150
Parlament Ewropew 2014-2019 Dokument ta' sessjoni A8-0314/2017 18.10.2017 ***I RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (COM(2016)0765 – C8-0499/2016 – 2016/0381(COD)) Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija Rapporteur: Bendt Bendtsen RR\1137448MT.docx PE603.067v01-00 MT Magħquda fid-diversità MT

€¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

  • Upload
    others

  • View
    1

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Parlament Ewropew2014-2019

Dokument ta' sessjoni

A8-0314/2017

18.10.2017

***IRAPPORTdwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija(COM(2016)0765 – C8-0499/2016 – 2016/0381(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Bendt Bendtsen

RR\1137448MT.docx PE603.067v01-00

MT Magħquda fid-diversità MT

Page 2: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

PR_COD_1amCom

Tifsira tas-simboli użati

* Proċedura ta' konsultazzjoni*** Proċedura ta' approvazzjoni

***I Proċedura leġiżlattiva ordinarja (l-ewwel qari)***II Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tieni qari)

***III Proċedura leġiżlattiva ordinarja (it-tielet qari)

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att.)

Emendi għal abbozz ta' att

Emendi tal-Parlament f'żewġ kolonni

It-tħassir huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tax-xellug. Is-sostituzzjoni hija indikata permezz tat-tipa korsiva u grassa fiż-żewġ kolonni. It-test ġdid huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa fil-kolonna tal-lemin.

L-ewwel u t-tieni linji tal-intestatura ta' kull emenda jidentifikaw il-parti tat-test ikkonċernata fl-abbozz ta' att inkwistjoni. Meta emenda tirrigwarda att eżistenti, li l-abbozz ta' att ikollu l-ħsieb li jemenda, l-intestatura jkun fiha wkoll it-tielet u r-raba' linji li jidentifikaw rispettivament l-att eżistenti u d-dispożizzjoni kkonċernata f'dak l-att.

Emendi tal-Parlament li jieħdu l-forma ta' test konsolidat

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa. Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.Bħala eċċezzjoni, it-tibdil ta' natura strettament teknika magħmul mis-servizzi fil-preparazzjoni tat-test finali mhuwiex indikat.

PE603.067v01-00 2/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 3: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

WERREJ

Paġna

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW...........5

NOTA SPJEGATTIVA............................................................................................................56

ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IRĊiEVA KONTRIBUT IR-RAPPORTEUR...........................................................................................58

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL.........................................................................................................62

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI.............................................................112

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI......114

RR\1137448MT.docx 3/110 PE603.067v01-00

MT

Page 4: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija(COM(2016)0765 – C8-0499/2016 – 2016/0381(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0765),

– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0499/2016),

– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mis-Senat Netherlandiż u mill-Kamra tar-Rappreżentanti Netherlandiża, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' April 20171,

– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Lulju 20172,

– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0314/2017),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal direttiva

1 ĠU C 246, 28.7.2017, p. 48.2 ĠU C 342, 12.10.2017, p. 119.

PE603.067v01-00 4/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 5: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(1) L-Unjoni hija impenjata għal sistema tal-enerġija sostenibbli, kompetittiva, sigura, u dekarbonizzata. L-Unjoni tal-Enerġija u l-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 jistabbilixxu impenji ambizzjużi għall-Unjoni biex tkompli tnaqqas l-emissjonijiet ta' gass serra ( ta' mill-anqas 40 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990), biex iżżid il-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli kkunsmata (b'mill-anqas 27 %) u biex isir iffrankar enerġetiku ta' mill-anqas 27 %, b'reviżjoni ta' dan il-livell billi tqis il-livell tal-Unjoni ta' 30 %10, u biex ittejjeb is-sigurtà, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-enerġija tal-Ewropa.

(1) L-Unjoni hija impenjata għal sistema tal-enerġija sostenibbli, kompetittiva, sigura, u dekarbonizzata u għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. L-Unjoni tal-Enerġija u l-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 jistabbilixxu impenji ambizzjużi għall-Unjoni biex tkompli tnaqqas l-emissjonijiet ta' gass serra (b'bejn 80 % u 95 % sal-2050 meta mqabbel mal-1990), biex iżżid il-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli kkunsmata skont id-Direttiva .../2018/UE [dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, COD (2016)0382] u biex isir iffrankar enerġetiku skont id-Direttiva 2012/27/UE kif emendata mid-Direttiva .../2018/UE [COD 2016/0376], u biex ittejjeb is-sigurtà, il-kompetittività, l-affordabbiltà u s-sostenibbiltà tal-enerġija tal-Ewropa.

Emenda 2

Proposta għal direttivaPremessa 6

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(6) L-Unjoni hija impenjata biex tiżviluppa sistema tal-enerġija sigura, kompetittiva u dekarbonizzata sal-205012. Biex jintlaħaq dan l-għan, l-Istati Membri u l-investituri jeħtieġu stadji importanti biex jiżguraw li l-bini jiġi dekarbonizzat sal-2050. Sabiex tkun żgurata din id-dekarbonizzazzjoni tal-istokk tal-bini sal-2050, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-passi intermedjarji li jridu jsiru biex jinkisbu l-għanijiet ta' nofs it-terminu (2030) u tat-terminu twil (2050).

