-fergħat tas-Soċjetà attendiet għal din il-quddiesa flimkien mar-riċeviment li sar wara fiċ-Ċentru Parrokkjali, fejn hem-mhekk il-President tas-Soċjetà Noel Mal-lan ippreżenta lill-Kappillan il-ġdid tifkira żgħira tal-okkażjoni.

Dun Ronnie Zammit twieled Ħ’Attard fis-9 ta’ Marzu tal-1982. Huwa rċieva l-eduka-zzjoni tiegħu fl-iskola Primarja St. Joseph fir-Rabat, fis-Seminarju Minuri tal-Arċisqof, u s-6th Form fil-Junior College tal-Msida. Huwa kompla l-istudji terzjarji fil-Filosofija u t-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.

Dun Ronnie ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Lulju tal-2009, u beda s-saċerdozju tiegħu fil-parroċċa ta’ Sant Elena Birkirkara u dan

l-aħħar tliet snin kien qed jaqdi l-ministeru saċerdotali tiegħu bħala Viċi-Kappillan fil-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata f’Ħal Tarx-ien.

Il-Bord Editorjali ta’ Il-Ġilju Rebbieħ jixtieq pubblikament jirringrazzja lill-Kan. Onor. Dun Anton Galea-Scannura tal-ħidma sfieqa li wettaq fil-Parroċċa tal-Kalkara, kif ukoll jawgura l-isbaħ xewqat lill-Kappillan il-ġdid Dun Ronnie Zammit. ĠR

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tas-Soċjetà din is-sena saret nhar il-Ħadd 6 ta’ Ottubru filgħodu u għaliha kien hemm attendenza tajba ta’ membri.

Matul il-laqgħa inqraw ir-Rapporti Am-ministrattivi mill-President Noel Mallan u s-Segretarju Duncan Brincat, filwaqt li l-Kaxxier Raymond Cilia ppreżenta u qara r-Rendikonti Finanzjarji tas-Soċjetà, li kienu juru kif din is-sena minbarra l-bilanċ tal-kontijiet bħal kull sena, is-Soċjetà kom-pliet issaħħah il-fond konsolidat tagħha. Matul il-laqgħa tqajmu diversi punti mill-membri preżenti fosthom dwar il-festa u l-maħżen tal-armar.

Il-formazzjoni tal-Kumitat Ċentrali għal din is-sena huwa kif ġej: Noel Mallan (Pres-ident), Duncan Brincat (Segretarju), Ray-mond Cilia (Kaxxier), Joseph Camenzuli (Viċi-President u Direttur tal-Każin), Melvin Calleja (Assistent Segretarju), Albert Borg (Assistent Kaxxier), filwaqt li bħala membri nsibu lil Andrew Cilia, Pierre Magro, Maria Xuereb u Marco Zerafa. Bħala Delegati nħatru Jonathan Calleja (Banda), Pierre

Magro (Armar) u Shawn Cauchi (Nar).

Sadanittant, nhar l-Erbgħa 9 ta’ Ottubru saret il-Laqgħa Ġenerali tal-Kummissjoni Żgħażagħ filwaqt li nhar is-Sibt 12 ta’ Ot-tubru saret dik tal-Kummissjoni Nisa.

Il-Kumitat tal-Kummissjoni Żgħażagħ huwa ffurmat kif ġej: Alan Mifsud (Chair-person), Stefan Farrugia (Segretarju), Ger-ald Spiteri (Kaxxier), Larson Magro (Viċi-Chairperson), Rosman Meli (Assistent Segretarju), Dolton Azzopardi (Assistent Kaxxier) u l-membri Clayton Grima, Anto-ine Pace u Vincent Pace.

Il-Kumitat tal-Kummissjoni Nisa huwa ffur-mat kif ġej: Jane Camenzuli (Chairperson), Maria Xuereb (Segretarja), Tracy Farrugia (Kaxxiera), Josette Xuereb (Assistenta Seg-retarja) u Mary Pace (Assistenta Kaxxiera).

Fi stqarrija marbuta ma’ dawn il-ħatriet, il-Kumitat Ċentrali appella sabiex iżjed membri jagħtu sehmhom fl-operat tas-Soċjetà, speċjalment fl-organi tat-tmexxija tagħha. ĠR

Il-Proġett tal-Każin ikompliHekk kif din is-sena ntemmet l-ewwel fażi tal-proġett tal-każin permezz tal-finaliz-zazzjoni tal-bar area, din is-sena l-Kumitat Ċentrali beda t-tieni fażi ta’ dan il-proġett li ser tkun tinkludi puġġaman għat-taraġ elittiku li jagħti għall-ewwel sular, u bini ta’ kamra tat-tagħlim tal-mużika li hija es-senzjali sabiex is-Soċjetà tkompli ssaħħah it-tagħlim tal-mużika fi ħdanha. Fi stqar-rija l-Kumitat Ċentrali ħabbar li x-xogħol fuq din it-tieni fażi miexi ġmielu, tant li x-xogħol tal-ħadid fuq il-puġġaman ser isir mid-ditta Amabile Galea & Sons u diġà saret laqgħa dwar dan mad-disinjatur tiegħu Renzo Gauci, filwaqt li ser tintefa’ l-applikazzjoni meħtieġa għall-bini tal-kamra tat-tagħlim wara li l-pjanti ġew mitmuma. Għal dan il-bini hemm fondi li ġejjin mill-Fond tal-Kawżi Ġusti, filwaqt li għall-puġġaman bħalissa għaddejja skema ta’ ġbir ta’ fondi ġewwa s-sede tas-Soċjetà, fejn qed isir appell biex aktar membri jipparteċipaw fiha. ĠR

Il-President tas-Soċjetà Noel Mallan jippreżenta tifkira f’isem is-Soċjetà lill-Kappillan il-ġdid Dun Ronnie Zammit.

Parti mid-delegazzjoni tas-Soċjetà li at-tendiet għall-Quddiesa tal-Pussess flimkien mall-Kappillan il-ġdid Dun Ronnie Zammit.

Page 3: Gilju Rebbieh Dicembru 2013

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2013 Aħbarijiet 3

Il-Proġett tal-Aġenzija Żgħażagħ

Il-Maħżen tal-ArmarL-artist Michael Camilleri Cauchi.

Matul din is-sena, għat-tieni sena kon-sekuttiva, is-Soċjetà bbenefikat minn fondi mgħotija mill-Aġenzija Żgħażagħ bħala parti mill-Youth Empowerment Pro-gramme. Din is-sena kienu diversi dawk il-każini tal-banda li ħadu sehem fil-proġett “it-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda”, u s-Soċjetà kienet waħda minn dawk magħżula wara li ppreżentat proġett li jkompli fuq il-passi ta’ dak li sar matul is-sena l-oħra u li kien suċċess. Fil-fatt, wara li s-sena l-oħra sar aċċenn fuq it-tagħlim tal-istrumenti tar-ramm, din is-sena l-aċċenn waqa’ fuq l-istrumenti tal-qasba u filfatt bl-

għajnuna tal-fondi tal-Aġenzija Żgħażagħ ġew mixtrija klarinetti, sassofonu sopran u diversi mouthpieces u kotba tat-tagħlim li kollha ġew imqassma mal-allievi. Sadan-ittant, inxtara wkoll synthesizer profess-jonali komplut bl-amplifikazzjoni li ser jintuża sabiex l-allievi jingħataw tagħlim sħiħ u modern. Matul din is-sena, min-barra t-tagħlim kull ġimgħa, ġew organiz-zati wkoll xi attivitajiet fejn l-allievi wrew il-kapaċitajiet tagħhom fil-mużika. Dan jawgura sabiex fiż-żmien li ġew aktar żgħażagħ ikunu ħadu formazzjoni sħiħa, speċjalment dik mużikali. ĠR

AssistentS u r m a s tFi stqarrija l-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà ħabbar il-ħatra ta’ Mro. Steve Gauci ALCM LLCM bħala Assistent Surmast tal-Banda Sagra Familja u Għalliem tal-Allievi Sez-zjoni Qasba min-nhar is-Sibt 14 ta’ Set-tembru. Mro. Gauci huwa klarinettista magħruf ġewwa pajjiżna u li kemm-il darba ta sehmu fi programmi mal-Banda Sagra Familja. Huwa ser ikun qed jis-sostitwixxi b’mod temporanju lil Mro. Jes-sica Ellul ALCM LLCM sa Lulju 2014 fejn hi ser tkun qed issegwi kors ta’ Masters fil-Mużika ġewwa r-Renju Unit. L-għażla ta’ Mro. Gauci saret fuq bażi ta’ esperjenza u kapaċità, u b’impenn dejjiem tal-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà sabiex it-tagħlim tal-allievi jingħata min-nies professjonali u li għandhom il-kwalifiċi neċessarji, kif jisħqu n-normi tal-Edukazzjoni Informali. Il-Bord Editorjali jixtieq jawgura lil Mro. Steve Gauci ħidma fejjieda. ĠR

Matul din l-aħħar sena, il-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà kien involtu f’diversi diskuss-jonijiet u laqgħat dwar il-maħżen tal-ar-mar. Is-Soċjetà għal dawn l-aħħar 25 sena kienet qed tokkupa binja ġewwa Bighi li kienet qed isservi bħala l-maħżen tal-ar-mar preżenti. Dan wara li kienet ċediet id-drittijiet tagħha fis-snin 80 fuq il-Kappella tas-Salvatur, sabiex isir restawr fuqha, u li għal diversi snin din il-kappella kienet isservi bħala maħżen tal-armar.