(6) L-Unjoni hija impenjata biex tiżviluppa sistema tal-enerġija sigura, kompetittiva u dekarbonizzata sal-2050. Biex jintlaħaq dan l-għan, hu ferm importanti li l-istokk tal-bini eżistenti, li hu responsabbli għal madwar 36 % tal-emissjonijiet kollha ta' CO2 fl-Unjoni, ikun ferm effiċjenti fl-użu tal-enerġija u jiġi dekarbonizzat bi standard ta' konsum ta' kważi żero enerġija sal-2050. L-Istati Membri jenħtieġ li jfittxu ekwilibriju kosteffikaċi bejn id-dekarbonizzazzjoni tal-provvisti tal-enerġija u t-tnaqqis fil-konsum aħħari tal-enerġija. Għal dak il-għan, l-Istati Membri u l-investituri jeħtieġ ikollhom viżjoni ċara li tiggwida l-

RR\1137448MT.docx 5/110 PE603.067v01-00

MT

Page 6: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

politiki u d-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom, li tinkludi stadji ewlenin u azzjonijiet definiti tajjeb u nazzjonaligħal enerġija effiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi fuq terminu qasir (2030), fuq terminu medju (2040) u fit-tul (2050).

__________________12 Komunikazzjoni dwar Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050, (COM(2011) 885 final).

Emenda 3

Proposta għal direttivaPremessa 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(6a) Il-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 21) irid jiġi rifless fl-isforzi tal-Unjoni biex tiddekarbonizza l-istokk tal-bini tagħha. Filwaqt li jitqies li kważi 50 % tal-enerġija finali tal-Unjoni tintuża għat-tisħin u t-tkessiħ, li minnha 80 % tintuża fil-bini, il-kisba tal-għanijiet dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni tiddependi b'mod qawwi fuq l-isforzi tal-Unjoni li tirrinnova l-istokk tal-bini tagħha billi tagħti prijorità lill-effiċjenza fl-enerġija u lill-iffrankar tal-enerġija, tagħmel użu sħiħ tal-prinċipju li l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel, kif ukoll tiżgura l-użu effettiv tas-sorsi rinnovabbli.

Emenda 4

Proposta għal direttivaPremessa 7

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(7) Id-dispożizzjonijiet dwar strateġiji tar-rinnovazzjoni fit-tul stipulati fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament

(7) Id-dispożizzjonijiet dwar strateġiji tar-rinnovazzjoni fit-tul stipulati fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament

PE603.067v01-00 6/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 7: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Ewropew u tal-Kunsill13 għandhom jitmexxew għad-Direttiva 2010/31/UE, għax jidħlu b'mod aktar koerenti fiha.

Ewropew u tal-Kunsill13 jenħtieġ li jitmexxew għad-Direttiva 2010/31/UE, għax jidħlu b'mod aktar koerenti fiha, u jenħtieġ li jkunu aġġornati biex jiġu ċċarati l-ambizzjonijiet ta' stokk tal-bini dekarbonizzat u ferm effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-istrateġiji tar-rinnovazzjoni fuq terminu twil u r-rinnovazzjonijiet li dawn jistimulaw se jagħtu spinta lit-tkabbir u l-kompetittività bil-ħolqien ta' impjiegi lokali u li ma jistgħux ikunu esternalizzati, u jipprovdu liċ-ċittadini binjiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija, tajbin għas-saħħa u sikuri.

Emenda 5

Proposta għal direttivaPremessa 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(7a) Biex ikunu milħuqa b'mod kosteffettiv l-għanijiet dwar il-klima u l-enerġija tal-Unjoni kif ukoll rinnovazzjonijiet kosteffettivi fil-bini, jenħtieġ li l-istrateġiji ta' rinnovazzjoni nazzjonali fuq terminu twil jintegraw kunsiderazzjonijiet għal titjib fis-saħħa u fl-ambjent intern, inkluż billi r-rinnovazzjoni tkun ikkumbinata mat-tneħħija tal-asbestos u ta' sustanzi oħra perikolużi, u b'hekk timpedixxi t-tneħħija illegali ta' sustanzi perikolużi, u tiffaċilita konformità ma' atti leġiżlattivi eżistenti bħad-Direttiva 2009/148/KE1a u d-Direttiva (UE) 2016/22841b.

__________________1a Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE.1b Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-

RR\1137448MT.docx 7/110 PE603.067v01-00

MT

Page 8: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE.

Emenda 6

Proposta għal direttivaPremessa 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(7b) Biex jintlaħaq stokk tal-bini effiċjenti ferm fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat, u biex ikun żgurat li l-istrateġiji ta' rinnovazzjoni fuq terminu twil jagħtu l-progress meħtieġ, partikolarment b'żieda fir-rinnovazzjonijiet profondi, l-Istati Membri jridu joffru linji gwida ċari u jfasslu azzjonijiet immirati li jistgħu jitkejlu, li jinkludu setturi bl-agħar rendiment fl-istokk tal-bini nazzjonali, konsumaturi fqar fl-enerġija, akkomodazzjoni soċjali u akkomodazzjonijiet suġġetti għal dilemma ta' inċentivi opposti għar-rinnovazzjonijiet, filwaqt li titqies l-affordabilità. Biex jappoġġjaw aktar it-titjib meħtieġ fl-istokk nazzjonali tal-kiri, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw l-introduzzjoni jew it-tkomplija tal-applikazzjoni ta' rekwiżiti għal ċertu livell ta' rendiment enerġetiku, skont iċ-ċertifikati tar-rendiment enerġetiku, għall-proprjetajiet għall-kiri.

Emenda 7

Proposta għal direttivaPremessa 7c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(7c) B'kont meħud tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, li tispeċifika li r-rinnovazzjoni tkun meħtieġa b'rata medja ta' 3 % biex jintlaħqu b'mod kosteffettiv l-ambizzjonijiet tal-Unjoni għall-effiċjenza

PE603.067v01-00 8/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 9: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

fl-użu tal-enerġija, huwa essenzjali li l-Istati Membri jispeċifikaw il-prestazzjoni u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom biex jilħqu l-mira/i ġenerali ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-2030 ta' [X %], f'konformità mad-Direttiva 2012/27/UE kif emendata bid-Direttiva.../2018/UE [COD 2016/0376], filwaqt li jitqies li kull żieda ta' 1 % fl-iffrankar ta' enerġija tnaqqas l-importazzjonijiet tal-gass bi 2,6 % u b'hekk tikkontribwixxi b'mod attiv għall-indipendenza tal-enerġija tal-Unjoni.

Emenda 8

Proposta għal direttivaPremessa 7d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(7d) Miri ambizzjużi għal rinnovazzjoni profonda tal-istokk eżistenti tal-bini se joħolqu miljuni ta' impjiegi fl-Unjoni, partikolarment f'impriżi żgħar u ta' daqs medju. F'dak il-kuntest, hu meħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu rabta ċara bejn l-istrateġiji ta' rinnovazzjoni nazzjonali tagħhom fuq terminu twil u inizjattivi adegwati li jippromwovu l-iżvilupp ta' ħiliet u edukazzjoni fis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-effiċjenza fl-użu enerġija.

Emenda 9

Proposta għal direttivaPremessa 8

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(8) L-aġendi tas-Suq Uniku Diġitali u tal-Unjoni tal-Enerġija għandhom ikunu allinjati u jservu għanijiet komuni. Id-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija qed tbiddel b'ħeffa x-xenarju tal-enerġija, mill-integrazzjoni tar-rinnovabbli għal grilji intelliġenti u bini intelliġenti lest. Sabiex jiġi diġitalizzat is-settur tal-bini,

(8) L-aġendi tas-Suq Uniku Diġitali u tal-Unjoni tal-Enerġija jenħtieġ li jkunu allinjati u jservu għanijiet komuni. Id-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija qed tbiddel b'ħeffa x-xenarju tal-enerġija, mill-integrazzjoni tar-rinnovabbli għal grilji intelliġenti u bini intelliġenti lest. Dan joffri opportunitajiet ġodda għall-

RR\1137448MT.docx 9/110 PE603.067v01-00

MT

Page 10: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

jenħtieġ li jkunu pprovduti inċentivi mmirati biex jippromwovu sistemi intelliġenti lesti u soluzzjonijiet diġitali fl-ambjent mibni.

iffrankar ta' enerġija, billi l-konsumaturi jingħataw informazzjoni aktar preċiża dwar ix-xejriet tal-konsum tagħhom, u billi l-operatur tas-sistema jkun jista' jimmaniġġja aħjar il-grilja. Sabiex jiġi diġitalizzat is-settur tal-bini u jiġi promoss żvilupp sistemiku ta' bliet intelliġenti, jenħtieġ li jkunu pprovduti inċentivi mmirati biex jippromwovu sistemi adegwati u intelliġenti lesti u soluzzjonijiet diġitali fl-ambjent mibni, filwaqt li jitqiesu l-konsumaturi anqas involuti mill-aspett diġitali. Dawk l-inċentivi jenħtieġ li jqisu l-miri ta' konnettività tal-Unjoni u l-ambizzjonijiet għall-użu fuq netwerks ta' komunikazzjoni b'kapaċità għolja, li huma prerekwiżit għal djar intelliġenti u l-komunitajiet konnessi tajjeb, filwaqt li jiġi żgurat ukoll li l-iżvilupp ta' dawn in-netwerks ma jkunx ostakolat minn soluzzjonijiet ta' bini li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv il-konnettività.

Emenda 10

Proposta għal direttivaPremessa 9

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(9) Sabiex din id-Direttiva tiġi adattata għall-progress tekniku, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tissupplimentah billi tiddefinixxi l-indikatur tal-intellġienza u tippermetti l-implimentazzjoni tiegħu. L-indikatur tal-intelliġenza għandu jintuża biex ikejjel il-kapaċità tal-bini li juża l-ICT u sistemi elettroniċi biex jottimizza l-operazzjoni u li jinteraġixxi mal-grilja. L-indikatur tal-intelliġenza għandu jqajjem kuxjenza fost is-sidien tal-bini u l-okkupanti tiegħu dwar il-valur tal-awtomatizzazzjoni tal-bini u l-monitoraġġ elettroniku tasistemi tekniċi użati fil-bini u għandu jagħti kunfidenza lill-okkupant dwar l-iffrankar effettiv ta' dawn il-funzjonalitajiet imtejba ġodda.