Matul is-sena 2012 is-Soċjetà ġiet in-furmata li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija kien applika mal-Unjoni Ewropeja sabiex jinkseb fondi permezz ta’ proġett li kien qed jipproponi li l-binja ta’ Bighi li tinsab fuq in-naħa tax-xellug tiġi trasformata f’Ċentru Interattiv Nazzjonali tax-Xjenza. Eventwalment dan il-proġett intlaqa’ u ġew ivvutati diversi miljuni mill-Unjoni Ewropeja sabiex dan iseħħ. Il-Ku-mitat Ċentrali għamilha ċara mal-ewwel

li hu favur dan il-proġett li kien se jagħti ħajja ġdida lill-binja ta’ Bighi li kienet tin-sab fi stat dilapidat, iżda fl-istess ħin bdiet ħidma intensiva sabiex jinstab post alter-nattiv li jista’ jintuża bħala maħżen tal-ar-mar adegwat ġol-Kalkara.

Minħabba l-Elezzjoni Ġenerali, id-diskuss-jonijiet mall-Kunsill komplew f’Lulju 2013 fejn ta l-għajnuna meħtieġa l-Ministru Joe Mizzi. Nhar il-Ħadd 11 ta’ Awwissu saret Laqgħa Ġenerali Straordinarja, fejn il-membri kollha ġew infurmati bil-pro-posti ta’ postijiet alternattivi li kienu qed isiru, jiġifieri binja ta’ maħżen ġdid fi Triq Luigi Pisani u garaxx imdaqqas fi Triq is-Salvatur. Sintendi l-binja tal-maħżen il-ġdid kienet ser issir matul is-sena 2014 u għalhekk is-Soċjetà kienet ser tingħata xi postijiet temporanji. Wara aktar diskuss-jonijiet li seħħew bejn iż-żewġ naħat, nhar l-Erbgħa 20 ta’ Novembru ġie ffirmat fte-him li jissiġilla dak kollu miftiehem. ĠR

Il-Proġett tal-PlanċierNhar is-Sibt 19 ta’ Ottubru delegazzjo-ni mill-Kummissjoni Planċier iltaqgħet mad-disinjatur Michael Camilleri Cauchi sabiex jiġi finalizzat id-disinn tal-faċċata tal-Planċier ‘Ġawhra Ġużeppina’. Il-mem-bru Albert Borg qed iħejji disinn grafiku tal-istess faċċata, u hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li sal-festa tas-sena d-dieħla l-grandiment tal-faċċata jkun lest sabiex ikun jista’ jinbeda x-xogħol neċessarju. ĠR

Synthesizer flimkien ma’ apparat ieħor ta’ amplifikazzjoni li ser ikunu qed jintużaw

waqt it-tagħlim tal-mużika.

Sassofonu Sopran, flimkien ma’ żewġklarinetti u xi mouthpieces li nxtraw bl-

inizjattiva tal-Aġenzija Żgħażagħ u ġew imqassma mal-allievi tal-banda.

Page 4: Gilju Rebbieh Dicembru 2013

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 20134 Editorjal

L-Ambjent ta’ MadwarnaDuncan Brincat

Karikatura Andrew Cilia100 Sena Aspett Mużikali f’Raħalna.

Leħen l-Ewwel Soċjetà Mużikali Ġużeppina Kalkariża.

Pubblikazzjoni ta’Circolo San Giuseppe

Filarmonika Sagra FamiljaKalkara A.D. 1897 VO/0228

80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara KKR1233Tel: (+356) 27352789

Email: [email protected]: www.sagrafamilja.org

Bord EditorjaliDuncan Brincat

Andrew Cilia

RitrattiMill-Arkivji

ArtikolistiDuncan Brincat

Etienne CamilleriAndrew Cilia

Patri Deo DebonoMariah FarrugiaKathleen Grima

Stampat fl-istamperijaBestprint Ltd., Qrendi

Setting, Produzzjoni u Dritt tal-KopjaIMI Publications

Kull tant bil-kemm nintebħu fuq xiex inkunu qed nitkellmu meta nsemmgħu l-kelma ambjent, u wisq aktar indumu biex nindunaw kemm dan huwa fattur importanti fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Bil-kelma ambjent nifhmu dak kollu li jsaw-war madwarna, jiġifieri l-imkien naturali, soċjali, ekoloġiċi, biofisiċi, dawk mibnija u anki dawk tat-tagħrif jew tal-għerf tal-bniedem. Fuq kollox l-ambjent jiddeter-mina s-saħħa, il-ħajja u l-interazzjoni tal-bniedem.

Forsi meta nifhmu x’qed infissru meta nużaw din il-kelma, ngħarfu nistħarrġu u napprezzaw kemm huwa importanti li nibżgħu u nieħdu ħsieb tal-ambjent kollu ta’ madwarna.

L-editorjal ta’ din il-ħarġa xtaqt propju nid-dedikah għal mod kif aħna, kollha kemm aħna, qegħdin nitrattaw l-ambjent tal-Ka-lkara, raħal mill-isbaħ imdawwar nofsu bil-baħar u nofsu bl-għelieqi, mgħasses minn żewġ naħat bis-swar, u mgħoni b’imkejjen storiċi mill-aktar importanti.

Nibdew mill-iskart li kull bniedem joħloq, kemm fid-dar tiegħu u anki meta jkun miexi f’xi triq. Kemm familji Kalkariżi qegħdin jisseparaw l-iskart sabiex dan ikun jista’ jiġi riċiklat u jerġa’ jiġi użat? X’tip ta’ problemi qegħdin insibu f’dan ir-rigward? Nafu kemm huwa importanti

l-kunċett ta’ riċiklaġġ? Filwaqt li nistaqsi wkoll jekk għandniex biż-żejjed bins fit-toroq fejn nistgħu narmu? Personalment naħseb li wasal iż-żmien li nagħmlu rifor-ma totali fl-iskart favur ir-riċiklaġġ.

Hawnhekk insemmi l-punt kruċjali tal-edukazzjoni. It-tfal tal-lum ser ikunu l-adulti ta’ għada. Qegħdin nagħtuhom it-tagħlim meħtieġ favur ambjent aktar b’saħħtu, kemm fejn jidħol skart, dieta bilanċjata u anki tagħlim akkademiku?

Illum, meta nħarsu lejn pajjiżna nindunaw kif imtlejna bil-bini, tant li l-ħdura mill-bliet u l-irħula tagħna dejjem qed tonqos. Il-Ka-lkara mhux eċċezzjoni, għalkemm ninsa-bu mdawrin b’żoni li ma jistax isir żvilupp fihom. Madankollu, it-toroq u l-pjazez tagħna huma litteralment il-postijiet fejn qed ngħixu u għalhekk għandu jkun dmir tagħna li nieħdu ħsiebhom u nagħtuhom dehra aħjar. Ma nibżgħux nagħmlu użu minn siġar u pjanti, kif ukoll nuru interess f’dak kollu li jsir.

F’din il-gazzetta kemm-il darba urejna l-preokkupazzjoni tagħna fir-rigward ta’ xi siti storiċi li kważi ġew mitluqa u jekk m’aħniex ser nieħdu ħsiebhom m’aħniex ser ingawduhom fit-tul. Huwa ferm sabiħ li naraw ir-restawr fuq il-kappella tas-Sal-vatur, kif ukoll il-proġett ferm imponenti li ser isir fil-binja ta’ Bighi. Nemmen li hemm bżonn inkomplu nsemmgħu leħinna sa-biex nieħdu ħsieb postijiet oħra, bħall-bieb tal-Forti Salvatur, kif ukoll wasal iż-żmien li jiġi restawrat iċ-Ċimiterju ta’ Wied Għammieq, u forsi tittieħed l-opportunità li sseħħ il-ħolma li jsir ċimiterju għall-Kalkariżi.