(9) Sabiex din id-Direttiva tiġi adattata għall-progress tekniku, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tissupplimentah billi tiddefinixxi l-indikatur tal-intellġienza u tippermetti l-implimentazzjoni tiegħu b'mod konformi mal-metodoloġija stipulata f'din id-Direttiva. L-indikatur tal-intelliġenza jenħtieġ li jkun koerenti maċ-ċertifikati ta' rendiment tal-enerġija u jenħtieġ li jintuża biex ikejjel il-kapaċità tal-bini li juża l-ICT u sistemi elettroniċi biex jottimizza l-operazzjoni, ir-rendiment, il-kumdità interna u li jinteraġixxi mal-grilja. L-indikatur tal-intelliġenza għandu jqajjem kuxjenza fost is-sidien tal-bini u l-okkupanti tiegħu dwar il-valur tal-

PE603.067v01-00 10/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 11: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

awtomatizzazzjoni tal-bini u l-monitoraġġ elettroniku tasistemi tekniċi użati fil-bini u għandu jagħti kunfidenza lill-okkupant dwar l-iffrankar effettiv ta' dawn il-funzjonalitajiet imtejba ġodda.

Emenda 11

Proposta għal direttivaPremessa 10

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(10) L-innovazzjoni u t-teknoloġija l-ġdida jagħmluha possibbli wkoll li l-bini jappoġġja d-dekarbonizzazzjoni ġenerali tal-ekonomija. Pereżempju, il-bini jista' jixpruna l-iżvilupp tal-infrastruttura neċessarja għall-iċċarġjar intelliġenti ta' vetturi elettriċi u anke jipprovdi l-bażi għall-Istati Membri, jekk huma jagħżlu, li jużaw batteriji tal-karozzi bħala sors ta' enerġija. Biex tirrifletti dan il-għan, jenħtieġ li d-definizzjoni tas-sistemi tekniċi użati fil-bini tiġi estiża.

(10) L-innovazzjoni u t-teknoloġija l-ġdida jagħmluha possibbli wkoll li l-bini jappoġġja d-dekarbonizzazzjoni ġenerali tal-ekonomija, inkluż is-settur tat-trasport. Pereżempju, il-bini jista' jixpruna l-iżvilupp tal-infrastruttura neċessarja għall-introduzzjoni ta' ċċarġjar intelliġenti ta' vetturi elettriċi u anke jipprovdi l-bażi għall-Istati Membri, jekk huma jagħżlu, li jużaw batteriji tal-karozzi bħala sors ta' enerġija. Biex tirrifletti dan il-għan, jenħtieġ li d-definizzjoni tas-sistemi tekniċi użati fil-bini tiġi estiża.

Emenda 12

Proposta għal direttivaPremessa 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(10a) It-tħejjija ta' wajers u tubi minn qabel tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tajba għall-użu rapidu ta' punti tal-iċċarġjar, jekk u fejn ikun hemm bżonnhom. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw l-iżvilupp tal-elettromobilità b'mod bilanċjat u kosteffettiv. B'mod partikolari, f'każ li titwettaq rinnovazzjoni estensiva li taffettwa l-infrastruttura elettrika, jenħtieġ li jsegwi l-użu adegwat tat-tħejjija ta' wajers u tubi minn qabel bil-ħsieb li jiġi pprovdut biżżejjed wajers, tubi u potenza elettrika fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2014/94/UE għall-installazzjoni ta' punti tal-iċċarġjar fi

RR\1137448MT.docx 11/110 PE603.067v01-00

MT

Page 12: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

spazji għall-ipparkjar.

Emenda 13

Proposta għal direttivaPremessa 10b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(10b) Viżjoni ċara għal stokk tal-bini dekarbonizzat sal-2050 tirrikjedi livell għoli ta' ambizzjoni. Meta l-użu tal-enerġija jinġieb qrib iż-żero, is-sehem ta' enerġija inkorporata jkun aktar deċiżiv fiċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-bini. Il-viżjoni futura għal stokk tal-bini dekarbonizzat jenħtieġ li jinkludi l-enerġija inkorporata fil-bini. Għalhekk il-bini bl-injam huwa pożittiv għall-klima.

Emenda 14

Proposta għal direttivaPremessa 10c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(10c) Huwa neċessarju li jiġu promossi r-riċerka u l-esperimentazzjoni ta' soluzzjonijiet ġodda li huma kapaċi jtejbu, l-livell ta' rendiment tal-enerġija tal-bini u ta' siti storiċi, filwaqt li fl-istess ħin jiġu żgurati l-ħarsien u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali.

Emenda 15

Proposta għal direttivaPremessa 10d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(10d) L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu li l-innovazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda jesiġu investimenti msaħħa fl-edukazzjoni u l-ħiliet, li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni b'suċċess ta' dawn it-teknoloġiji.

PE603.067v01-00 12/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 13: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Emenda 16

Proposta għal direttivaPremessa 10e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(10e) Huwa diffiċli li din id-Direttiva tista' tagħti ġudizzju minn qabel dwar l-iżvilupp u l-innovazzjoni fil-qasam tal-mobilità elettronika, tal-bini jew tas-sistemi intelliġenti. Għalhekk il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika jenħtieġ li japplika f'din id-Direttiva kollha.

Emenda 17

Proposta għal direttivaPremessa 10f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(10f) Is-soluzzjonijiet ibbażati fin-natura, bħal veġetazzjoni tat-triq iddisinjata sew, soqfa u ħitan ekoloġiċi li jipprovdu iżolament u dell għall-bini, inaqqsu d-domanda għall-enerġija billi jillimitaw il-ħtieġa għat-tisħin u għat-tkessiħ u jtejbu r-rendimenti tal-bini fl-użu tal-enerġija.

Emenda 18

Proposta għal direttivaPremessa 10g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(10g) Ir-rekwiżiti għall-infrastruttura tal-elettromobbiltà stipulati f'din id-Direttiva jenħtieġ li jiffurmaw parti minn ippjanar urban strateġiku olistiku fl-Istati Membri biex jippromwovu modi alternattivi, sikuri u sostenibbli ta' trasport u bl-applikazzjoni ta' approċċ koerenti lejn l-infrastruttura tal-elettriku billi jipprovdu, pereżempju, infrastruttura ta' parkeġġ iddedikata għal roti elettriċi u għal persuni b'mobilità mnaqqsa.

RR\1137448MT.docx 13/110 PE603.067v01-00

MT

Page 14: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Emenda 19

Proposta għal direttivaPremessa 11

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(11) Il-valutazzjoni tal-impatt identifikat żewġ settijiet eżistenti ta' dispożizzjonijiet, li l-għan tagħhom jista' jintlaħaq b'mod aktar effiċjenti meta mqabbel mas-sitwazzjoni attwali. L-ewwel nett l-obbligu, qabel ma tinbeda kwalunkwe kostruzzjoni, li jitwettaq studju ta' fattibilità dwar sistemi alternattivi ta' effiċjenza jsir piż żejjed. It-tieni nett, instab li d-dispożizzjonijiet relatati ma' spezzjonijiet tas-sistemi ta' tisħin u sistemi ta' arja kkundizzjonata ma jiżgurawx biżżejjed u b'mod effiċjenti, il-prestazzjoni tal-bidu u miżmuma ta' dawn is-sistemi tekniċi. Anki soluzzjonijiet tekniċi irħas b'perjodi ta' ħlas qosra ħafna, bħall-ibbilanċjar idrawliku tas-sistema ta' tisħin u installazzjoni /sostituzzjoni ta' valvi ta' kontroll termostatiċi, mhumiex meqjusa biżżejjed illum il-ġurnata. Id-dispożizzjonijiet relatati ma' spezzjonijiet huma emendati biex jiżguraw riżultat aħjar mill-ispezzjonijiet.

(11) Il-valutazzjoni tal-impatt identifikat dispożizzjonijiet eżistenti, li l-għan tagħhom jista' jintlaħaq b'mod aktar effiċjenti meta mqabbel mas-sitwazzjoni attwali. Instab li d-dispożizzjonijiet relatati ma' spezzjonijiet tas-sistemi ta' tisħin u sistemi ta' arja kkundizzjonata ma jiżgurawx biżżejjed u b'mod effiċjenti, il-prestazzjoni tal-bidu u miżmuma ta' dawn is-sistemi tekniċi. Barra minn hekk, soluzzjonijiet tekniċi irħas b'perjodi ta' ħlas qosra ħafna, bħall-ibbilanċjar idrawliku tas-sistema ta' tisħin u installazzjoni /sostituzzjoni ta' valvi ta' kontroll termostatiċi, mhumiex meqjusa biżżejjed illum il-ġurnata u jenħtieġ li jkunu esplorati aktar, inkluż bħala soluzzjonijiet li jassistu l-konsumaturi fqar fl-enerġija. Id-dispożizzjonijiet relatati ma' spezzjonijiet huma emendati biex jiżguraw riżultat aħjar mill-ispezzjonijiet.

Emenda 20

Proposta għal direttivaPremessa 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(11a) Għall-binjiet ġodda, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li, qabel ma jibda l-bini, titqies il-vijabilità teknika, ambjentali u ekonomika ta' sistemi alternattivi ta' effiċjenza għolja. Dawn is-sistemi jistgħu jinkludu sistemi ta' provvista deċentralizzata tal-enerġija bbażati fuq enerġija minn sorsi rinnovabbli jew sħana residwa;

PE603.067v01-00 14/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 15: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

koġenerazzjoni; tisħin u tkessiħ distrettwali jew ta' blokk u pompi tas-sħana.