Nappella sabiex kollha flimkien nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna, u nkunu pro-attivi biex insalvaw dak li għandna u nwettqu affarijiet ġodda ġo raħal żgħira iżda mgħoni b’kollox.

Nieħu l-okkażjoni sabiex f’ismi u f’isem il-Bord Editorjali nawgura lil kulħadd il-Milied ta’ Ġesù t-tajjeb. ĠR

Page 5: Gilju Rebbieh Dicembru 2013

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2013 Storja 5

It-Twaqqif tal-Orchestra San GiuseppeDuncan BrincatL-ewwel darba li jissemma’ Mro. Lorenzo

Gonzi b’mod nazzjonali fil-qasam mużikali kien f’Lulju 1908. Matul dak ix-xahar, fil-Kalkara ġiet iċċelebrata l-festa titulari ta’ San Ġużepp u għal din l-okkażjoni Circolo San Giuseppe żanżan innu ġdid lill-Patrun, kompożizzjoni ta’ Mro. Gonzi u lirika bit-Taljan ta’ Profs. Dun Karm Psaila. L-innu bl-isem ta’ “Inno a San Giuseppe” kien imfaħħar bil-bosta fuq il-gazzetta Malta Tagħna tal-25 ta’ Lulju 1908 fejn saħqet li dan kien innu miżgħud b’kollox, “imżejjen b’kollox, bil-kant ħelu tat-tfal u bit-tenuri u l-baxxi.”

Dan mela b’kuraġġ kbir lil dan is-Surmast żgħażugħ, tant li nhar is-Sibt 12 ta’ Lulju 1913, dakinhar tat-translazzjoni solenni tar-relikwija ta’ San Ġużepp, ġie mżanżan Primi Vespri ġdid, b’mużika tal-istess Mro. Lorenzo Gonzi. L-għada l-Ħadd, il-mużika li ndaqqet fil-Quddiesa Kantata li dak iż-żmien kienet issir filgħaxija, kienet ukoll kompożizzjoni ġdida ta’ Mro. Gonzi. Waqt din il-quddiesa, il-paniġierku sar minn ħuh, Dr. Dun Mikiel Gonzi, filwaqt li l-Isqof ta’ Malta, Mons. Pietru Pace D.D., assista bħala Presbiteru Assistent.

Jidher li l-aspettativa tal-festa kibret u ssaħħet fl-1913, tant li mir-reġistri tas-Soċjetà ninnutaw kif fis-sena 1914 saret

riforma fiċ-Circolo San Giuseppe. Minbarra li ġie adottat statut ġdid u struttura ġdida ta’ kif jinħatru u jiġu maqsuma l-membri f’soċi propjetarji u soċi sempliċi, kien f’din is-sena li Mro. Lorenzo Gonzi, attiv sa minn kmieni fis-Soċjetà, beda jgħaqqad xi membri dilettanti f’orkestrina. Jidher li hu kien beda jagħti xi taħriġ fil-mużika f’dawn is-snin lil xi membri u Kalkariżi li kienu wrew interess.

Is-sena 1914 kienet sena kiebja għad-dinja, għaliex kienet is-sena li fiha faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija nhar it-28 ta’ Lulju. It-tensjoni dinjija kienet ilha li nibtet sa minn kmieni matul dik is-sena u għalhekk il-Kappillan tal-Parroċċa, Dun Ġużepp Ciangura, ħaseb sabiex nhar il-Ħadd 22 ta’ Marzu 1914 jorganizza l-festa tal-Via Sacra. Il-ħsieb tal-Kappillan kien dak li jgħaqqad lill-parruċċani b’sens de-jjiem ta’ kolleġjalità u solidarjetà.

Fil-gazzetta Is-Salib tal-4 t’April 1914 jingħad kemm din il-festa kienet sabet popolarità fil-Kalkariżi, tant li ġemgħa sew attendiet għall-quddiesa li saret fil-Knisja Parrokkjali, bi priedka mill-oratur Dun Calogero Azzopardi, liema priedka ġiet imfaħħra ħafna.

Skont l-istess gazzetta, dakinhar tal-Ħadd 22 ta’ Marzu 1914, Mro. Lorenzo Gonzi dderieġa għall-ewwel darba l-Orchestra San Giuseppe imsejħa “tad-dilettanti”. Jid-

her li dan il-programm kien sar fuq iz-zun-tier tal-Knisja Parrokkjali, għalkemm din il-gazzetta ma tagħtix iżjed tagħrif dwar dan. Madankollu, il-festa tal-Via Sacra baqgħet issir kull sena, u s-sehem tal-Orchestra San Giuseppe baqa’ jsir b’mod annwali.

Minħabba ż-żmien ikrah tal-Ewwel Gwerra Dinjija, kien ġie deċiż li l-festa titulari tibda’ ssir fuq ġewwa biss. Fil-gazzetta Malta Tagħna tas-Sibt 10 ta’ Lulju 1915 insibu dan l-Avviż Sakru:

Nhar il-Ħadd 11 ta’ Lulju, tiġi ċċelebrata l-Kalkara l-festa tal-Glorjuż Patrijarka San Ġużepp, titular tal-Parroċċa. Minħabba ż-żmien trist li aħna fih, il-festa dis-sena tkun limitata għal ġewwa biss. Jagħtu bidu lill-festa Translazzjoni u Primi Vespri solenni s-Sibt. Il-Ħadd waqt il-Quddiesa solenni jirreċta l-Paniġierku l-Kappillan Dun Raf-faele Cappurro. Wara nofsinhar issir is-solita purċissjoni bl-istatwa tal-Qaddis. Il-funz-jonijiet kollha jkunu akkumpanjati minn mużika solenni diretta mis-Surmast Lorenzo Gonzi, li għall-okkażjoni sejjer iżanżan Qud-diesa minnu komposta.

Minħabba f’din il-gwerra, f’dawn is-snin, l-Orchestra San Giuseppe setgħet issemma’ leħinha biss fil-festa tal-Via Sacra, u kien biss fis-sena 1917 li daqqet għall-ewwel darba fil-festa ta’ San Ġużepp ukoll. ĠR

Jissokta fil-ħarġa li jmiss

Tixtieq li uliedek jieħdu l-aqwa edukazzjoni? Tixtieqhom jieħdu formazzjoni sħiħa għal ħajjithom?...Ħajjarhom jitgħallmu l-mużika minn għalliema kwalifikati u bl-aktar mod professjonali fi ħdan il-Banda Sagra Familja. It-tagħlim kif ukoll l-istrument mużikali jingħataw mingħajr l-ebda ħlas.

Għal aktar tagħrif ibgħat email fuq [email protected] jew ħalli messaġġ billi ċċempel fuq 27352789.

Ftit eżempji mill-ħafna partituri ta’ mużika tal-Orchestra San Giuseppe li nsibu fl-

Arkivju Mużikali ġewwa s-sede tas-Soċjetà:

Ballata Io Farfalla nella Contessa d’Amalfi, kompożizzjoni ta’ Errico Petrella,arranġament oriġinali għal orkestrina ta’ Filippo Camilleri, datat 1867.

Silta mill-Opra Attila, kompożizzjoni ta’ Giuseppe Verdi, datata 1867.

Page 6: Gilju Rebbieh Dicembru 2013

Minn fomm l-allievi...

Claudio Monteverdi u l-OpraILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 20136 Mużika

Mariah FarrugiaClaudio Monteverdi twieled fil-15 ta’ Mejju 1567 u miet nhar id-29 ta’ Novembru 1643. Huwa kien kompożitur Taljan. Ix-xogħol tiegħu jimmarka l-bidla mill-mużika rinaxximentali għall-mużika barokka u matul il-ħajja twila tiegħu kiteb opri li nistgħu nikklassifikawhom fiż-żewġ kate-goriji.

Bħala wieħed mill-innovaturi prinċipali li ġabu din il-bidla fl-istil, hu meqjus bħala revoluzzjonarju. Monteverdi kiteb l-ewwel opra teatrali L’Orfeo li fiha żviluppa storja drammatika. Fortunatament huwa kellu x-xorti li jgawdi s-suċċess u l-fama f’ħajtu.

Teatri tal-Opra f’MaltaĠewwa Għawdex insibu t-Teatru tal-Opra Aurora li huwa l-ikbar teatru fil-ġżira u

kapaċi jilqa’ 1,600 ruħ, b’parti spazjuża taħt il-palk għall-okestra u akustika. Huwa wieħed mill-akbar palkijiet fil-gżejjer Mal-tin. Dan it-teatru mhux biss jagħti ħafna spazju lit-talent lokali, iżda l-produzzjoni lokali ta’ kull sena tingħata spinta b’ismijiet internazzjonali mill-aqwa mit-teatri tal-opri l-aktar famużi fid-dinja.

Il-Malta Royal Opera HouseF’Malta qabel il-gwerra konna nsibu r-Royal Opera House li ġiet inawgurata nhar id-9 ta’ Ottubru 1866 permess tal-opra ta’

Bellini I Puritani. L-ewwel staġun tal-opra beda minn Ottubru sa Mejju ta’ wara, b’16-il opra differenti, li kienu: Un Ballo in Maschera, Il Barbiere di Siviglia, Crispino e la Comare, Ebreo, Elisir D’Amore, Ernani, Gem-ma de Vergy, Jone, Merope, Poliuto, Rigolet-to, Roberto il Diavolo, La Traviata, Il Trova-tore u Lucrezia Borgia. Kull opra saret għal aktar minn darba matul dan l-istaġun, b’I Puritani ssir għal 18-il darba! Matul il-ħajja ta’ dan it-teatru, hekk kien isir kważi kull sena. ĠR

Il-Banda Sagra Familjaġewwa Valguarnera fi Sqallija

Ġemellaġġ mużikali flimkien ma’ eskursjonijiet f’diversi postijiet ta’ interess, fosthom Enna, Katanja u l-Muntanja Etna.

Mit-22 sal-25 ta’ Marzu 2014.

Aktar dettalji jinkisbu mis-sede tas-Soċjetà jew b’email [email protected]

Inti membru ta’ din is-Soċjetà ewlenija?

Kun parti mill-ħidma u s-suċċess ta’ Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja għal €7 fis-sena biss. Nistednuk sabiex tiġbor formola mis-sede tas-Soċjetà. Kull persuna ta’ età ta’ ‘l fuq minn 18-il sena tista’ tapplika.

Għal aktar tagħrif ibgħat email fuq [email protected] jew ħalli messaġġ billi ċċempel fuq 27352789.

Claudio Monteverdi

Page 7: Gilju Rebbieh Dicembru 2013

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2013 Josefoloġija 7

Sempliċement kwistjoni ta’ koerenzaFuq il-prinċipju “lex orandi lex credendi” ċertament li m’għandu jkun hemm l-ebda dubju. Fit-talba li l-Liturġija tiddedika lil San Ġużepp, huwa affermat li, “fil-milja taż-żminijiet San Ġużepp ħa sehem fil-kbir misteru tar-redenzjoni”, filwaqt li Alla “ried jafda l-bidu tar-redenzjoni tagħna fi ħdan San Ġużepp.” Taħsbu li dan huwa ftit?

Madankollu, kulħadd jara b’għajnejh kif il-figura u l-missjoni ta’ San Ġużepp ma jinteressawx il-programmi tat-Teoloġija, bi twemmin ġenerali li San Ġużepp huwa figura marġinali, kif insibu anki miktub li, “il-persuna ta’ Ġużeppi m’għandha l-ebda relevanza fir-rakkont tal-Evanġelju u għaldaqstant l-ebda relazzjoni ma’ Ġesù. Huwa jiġi mistur malajr mix-xena, mingħajr ma tingħata ġustifikazzjoni ċara għal dan.”

Minħabba li dawn iż-żewġ pożizzjonijiet ma jaqblu fl-ebda mod, huwa ferm impor-tanti li t-Teoloġija tagħti iżjed attenzjoni lejn l-interpretazzjoni aktar korretta tal-Bibbja, liema interpretazzjoni għandha tkun taf taqra ġol-”fatti” fl-Evanġelju fejn il-preżenza ta’ San Ġużepp hija neċessarja, u liema preżenza hija ferm aktar impor-tanti mill-kliem li jingħad. Mhux biż-żejjed li ntennu li fl-Evanġelji ma nsibu l-ebda kelma mnissla minn fomm Ġużeppi sa-biex naħtruh “ir-raġel tas-silenzju”. Huma l-”fatti” u l-ġrajjiet li jitkellmu dwaru, “l-Evanġelji jitkellmu b’mod waħdien dwar dan li Ġużeppi ‘għamel’.” (Ġwanni Pawlu II, Eżortazzjoni Appostolika Redemptoris Cus-tos numru 25)

B’dan il-ħsieb, “San Ġużepp ġie mgħajjat minn Alla sabiex jaqdi direttament il-Persuna u l-missjoni ta’ Ġesù permezz tas-servizz tiegħu bħala missier: propju b’mod li fil-milja taż-żminijiet huwa kkopera u ta sehmu fil-misteru tar-redenzjoni, u għalhekk jista’ jissejjah verament ‘Minis-tru tas-Salvazzjoni’.” (Redemptoris Custos numru 8)

Min “jaqdi” m’għandux bżonn li jitkellem. Il-ġrajjiet tal-Evanġelju huma deskrizzjoni tal-prestazzjoni fidila ta’ “servizz” waħdien, f’liema servizz San Ġużepp isib ruħu bħala mudell ta’ ubbidjenza. Għal dan kollu, l-

awtur sagru ddeċieda li kwalunkwe kelma ta’ spjegazzjoni kienet ser tkun żejda.

Il-vokazzjoni ta’ San ĠużeppLiema tip ta’ relazzjoni kellu San Ġużepp mal-persuna ta’ Ġesù, u b’mod speċjali mal-ħidma tiegħu ta’ salvazzjoni? Lil Ġużeppi ġie mgħoti, permezz tal-grazzja t’Alla għalina, l-għarfien tal-misteru tal-Inkarnazzjoni u b’hekk jinħatar “ministru” tiegħu:

• Huwa Ġużeppi, li onora l-maternità ta’ Marija bit-titlu ta’ “raġel” tagħha;

• Huwa Ġużeppi, “bin David”, li wettaq f’Ġesù d-dixxendenza Davidika, li kienet ferm importanti biex jiġi meqjum bħala “Kristu”;

• Huwa Ġużeppi li daħħal lil Ġesù jagħmel parti miċ-ċittadini tad-dinja billi kit-bu ġewwa Betlehem fl-okkażjoni taċ-ċensiment ta’ Awgustu;

• Huwa Ġużeppi li daħħal lil Ġesù bħala membru fil-poplu Lhudi permezz tar-rit taċ-ċirkonċiżjoni;

• Huwa Ġużeppi li ta lill-Verb t’Alla magħmul bniedem, fuq ordni tal-Missi-er Etern u d-dritt legali, l-isem ta’ Ġesù, magħruf bħala “Emmanuel” jew “Alla magħna”;

• Huwa Ġużeppi li ppreżentaH lill-Missier, billi wettaq l-offerta ritwali tal-ewwel wild u kompla jipparteċipa fit-tiġdid tagħha, anki meta Ġesù kellu tnax-il sena ġewwa

t-tempju;

• Huwa Ġużeppi li pproteġa lill-Bambin u lil ommu matul il-vjaġġ tal-eżilju u l-ħajja tal-ħarba tagħhom lejn l-Eġittu;

• Huwa Ġużeppi li ntroduċieh ġewwa “l-art ta’ Israel”;

• Huwa Ġużeppi li tah dar ġewwa Nażaret, u b’hekk ġie msejjah “Nazzarenu”;

• Huwa Ġużeppi li ħadem u pprovda biex imantnieh, jagħtih ikel u ilbies, u jkabbru, bħala missier “ħarries”;

• Huwa Ġużeppi li għallmu sengħa u li per-mezz tiegħu sar magħruf taħt it-taqsima ta’ “bin il-mastrudaxxa”;

• Huwa Ġużeppi li edukaH fit-talb u fl-għarfien tal-ħajja u tad-dinja.

San Ġużepp kien “l-introduttur tal-Evanġelju tal-beatudnijiet”, skont definiz-zjoni ħelwa ta’ Papa Pawlu VI (10 ta’ Marzu 1968).

Dan huwa Ġużeppi, ovvjament “figura importanti” skont ix-xhieda li tingħata dwaru mill-Evanġelju. Jikkonferma dan il-Papa Ġwanni Pawlu II, “Mal-medda tal-ġenerazzjonijiet, il-Knisja taqra b’mod aktar attent u b’għarfien, xhieda bħal din, kważi tislet mit-teżor ta’ din il-figura kbira ‘affarijiet ġodda u affarijiet qodma’ (Mt. 13, 52).” (Redemptoris Custos, numru 17) ĠR

Dun Tarcisio Stramare(maqlub għall-Malti minn Duncan Brincat)

Rokna LetterarjaIl-ktieb li għażilna g ħ a r - r i ċ e n s j o n i għal din il-ħarġa jġib l-isem “Joseph Remembered: The Father of Jesus”, miktub minn Ger-ald J. Kleba.