Emenda 21

Proposta għal direttivaPremessa 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(11b) Il-linji gwida tad-WHO tal-2009 jistabbilixxu li, fir-rigward tal-kwalità tal-arja interna, bini b'rendiment aħjar jipprovdi livelli ogħla ta' kumdità, benessri għall-okkupanti tiegħu u jtejjeb is-saħħa. Pontijiet termali, iżolament inadegwat u mogħdijiet tal-arja mhux ippjanati jistgħu jirriżultaw f'temperaturi tal-wiċċ taħt il-punt tan-nida tal-arja u f'umdità. Għalhekk huwa essenzjali li jiġi żgurat iżolament sħiħ u omoġenju tal-binja, inklużi tal-gallariji, tal-aperturi, tas-soqfa, tal-ħitan, tal-bibien u tal-art.

Emenda 22

Proposta għal direttivaPremessa 12

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(12) B'mod partikolari għal installazzjonijiet kbar, l-awtomatizzazzjoni tal-bini u l-monitoraġġ elettroniku tas-sistemi tekniċi użati fil-bini wrew li huma sostituzzjoni effettiva għall-ispezzjonijiet. L-installazzjoni ta' tagħmir bħal dan għandha titqies bħala l-iktar alternattiva kosteffettiva għall-ispezzjonijiet f'bini kbir mhux residenzjali u bini b'ħafna familji ta' daqs suffiċjenti li jwassal biex dan it-tagħmir jitħallas f'inqas minn tliet snin. Għaldaqstant, il-possibbiltà attwali li jintgħażlu miżuri alternattivi titħassar. Għal installazzjonijiet ta' skala żgħira, id-dokumentazzjoni dwar ir-rendiment tas-sistema mill-installaturi u r-reġistrazzjoni

(12) L-awtomatizzazzjoni tal-bini, il-ġestjoni tal-installazzjonijiet u l-monitoraġġ elettroniku tas-sistemi tekniċi użati fil-bini għandhom potenzjal kbir biex jipprovdu ffrankar ta' enerġija kosteffikaċi u sinifikanti kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji. Għall-installazzjonijiet il-kbar, b'mod partikolari, l-awtomatizzazzjoni tal-bini u l-monitoraġġ elettroniku ta' sistemi tekniċi użati fil-bini wrew li kienu effettivi u jistgħu, f'xi każijiet, jissostitwixxu spezzjonijiet f'bini kbir mhux residenzjali u bini b'ħafna familji ta' daqs suffiċjenti li jwassal biex dan it-tagħmir jitħallas f'inqas minn tliet snin billi jippermetti azzjoni fuq

RR\1137448MT.docx 15/110 PE603.067v01-00

MT

Page 16: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

ta' din l-informazzjoni fil-bażijiet tad-dejta dwar iċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija se jappoġġaw il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti għas-sistemi tekniċi kollha li jintużaw tal-bini u se jsaħħu r-rwol taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Barra minn hekk, l-ispezzjonijiet regolari eżistenti tas-sikurezza u x-xogħol ta' manutenzjoni programmat se jibqgħu opportunità biex jingħata parir dirett dwar titjib fl-effiċjenza fl-enerġija.

l-informazzjoni pprovduta u b'hekk l-iżgurar ta' ffrankar ta' enerġija maż-żmien. Għaldaqstant, il-possibbiltà attwali li jintgħażlu miżuri alternattivi titħassar, madankollu jenħtieġ li jkun possibbli li s-sistemi tekniċi koperti b'mod espliċitu minn programm ESCO jiġu eżentati mir-rekwiżit ta' spezzjoni. Biex jiġu evitati spezzjonijiet doppji, l-installazzjonijiet li huma operati minn operatur ta' utilità jew ta' netwerk u li huma soġġetti għal spezzjonijiet fil-livell tas-sistema jenħtieġ li jiġu eżentati minn dan ir-rekwiżit. Għal installazzjonijiet ta' skala żgħira, id-dokumentazzjoni dwar ir-rendiment tas-sistema mill-installaturi u r-reġistrazzjoni ta' din l-informazzjoni fil-bażijiet tad-dejta dwar iċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija se jappoġġaw il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti għas-sistemi tekniċi kollha li jintużaw tal-bini u se jsaħħu r-rwol taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (EPC). Barra minn hekk, l-ispezzjonijiet regolari eżistenti tas-sikurezza u x-xogħol ta' manutenzjoni programmat se jibqgħu opportunità biex jingħata parir dirett dwar titjib fl-effiċjenza fl-enerġija.

Emenda 23

Proposta għal direttivaPremessa 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(12a) L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li t-titjib tar-rendiment tal-enerġija ta' binjiet eżistenti jikkontribwixxu wkoll għall-kisba ta' ambjent ta' ġewwa tajjeb għas-saħħa, inkluż permezz tat-tneħħija tal-asbestos u ta' sustanzi oħra perikolużi u billi jiġu evitati problemi bħall-moffa, kif ukoll billi jiġu ssalvagwardjati l-istrutturi fundamentali tas-sikurezza tal-bini, b'mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza kontra n-nirien u s-sikurezza sismika.