Din il-kitba dwar San Ġużepp ta’ Dun

Gerald Kleba turina lil dan il-qaddis bħala ġenitur ta’ Ġesù, filwaqt li juri mudell ta’ kontemporanju missier mill-aktar sensit-tiv, morali u spiritwali. Għalkemm Ġużeppi jidher bħala raġel mill-aktar maskili, fl-ist-ess ħin ninnutaw li bl-akbar integrità, kien ukoll bniedem li jaf jindokra lill-ibnu.

Nirrikmandaw lil kulħadd sabiex jakkwis-ta kopja. (Summit Publishing Group, 153 paġna, ISBN 978-1565303072). ĠR

San Ġużepp fl-istorja tas-Salvazzjoni

Page 8: Gilju Rebbieh Dicembru 2013

8 Spiritwalità

Presepju mingħajr San Ġużepp mhu presepju xejn!ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2013

Patri Deo Debono OSAMeta ħafna jisimgħuni ngħid xi ħaġa kif jgħid it-titlu ta’ dan l-artiklu, qishom jinġibdu lura bħal jinħasdu u mbagħad jitbissmu għax jirrealizzaw li qed jisimgħuha mingħand persuna li San Ġużepp huwa ħafna għal qalbu.

Iżda dik hija l-verità! Aħna narmaw il-presepju bi tradiz-zjoni iżda kieku rridu nistgħu narmaw il-bambin waħdu b’xi anġli madwaru bħalma ħafna u ħafna nies jagħmlu fit-twieqi tagħhom u kif naraw ukoll f’diversi toroq tar-raħal tagħna. Meta narmaw il-presepji aħna nkunu rridu noħolqu xena tal-mument li fih Alla beda l-patt kbir ta’ mħabba magħna, it-twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Biex noħolqu ix-xena

żgur li dettalji importanti ma tħallihomx barra. Timmaġinawha xena tal-Belt mpit-tra mix-xatt sabiħ tagħna u ma jpinġux

Dar il-Mediterran jew il-qanpiena l-kbira?

San Ġużepp fil-presepju huwa es-senzjali. Għaliex? Ġużeppi kien am-baxxatur minn Alla biex il-pjan jit-wettaq. Ġużeppi li laqa’ l-aħbar tal-anġlu, Ġużeppi kien li aċċetta lil Marija bħala mar-tu, Ġużeppi li ġie mħabbar minn Alla permezz tal-anġlu biex jaħrab bil-familja (mhux

Marija), Ġużeppi li ħares il-familja fil-ħarba, Ġużeppi li fittex post fejn ma’ martu jistgħu jistennew u jilqgħu lill-Mulej.

Ġużeppi huwa essenzjali għax filwaqt li Marija kienet essenzjali biex Kristu jitwieled, Ġużeppi kien essenzjali biex jipproteġi lil Marija u lil Ġesù. Fi kliem ieħor Ġużeppi wkoll huwa b’xi mod ko-redentur bħal Marija.

Marija ovvjament tispikka ak-tar minn Ġużeppi għax hija Immakulata, Omm Alla u Mar-

ija baqgħet ma’ Ġesù sa taħt is-salib. Hija ko-redentriċi mill-bidu sal-aħħar. Ġużeppi wara ċertu żmien jgħib fix-xejn għax leħaq miet, iżda Ġużeppi kien iċ-ċavetta biex il-pjan jirnexxi għax kieku Ġesù ma twelidx ma kien isir xejn. Ġużeppi wkoll importanti għax il-mument tat-twelid nistgħu ngħidu li huwa l-mument tal-milja tal-missjoni tiegħu. Fuq kollox Ġużeppi fil-presepju jgħallimna nbaxxu rasna u b’umiltà na-duraw dan il-misteru. Jien minn qalbi nawgura Milied hieni lill-familji Kalkariżi kollha. Minn qalbi nħeġġiġkom toħolqu presepju fid-djar tagħkom jekk ma għandkomx. Illum biex toħloq presepju ma tridx ħafna għerf u lanqas ħafna flus. Huwa simbolu sabiħ, li jqawwina, li jfakkarna kemm aħna xxurt-jati li dak li ra lil Kristu jitwieled, l-ewwel wieħed li għannqu huwa wkoll l-ewwel wieħed li jilqagħna fl-istess idejn meta aħna nirċievu l-magħmudija fit-tempju sabiħ tagħna.

Il-Milied it-tajjeb u s-sena t-tajba lilkom ukoll ulied Ġużeppi! ĠR

Il-QawlIl-qawl li għażilna għal din il-ħarġa huwa dan li ġej:

Mill-Milied ‘il fuq iż-żmien jibda jagħti bil-buq.

Dan huwa qawl antik, li jfisser li mill-Milied ‘il quddiem il-ħajja ssir iebsa wisq għall-foqra u għall-batuti minħabba t-temp li joffru dawn ix-xhur u l-ġuħ fost l-oħrajn. Il-kelma buq hija kelma qadima Maltija li tfisser trumbetta. ĠR

Page 9: Gilju Rebbieh Dicembru 2013

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2013 Soċjetà 9

L-Intervista: Dun Ronnie ZammitAndrew CiliaGħal din il-ħarġa ta’ il-Ġilju Rebbieħ ħsibna

li nintervistaw lil Dun Ronnie Zammit, il-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tal-Kalkara.

M: Qabel xejn, merħba fir-raħal tal-Kalkara u nawgurawlek kull suċċess fil-ħidma pasto-rali tiegħek. Nitolbok issa tgħid lill-qarrejja ta’ din ir-rivista min hu Fr. Ronnie Zammit.T: Twelidt Ħ’Attard fid-9 ta’ Marzu tal-1982. Irċevejt l-edukazzjoni tiegħi fl-iskola pri-marja tas-St. Joseph dak iż-żmien ir-Rabat, imbagħad fis-Seminarju minuri f’tal-Virtù u Sixth Form il-Junior College. Fil-Parroċċa ta’ Ħ’Attard kont involut f’diversi gruppi fosthom il-MUSEUM u l-Abbatini li żgur li kienu ta’ għajnuna fl-għarfien tal-voka-zzjoni tiegħi. Fiż-żmien tas-Seminarju, fix-xhur tas-sajf kelli ukoll diversi esperjenzi differenti f’diversi parroċċi u istituzzjoni-jiet differenti. Biżżejjed insemmi żewġ es-perjenzi qawwija f’żewġ istituzjonijiet: fit-tieni sena, fl-2003 kont San Blas, il-post fejn il-persuna,grazzi għad-diversi għajnuniet, tipprova terġa’ tibni d-dinjità tagħha wara li tkun tilfitha frott il-problema tad-droga. U minn hawn ngħaddi l-ewwel messaġġ tiegħi biex min għandu din il-problema jfittex l-għajnuna llum qabel għada.

Fl-2005 fis-sena barra tiegħi barra li kelli esperjenza fil-qasam tax-xogħol, għamilt ukoll esperjenza ta’ seba’ xhur f’parroċċa jew aħjar f’xi parroċċi ġewwa l-Awstralja. It-tieni esperjenza qawwija kienet fl-2006 fit-Tribunal Ekklesjastiku, fejn stajt mmiss ma’ uġieħ ieħor li jgħaddu minnhom xi familji li jistgħu ikunu tagħna jew qrib tagħna. Minn hawn intenni biex nħallu l-imħabba tirbaħ fuq kwalunkwe ġudizzju li kultant iwassalna biex nikkundannaw il-bniedem. Il-ġudizzju nħalluh f’idejn Alla. Għada pitgħada nkunu ġġudikati mhux fuq kemm iġġudikajna tajjeb imma fuq kemm mingħajr ma’ nkunu kkompromot-tejna l-valuri tagħna, nkunu ħabbejna.

L-aħħar sena tiegħi fis-Seminarju Maġġuri fl-2008, servejt fil-parroċċa ta’ Santa Marija Birkirkara, jew kif inhi magħrufa l-Knisja l-Qadima. Nista’ ngħid li hemm komplejt imiss aktar ir-realtà tal-ħajja. Kienet dik l-aħħar esperjenza mis-Seminarju li lili waslitna biex fit-3 ta’ Lulju 2009 niġi ord-nat saċerdot. Ma domtx wisq il-Knisja l-Qadima għax f’Ottubru kelli naqsam

il-Wied ta’ Birkirkara fejn mort inservi fil-Parroċċa ta’ Sant’ Elena. F’dik is-sena ridt intemm l-istudji tiegħi tal-Liċenzjat fit-Teoloġija u wara li temmejt il-Liċenzjat f’Ottubru ta’ wara ġejt mitlub biex immur nservi bħala Viċi-Kappillan fil-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien. Fl-istess waqt kont qed nservi ukoll bħala Spiritual Guidance ma’ saċerdoti oħra fil-Kulleġġ ta’ San Benedittu, Ħal Kirkop. Nista’ ngħid li kull fejn kont kien żmien sabiħ u ta’ grazzja, fejn kulma jmur, minkejja l-isfidi li jaffaċċja s-saċerdot fil-ħajja tiegħu imma dejjem għenuni niskopri s-sabiħ tas-saċerdozju u tas-sejħa li Alla għamilli. Nap-pella liż-żgħażagħ u anke lil min għadu xi ftit konfuż dwar x’ser jagħmel fil-ħajja, biex issaqsu lilkom infushom u titolbu biex tgħarfu tassew is-sejħa t’Alla fil-ħajja tagħkom, għax hu biss jista’ jimla’ il-qalb tagħhom b’ferħ u serenità li nitkellem mill-esperjenza jien ma’ sibtiex fil-ħwejjeġ tad-dinja.

M: Kif ħadtha l-aħbar li l-Arċisqof ta’ Malta kien ħatrek bħala Kappillan ta’ dan ir-raħal? Anki minħabba l-fatt li dan hu l-ewwel par-rokat tiegħek.T: Aħbar li ma kontx qed nistennieha. L-anqas biss kont qed naħseb dwar din il-ħatra...aħseb u ara kemm kien qed jgħaddili minn moħħi dwar li ser nkun Ka-ppillan il-Kalkara. Biex ngħid kollox mhux darba jew tnejn jibdew għaddejjin xi għajdut jew spekulazzjonijiet dwar ċaqliq ta’ qassisin l-aktar meta jkun hemm xi post vakanti. Ngħid għalija qatt ma tajthom im-portanza, b’mod partikulari meta jien kont ilni biss erba’ snin saċerdot. Ikolli nam-metti li t-telefonata kienet bħal sajjetta fil-bnazzi. Sajjetta fil-bnazzi, taħsdek. u aħbar bħal din, għal bidu taħsdek. Tkun sibt saqajk f’post, tkun nibbidt l-għeruq f’post, tkun kuntent f’dakl-istess post u mbagħad jaqilgħek minn post biex iħawwlek f’ieħor, bilfors taħsdek. Ma nifhimx fil-pjanti u s-siġar imma llum nifhem meta jgħidulek ttiha keddha...keddha għas-siġra, kedda għall-ħamrija. Jekk inkunu sinċieri, dawn huwa l-istess sentimenti li jħoss il-poplu fil-Parroċċa, kif ukoll is-saċerdot li jċaqlaq minn post għal ieħor. Tidra lill-Kappillan, tkun taf kif taħdem miegħu, u f’daqqa waħda trid terġa’ tibda’ kollox mill-ġdid. Vera bħalma qed tgħid int, dan huwa l-ew-

wel parrokat tiegħi, però dan kollu ma jaq-talix qalbi. Xi darba jew oħra, dan iċ-ċaqliq irid isir. Waslet fuqi, esperjenzajtha u qed nesperjenzaha. Però l-għażla hija Tiegħu...mhux tal-Arċisqof imma ta’ Alla. Kif jgħid San Injazju ta’ Lojola, jien qiegħed hemm għad-dispożizzjoni tal-Isqof għax f’dak li jgħidli – anke jekk ma’ nifhmux – irridu naraw ir-rieda t’Alla għal ħajjitna. U ladar-ba l-għażla hija Tiegħu, nemmen bis-sħiħ li Alla ser jagħtini l-għajnuna li għandi bżonn kemm spiritwali, kemm fiżika, frott is-saħħa, l-għajnuna u l-koperazzjoni tal-poplu Kalkariż, biex naqdi din il-missjoni b’fedeltà sħiħa.

M: X’impressjoni ħadt tal-Parroċċa tal-Ka-lkara tul dawn l-ewwel xhur li ilek fostna? Nibda’ bil-viżjoni esterna, t-territorju tal-Kalkara. Ma kontx nimmaġina li l-Kalkara għandha territorju daqshekk kbir. Ġejt mqarraq meta ħsibt li għat-Tqarbin tal-morda nista’ mmur bil-pass. Bqajt sorpriż bil-kobor tal-post. Hawn ambjent li naħseb ftit Parroċċi għandhom il-privileġġ li jistgħu jgawdu minnhom: il-port, ir-ramla, l-għelieqi. Ambjent li minnu nnifsu joħloq il-kwiet u jirrifletti ċertu serenità. Ambjent li jirrifletti ħafna l-ħajja tal-poplu. Taħsbux li qed ngħix f’illużjoni u ma nafx b’xi prob-lemi u diffikultajiet li għad irrid inkompli niskopri dwar dak li l-bniedem jiffaċċja fil-ħajja tiegħu, u li ngħid għalija m’hawnx hawn jew hemm, Parroċċa jew oħra, għax problemi kulħadd għandu. Jista’ jkun hu li jkollok konċentrazzjoni ta’ problema partikulari aktar f’post milli f’ieħor, imma mhux għax ma’ jkunx hemm. Il-bniedem jibqa’ bniedem kullimkien. Ħadt impress-joni sabiħa u pożittiva, li ngħid għalija f’inqas minn xahrejn diġà nħossni komdu magħkom l-Kalkariżi. Inħossni wieħed minnkom u meta nitkellem, mhux nitkel-lem dwarkom jew fuqkom imma fuqna: aħna tal-Kalkara. Dan kollu grazzi għall-qalb kbira li sibt fostkom li laqgħetni, għenitni u għamlitieli faċli biex inkun wieħed minnkom. Sibt persuni li jafu jħobbu. Sibt persuni li fehmu ukoll is-sit-wazzjoni tal-qagħda tal-Kleru li lkoll nafu li mhijiex waħda feliċi, mhux għax għandna kleru diffiċli jew jaqla’ l-problemi, imma

» 11

Page 10: Gilju Rebbieh Dicembru 2013

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 201310 Tfal

Leġġendi Maltin

L-Għaġeb tal-PresepjuEtienne Camilleri

Fi ħdan il-Kummissjoni Żgħażagħ insibu l-klabb tat-tfal bl-isem Klabb Tfal tas-Sagra. Dan il-klabb huwa miftuħ għal tfal bejn 3 u 12-il sena, id-dħul fih huwa b’xejn, u jinvolvi diversi attivitajiet immirati għalihom. Għalhekk inħeġġukom timlgħu din il-formola, tagħmlu fotokopja tagħha, u tgħadduha lil xi membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ.

Isem tat-Tifel/Tifla:

Isem il-Ġenitur/i:

Indirizz:

Kodiċi Postali:

Telefon tad-Dar:

Numru tal-Mobile:

Indirizz Elettroniku:

Is-Sinjura Donna Elena, mara armla u twa-jba ħafna, kienet toqgħod fir-raħal tax-Xewkija lejn l-aħħar snin tas-seklu sbatax. Din kellha dar kbira u sabiħa ħafna qalb l-għelieqi. Din id-dar kellha bitħa mdaqsa li fin-nofs tagħha kellha bir. Kellha wkoll għorfa għall-bdiewa li kienu jaħdmu magħha.

Ir-raġel ta’ Donna Elena li kien baruni, kellu drawwa li lil dawn il-bdiewa kien jiġborhom magħhom fuq il-mejda fi żmien il-Milied. Kienu jħobbuhom qishom it-tfal tagħhom! Il-Milied jiġi għal kulħadd kien jgħid. Wara li miet żewġha, Donna Elena baqgħet tagħmel din id-drawwa hi wkoll. Huwa kien joħroġ il-Bambin tax-xemgħa xi ġimgħat qabel u kien iqiegħdu fuq gradenzina ma’ xi pasturi u nagħaġ. “Kien jistħajlu ħaj lil bambin!”, qaltilhom darba is-sinjura. Iżda dlonk qabeż Bast-jan, ir-raħħal li kien jieħu ħsieb in-nagħaġ tagħha u qalilha li hu ma jemminx li l-Bambin qatt kien tad-demm u l-laħam bħall-bnedmin l-oħra! Kif semgħet hekk is-sinjura nħasdet mhux ftit! Lil Bast-jan kienet tafu bħala raġel sew u tar-ruħ, qatt ma basret li tisma’ dan il-kliem mingħandu! Qalilha wkoll li jibda’ jemmen jekk il-Bambin tagħha jibgħat in-nagħaġ tiegħu ma dawk li jieħu ħsieb hu!