PE603.067v01-00 16/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 17: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Emenda 24

Proposta għal direttivaPremessa 12b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(12b) Huwa importanti li jiġi żgurat li l-miżuri għat-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija ma jiffokawx biss fuq l-istruttura esterna tal-bini, iżda jkunu jinkludu l-elementi u s-sistemi tekniċi kollha f'binja;

Emenda 25

Proposta għal direttivaPremessa 13

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(13) Biex jiġi żgurat l-aħjar użu tagħhom fir-rinnovazzjoni tal-bini, il-miżuri finanzjarji relatati mal-effiċjenza fl-enerġija għandhom ikunu marbuta mal-profondità tar-rinnovazzjoni, li għandha tiġi vvalutata billi jitqabblu ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (EPCs) maħruġa qabel u wara r-rinnovazzjoni.

(13) Biex jiġi żgurat l-aħjar użu tagħhom fir-rinnovazzjoni tal-bini, il-miżuri finanzjarji pubbliċi relatati mal-effiċjenza fl-enerġija jenħtieġ li jkunu marbuta mal-profondità tar-rinnovazzjoni u jippromwovu rinnovazzjonijiet olistiċi tal-bini bħala l-aħjar mod li bih ikun żgurat rendiment għoli tal-enerġija u kumdità interna mtejba. Tali rinnovazzjonijiet jenħtieġ li jiġu vvalutati billi jitqabblu ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (EPCs) maħruġa qabel u wara r-rinnovazzjoni meta dan ikun proporzjonat għall-volum tar-rinnovazzjoni, jew permezz ta' metodi ta' dokumentazzjoni simili adegwati u proporzjonati.

Emenda 26

Proposta għal direttivaPremessa 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(13a) Il-mekkaniżmi u l-inċentivi finanzjarji jenħtieġ li jkollhom pożizzjoni

RR\1137448MT.docx 17/110 PE603.067v01-00

MT

Page 18: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

ċentrali fl-istrateġiji ta' rinnovazzjoni nazzjonali fuq terminu twil u jkunu attivament promossi mill-Istati Membri, inkluż billi jkunu ffaċilitati standards ta' ipoteki għall-enerġija effiċjenti għal rinnovazzjonijiet ta' bini effiċjenti fl-użu tal-enerġija ċċertifikati, il-promozzjoni ta' investimenti fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-istokk tal-bini eżistenti għall-awtoritajiet pubbliċi, billi, pereżempju, jiġu ċċarati l-istandards tal-kontabbiltà għall-investimenti pubbliċi, u billi jiġu pprovduti għodda ta' konsulenza aċċessibbli u trasparenti għall-konsumaturi dwar l-għażliet tagħhom ta' finanzjament għar-rinnovazzjonijiet fil-binjiet li jkun effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

Emenda 27

Proposta għal direttivaPremessa 13b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(13b) Il-mekkaniżmi biex jiffinanzjaw bini ġdid effiċjenti fl-użu tal-enerġija, kif ukoll miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija fl-istokk tal-bini, jenħtieġ li jiġu minn sorsi privati, pubbliċi-privati u pubbliċi. Għall-investimenti privati, jenħtieġ li jitnaqqas ir-riskju għall-investimenti fl-immodernizzar tal-istokk tal-bini. Is-sħubijiet pubbliċi-privati jenħtieġ li jitqiesu b'mod partikolari għal miżuri għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija f'binjiet pubbliċi biex jitnaqqas il-piż finanzjarju fuq il-bliet, reġjuni u Stati Membri iżgħar u finanzjarjament aktar dgħajfa. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu miżuri għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, b'mod speċjali fl-akkomodazzjoni soċjali u fl-akkomodazzjoni tal-parteċipanti fis-suq l-aktar dgħajfa, permezz ta' appoġġ finanzjarju pubbliku li għalih jistgħu jintużaw il-fondi tal-Unjoni.

PE603.067v01-00 18/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 19: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Emenda 28

Proposta għal direttivaPremessa 13c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(13c) Meta ċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jiċċertifika l-fatt li r-rendiment enerġetiku ta' binja jkun tjieb, jenħtieġ li jkun possibbli li l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni jiddaħħlu fl-inċentiv ipprovdut mill-Istat Membru kkonċernat.

Emenda 29

Proposta għal direttivaPremessa 14

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(14) L-aċċess għall-finanzjament huwa aktar faċli meta linformazzjoni ta' kwalità tajba hija aċċessibbli. Il-bini pubbliku b'erja totali utli tal-art ta' aktar minn 250m² għalhekk jenħtieġ li jintalab jiżvela l-konsum reali tal-enerġija tiegħu.

(14) L-aċċess għall-finanzjament huwa aktar faċli meta l-informazzjoni ta' kwalità tajba tkun aċċessibbli. Il-bini pubbliku, li jkun proprjetà tal-Istat, reġjun, muniċipju jew li jkun proprjetà privata għall-użu pubbliku, b'erja totali utli tal-art ta' aktar minn 250m² għalhekk jenħtieġ li jintalab jiżvela l-konsum reali tal-enerġija tiegħu.