Bastjan kien iħobb il-Milied u jqattgħu bħal kull festa oħra, kien jixrob u jixxala iżda ma kienx jimpurtah il-Milied xi jfisser eżatt. Milied wara Milied dejjem l-istess, jixrob u jixxala. Iżda ġara li darba fost

l-oħrajn, f’lejlet il-Milied meta kien qed jirgħa n-nagħaġ bħas-soltu fix-xagħri, f’kemm ilna ngħidu is-sema mtliet kollha sħab u dlonk infetħu bibien is-sema. Bast-jan qabad il-merħla tiegħu u peress li kien qrib knisja żgħira li kellha x-xatba mbexx-qa, daħal ġewwa flimkien mal-bhejjem biex jistkennu minn dik ix-xita qliel. Il-knis-ja kienet vojta ħlief l-artal ċkejken li fuqu kien hemm Bambin żgħir ġol-maxtura u żewġ nagħġiet fuq kull naħa jħarsu lejh flimkien ma’ musbieħ taż-żejt mixgħul.

Bastjan resaq lejn il-musbieħ u tefa’ ide-jh lejn il-fjamma u beda jorgħok biex isaħħanhom ftit. Sakemm jgħaddi l-ajru u jibnazza ftit, intasab fl-art flimkien man-nagħaġ imgezza biex jisħnu u raqdu. F’ħin bla waqt faqqgħet sajjetta u l-knisja mt-liet nar qisha ħuġġieġa. Bastjan inħasad u qam jiġri, l-istess għamlu n-nagħaġ u qabdu se jitgerrxu. Kien leħaq dalam u lanqas il-musbieħ ma kien għadu mixgħul imma minn tal-anqas ix-xita kienet waqfet għalhekk tefa’ l-kabozza ġo rasu u bil-ħeffa mexxa lura l-merħla lejn id-dar tas-sinjura. Sab lis-sinjura tistenna wara l-bieb u wara li fetħitlu u daħħalhom ġewwa,

hu għaddhom biex ikun ċert li ma ntil-fet l-ebda nagħġa. Ma kellux iżjed minn għaxar nagħġiet miegħu meta ħareġ iżda għal darba darbtejn baqa’ jgħodd tnax. Ma setax ikun għax ma setgħux jiżdiedu! Stagħġeb mhux ftit u bla ma ried beda jiġieħ il-ħsieb taż-żewġ nagħġiet li kien hemm fuq l-artal f’dik il-knisja. Imma kif jista’ jkun jekk dawk kienu tax-xemgħa beda jewdhen hu! Fl-istess hin fil-fond ta’ qalbu bħal sema’ leħen jidwi li dawk in-nagħaġ tad-demm u l-laħam kienu u mhux tax-xemgħa. Għalhekk daħħalha f’rasu li jerġa’ jmur lura lejn il-knisja biex jiċċekja, libes kappel u erħielha b’pass mgħaġġel. Sab il-bieb imbexxaq kif kien ħallieh hu, u għalhekk qabad u daħal, u stagħġeb mhux ftit meta sab lill-Bambin waħdu fuq l-artal. Dak il-ħin stess ftakar f’dak li kienet qaltlu is-sinjura. Saqajh ma felħux iżjed, waqa’ għal kubbtejh u nfaqa’ jibki u jitlob maħfra ta’ li kien qal u baqa’ jtenni, “Mulej jien nemmen”, waħda wara l-oħra sakemm ġiet is-sinjura flimkien ma’ xi qaddejja oħra tad-dar ifittxuh.

Is-sinjura stagħġbet b’li rat. Lanqas qatt ma stenniet li ser issib lil Bastjan jitlob quddiem il-Bambin Ġesù. Flimkien mal-qaddejja ħaduh lura lejn id-dar u raqad raqda fil-fond. L-għada għamlu festa kbi-ra, ħafna ikbar min dik li kien jagħmel il-baruni. Donna Elena fil-presepju tal-Milied żiedet pastur ġdid, il-mistgħaġeb. Dan il-pastur baqa’ jintrama maż-żminijiet u għadu jintrama sal-lum il-ġurnata! ĠR

Page 11: Gilju Rebbieh Dicembru 2013

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 2013 Sports/Attwalità 11

Bħala kompetizzjoni bi premju għal din il-ħarġa qegħdin nistaqsu din il-mistoqsija: X’jismu l-Kappillan il-ġdid tal-Parroċċa ta’ San Ġużepp tal-Kalkara?

Ibgħatu r-risposti tagħkom sa mhux ak-tar tard mill-aħħar ta’ Jannar 2014, f’dan l-indirizz:Kompetizzjoni Ġilju Rebbieħ, Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, 80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara.

Ir-rebbieħ jirbaħ Pizza għal tnejn ġentilment offruta mingħand Great Meals ta’ Triq San Xmun, Buġibba. ĠR

Kompetizzjoni

Ir-Riċetta:

Mili bit-tonn taż-żejt għall-qassatatKathleen Grima

minħabba n-nuqqas ta’ kleru. Ipermet-tuli ngħaddi messaġġ ieħor: ejja nitolbu u naħdmu għall-vokazzjonijiet. Forsi jkun hawn min jaħseb li din hija xi ħaġa tal-Ka-ppillan. Però għeżież ħbieb tiegħi, għeżież parruċċani, din hija responsabbiltà ta’ kull wieħed u waħda minna. Għandna respon-sabbiltà kbira biex ngħinu lill-bniedem jistaqsi l-mistoqsija, “Alla xi jrid minni?” Faċli jiġrilna li frott l-imġieba tagħna naljenaw il-bniedem milli jgħaraf vera-ment is-sejħa t’Alla fil-ħajja tiegħu.

Hija grazzja ukoll li fil-parroċċa għandna l-komunità tal-Franġiskani Kapuċċini, li għandhom rwol ukoll importanti f’dak li hu qasam spiritwali. Ippermettuli ngħid li l-irwol tagħna huwa li nanimaw dak li hu spiritwali. Però l-ispiritwalità tal-parroċċa ma tiddependix sempliċiment fuq is-saċerdot li għandu rwol vitali u importan-ti, imma tiddependi ħafna fuq kemm aħna b’mod personali u individwali ser naħdmu biex nikbru f’dak li hu spiritwali. L-eżempju tal-ħajja tiegħi, l-eżempju ta’ kull wieħed u waħda minna ser issebbah jew sfortuna-tament itebba’ l-isem tal-Parroċċa. Inħoss li dan hu aspett li rridu kontinwament naħdmu fuqu biex nikbru. Qatt ma nista’ ngħid wasalt. Qatt ma nista’ ngħid kbirt biżżejjed. Imma rrid nfittex li ningħaqad m’Alla permezz tat-talb personali, kif ukoll komunitarju.

M: X’viżjonijiet għandek għall-ġid tal-Parroċċa tal-Kalkara? Dak in-nhar tal-pusses jien għidt hekk, “Nixtieq li bħala Parroċċa, l-ispirazzjoni tagħna jkun iċ-Ċenaklu, il-post minn fejn

Kristu mhux biss ta lilu nnifsu fl-Ewkarist-ija, imma taha missjoni lill-ewwel dixxipli biex f’għaqda waħda u miegħu jkunu ta’ ispirazzjoni għas-soċjetà ta’ madwarhom. Din inħoss li hija l-istess missjoni li l-Mulej qiegħed jafda lil kull wieħed u waħda min-nha, li nagħmlu parti minn din il-komunità nisranija llum. Biex din ir-realtà jew dan l-idejal iseħħ, hemm bżonn li niffurmaw komunità li titlob.”

Ħafna drabi nassoċjaw il-Kappillan ma xi kapulavur materjali, u jibqa’ msemmi għal dak l-oġġett li jkun għamel. Affarijiet taj-bin u sbieh, imma tkun ħasra jekk l-ewwel u qabel kollox ma nikbrux spiritwalment. Dak kollu li jsir, anke proġetti materjali, irrid li jkunu frott it-talb, frott l-għaqda tagħna m’Alla u ma’ xulxin, “mill-imħabba ta’ be-jnietkom jgħarfukom.” Jekk ma nikbrux f’dak li għandu x’jaqsam ma’ Alla, l-bnie-dem jimxi għal riħu, u l-konklużjoni tkun Babilonja: kulħadd jgħid tiegħu, kulħadd

irid li tgħaddi tiegħu, bil-konsegwenza li tinħoloq konfużjoni. Dan jiġri meta l-bnie-dem ma jfittix dak li hu l-aktar bżonnjuż u neċessarju, imma jfittex dak li jaqbillu, dak li jgħoġbu. Dan huwa l-frott tal-bniedem egoist: il-bniedem li jħalli l-‘jien’ tiegħu imexxih, bil-konsegwenza li jitlef il-libertà tiegħu għal dak li hu kontroll fuqu nnifsu. Jekk inħallu l-prijoritajiet tagħna fl-ordni li suppost, din il-ħaġa m’għandiex tiġrilna. B’hekk nikbru bħala komunità madwar ir-ragħaj tagħna, li huwa Kristu.

M: Għaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din ir-rivista.T: Naħseb waqt li kont qed nikteb għaddejt ħafna messaġġi. L-iċken messaġġ li ħa nik-teb dwaru: ejjew nikkoperaw flimkien biex il-Parroċċa tagħna, li minkejja li għandha territorju kbir, imma relattivament hija Parroċċa ta’ popolazzjoni żgħira, nħalluha tkun ta’ ispirazzjoni għall-Parroċċi l-oħra...Parroċċa li jaraw fina mudell. ĠR

Filwaqt li nispera li din ir-rokna fuq din ir-rivista qed tintlaqa’ tajjeb, illum se nippreżentalkom riċetta oħra, din id-darba il-mili bit-tont taż-żejt biex tintuża għall-qassatat.

IngredjentiMgħarfa ngħanieħ u merqtux imqatta’1 Kilo spinaċi mnaddfa u msajjra10 żebbuġiet suwed imqatta’Landa tonn taż-żejt (185g)Qoxra ta’ lumija maħkukaKikkra piżelli, friska jew iffriżataBasla

Metodu1. Qalli basla f’magħrfa żejt. Żid magħha l-ispinaċi mgħollija u mqatta’, iż-żebbuġ iswed imqatta’, in-ngħanieħ u l-merqtux,

il-piżelli u t-tonn taż-żejt.2. Kompli sajjar għal madwar għoxrin minuta.3. Kessah it-taħlita qabel ma tużaħa.

Għal iżjed informazzjoni tistgħu tibgħatu email fuq [email protected] ĠR

» 9

Page 12: Gilju Rebbieh Dicembru 2013

ILĠILJUREBBIEĦ Diċembru 201312 Aħbarijiet/Kalendarju

Preparamenti Kbar għal Festa Kbira

Stampat fuq karta riċiklata.

Il-Kalendarju tal-Attivitajiet: Diċembru-Frar

» 1 Ċertament li l-milja ta’ dan iċ-ċentinarju ser ikun l-aspett mużikali u għalhekk is-sehem tal-Banda Sagra Familja taħt id-di-rezzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Twanny Borg ser ikun wieħed importanti. Għal dan il-għan il-Kumitat Ċentrali flimkien mal-Kummissjoni Banda ħejjew diversi attivi-tajiet fosthom il-mawra tal-banda fl-Italja, Serata Mużiko-Letterarja, u l-Programm Mużikali tal-festa, li din is-sena ser jingħata t-tema Notte all’Italiana fejn mhux ser jon-qsu diversi sorpriżi. Iżda ma jistax jonqos li l-festa tas-sena d-dieħla ser tkun waħda

miżgħuda b’diversi elementi li ser jerġgħu jkunu fuq fomm kulħadd. L-Għaqda tal-Armar qed taħdem bla heda fuq diversi proġetti ġodda tal-armar, fosthom sfumar ta’ pavaljuni, u anki tlesta mill-ħjata s-sett kollu ta’ pavaljuni ta’ Triq Patist Borda. Dan minbarra manutenzjoni oħra li qed issir fuq xi armar. Il-Kummissjoni Żgħażagħ tinsab għaddejja b’ritmu mgħaġġel fil-ġbir ta’ fondi b’risq il-proġett tat-trufej ta’ Pjazza Sagra Familja, filwaqt li l-Għaqda tan-Nar qed tħejji programm mill-aqwa fejn jidħol nar tal-art u nar tal-ajru, fejn

għal sena oħra ser inkunu qed ingawdu spettaklu mill-aqwa immirat fuq kwantità u kwalità fl-istess ħin. Il-Kummissjoni Nisa ta’ kull ġimgħa tagħmel il-ġbir u l-prumis-trati b’risq il-festa, li permezz tagħhom jiġu mnaqqsa ftit mill-ispejjeż kbar li jin-volvi dan l-avveniment annwali. Fi stqar-rija l-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà appella għall-ġenerożità tal-membri u l-partitarji, speċjalment permezz tal-iskema ta’ diċina b’risq il-festa li ġiet varata f’Settembru ta’ din is-sena, bi ġbir ta’ donazzjoni ta’ €2.50 fix-xahar. ĠR

Xewqat Sbieħ!Permezz ta’ din il-ħarġa ta’ Il-Ġilju Rebbieħ, il-Bord Editorjali flimkien mall-President, il-Kumitat Ċentrali u l-fergħat ta’ Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara jixtiequ jawguraw lil kulħadd l-isbaħ xewqat fl-okkażjoni tal-festi sbieħ tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena. Minn qalbna nawguraw sena ġdida ta’ hena u paċi lil kulħadd. ĠR

Hawn taħt se nagħtu ħarsa ħafifa lejn xi wħud mill-attivitajiet li ser jiġu organizzati matul ix-xhur ta’ Diċembru 2013, Jannar u Frar 2014. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jat-tendi.

Is-Sibt 7 ta’ Diċembru, 8.30pmL-Għaqda tal-Armar ser torganizza Kara-oke Night ġewwa l-każin b’risq il-proġetti ġodda tal-armar. Ser ikun hemm finger food u divertiment kontinwu.

Il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru, 9.00amL-Għaqda tal-Armar ser torganizza Snook-er Tournament ġewwa l-każin. Prezz tal-parteċipazzjoni €6. L-ewwel premju ser ikun ta’ €50 filwaqt li t-tieni premju €20.

Il-Ħadd 15 ta’ Diċembru, 9.00amIl-Kumitat Ċentrali ser jagħmel il-ġabra an-nwali tal-aħħar tas-sena u jsir it-tqassim tal-Kalendarju 2014. Nitolbukom sabiex tkunu ġenerużi.

Is-Sibt 21 ta’ Diċembru, 9.00amWara s-suċċess tas-sena l-oħra l-Għaqda

tal-Armar ser torganizza One Day Football Tournament bil-qliegħ kollu jmur b’risq il-karità.

Il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru, 5.00pmIl-Kummissjoni Żgħażagħ ser torganizza l-Party tat-tfal għall-Milied ġewwa l-każin. It-tfal kollha huma mħeġġa jattendu.

It-Tlieta 31 ta’ Diċembru, 8.30pmIl-Kumitat Ċentrali ser jorganizza n-New Year’s Eve Get Together annwali ġewwa l-każin. Ser ikun hemm finger food u diver-timent kontinwu speċjalment fil-bidu tas-sena l-ġdida. Prezz tad-dħul huwa €10 kull persuna.

Il-Ħadd 5 ta’ Jannar, 9.00amL-Għaqda tan-Nar ser tagħmel il-ġabra an-nwali tal-bidu tas-sena u t-tqassim tal-Ka-lendarju tan-Nar 2014. Nitolbukom sabiex tkunu ġenerużi.

Is-Sibt 11 ta’ Jannar, 9.00amIl-Kummissjoni Żgħażagħ ser torganizza Playstation Tournament ġewwa l-każin.

Is-Sibt 18 ta’ Jannar, 8.30pmL-Għaqda tan-Nar ser torganizza Ravjulata ġewwa l-każin b’risq il-ħarqa tan-nar.

Is-Sibt 8 ta’ Frar, 8.30pmIl-Kummissjoni Żgħażagħ ser torganizza l-Maltasong Get Together ġewwa l-każin. Ser ikun hemm finger food u big screen fejn ser tintwera s-serata finali tal-kanzunetta Maltija għall-Ewropa.

It-Tnejn 10 ta’ Frar, 9.00amL-Għaqda tal-Armar ser torganizza Play-station Tournament ġewwa l-każin.

Is-Sibt 22 ta’ Frar, 8.30pmL-Għaqda tal-Armar ser torganizza Ikla bejn il-Ħbieb ġewwa l-każin b’risq il-proġetti ġodda tal-armar.

Nappellaw lill-membri u l-partitarji sabiex jattendu dawn l-attivitajiet, li minbarra li jservu ta’ dħul finanzjarju, jressquna aktar lejn xulxin bħala Soċjetà. ĠR