Emenda 30

Proposta għal direttivaPremessa 15

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(15) Is-sistemi attwali u indipendenti tal-kontroll għall-EPCs għandhom jissaħħu sabiex jiżguraw li ċ-ċertifikati jkunu ta' kwalità tajba, li jistgħu jintużaw għall-kontroll tal-konformità u għall-produzzjoni ta' statistika dwar l-istokkijiet tal-bini reġjonali/nazzjonali. Dejta ta' kwalità għolja dwar listokk tal-bini hija meħtieġa u

(15) Is-sistemi attwali u indipendenti tal-kontroll għall-EPCs jenħtieġ li jissaħħu sabiex jiżguraw li ċ-ċertifikati jkunu ta' kwalità tajba, li jistgħu jintużaw għall-kontroll tal-konformità u għall-produzzjoni ta' statistika armonizzata dwar l-istokkijiet tal-bini lokali/reġjonali/nazzjonali. Dejta ta' kwalità għolja dwar listokk tal-bini hija

RR\1137448MT.docx 19/110 PE603.067v01-00

MT

Page 20: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

din tista' tiġi ġġenerata parzjalment minn reġistri u bażijiet tad-dejta li kważi l-Istati Membri kollha attwalment qed jiżviluppaw u jimmaniġġjaw għall-ECPs.

meħtieġa u din tista' tiġi ġġenerata parzjalment minn reġistri u bażijiet tad-dejta li kważi l-Istati Membri kollha attwalment qed jiżviluppaw u jimmaniġġjaw għall-ECPs.

Emenda 31

Proposta għal direttivaPremessa 16

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(16) Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika dwar l-effiċjenza fl-enerġija għall-bini, it-trasparenza tal-EPCs għandha tittejjeb billi jiġi żgurat li l-parametri neċessarji kollha għall-kalkoli kemm għaċ-ċertifikazzjoni kif ukoll għar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, jiġu stabbiliti u applikati b'mod konsistenti. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri adegwati biex jiżguraw, pereżempju, li r-rendiment ta' sistemi tekniċi użati fil-bini installati, mibdula, jew imtejba jiġi ddokumentat fid-dawl taċ-ċertifikazzjoni tal-bini u l-verifika tal-konformità.

(16) Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika dwar l-effiċjenza fl-enerġija għall-bini, it-trasparenza tal-EPCs jenħtieġ li tittejjeb billi jiġi żgurat li l-parametri neċessarji kollha għall-kalkoli kemm għaċ-ċertifikazzjoni kif ukoll għar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, jiġu stabbiliti u applikati b'mod konsistenti. L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu miżuri adegwati biex jiżguraw, pereżempju, li r-rendiment ta' sistemi tekniċi użati fil-bini installati, mibdula, jew imtejba jiġi ddokumentat fid-dawl taċ-ċertifikazzjoni tal-bini u l-verifika tal-konformità. Bil-ħsieb li tkun żgurata sistema tal-EPC li tiffunzjona sewwa, il-Kummissjoni jenħtieġ li, meta tkun qiegħda twettaq reviżjoni tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, tivvaluta l-ħtieġa ta' armonizzazzjoni ulterjuri tal-EPCs.

Emenda 32

Proposta għal direttivaPremessa 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(16a) Ir-rikonoxximent, il-promozzjoni u l-applikazzjoni tas-sett li issa ġie finalizzat ta' standards CEN EPBD fl-Istati Membri kollha jkollhom impatt pożittiv fuq ir-reviżjoni ta' din id-Direttiva.

PE603.067v01-00 20/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 21: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Emenda 33

Proposta għal direttivaPremessa 17

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(17) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1318 tad-29 ta' Lulju 2016 dwar bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero ppreżentat kif l-implimentazzjoni tad-Direttiva tista' simultanjament tiżgura t-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini u ċ-ċaqliq lejn provvista ta' enerġija aktar sostenibbli, li tappoġġja wkoll l-istrateġija ta' tisħin u tkessiħ. Biex jiġi żgurat li ssir implimentazzjoni xierqa, il-qafas ġenerali għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li jiġi aġġornat bl-appoġġ tal-ħidma elaborata mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), skont il-Mandat M/480 li kien mogħti mill-Kummissjoni Ewropea.

(17) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1318 tad-29 ta' Lulju 2016 dwar bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero ppreżentat kif l-implimentazzjoni tad-Direttiva tista' simultanjament tiżgura t-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini u ċ-ċaqliq lejn provvista ta' enerġija aktar sostenibbli, li tappoġġja wkoll l-istrateġija ta' tisħin u tkessiħ. Biex jiġi żgurat li ssir implimentazzjoni xierqa, il-qafas ġenerali għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li jiġi aġġornat bl-appoġġ tal-ħidma elaborata mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), skont il-Mandat M/480 li kien mogħti mill-Kummissjoni Ewropea. Il-kalkoli tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-binjiet jenħtieġ li jiġu applikati billi jiġi segwit ir-rendiment enerġetiku ottimali, skont il-prinċipju li "l-effiċjenza fl-enerġija tiġi l-ewwel", u filwaqt li jkunu espressi f'indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja f'kWh/(m².y), l-Istati Membri jenħtieġ li jissupplimentaw dan billi jipprovdi indikatur numeriku addizzjonali għall-ħtiġijiet globali tal-enerġija għall-binja kollha.

Emenda 34

Proposta għal direttivaPremessa 19

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(19) L-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri t-tnaqqis tal-enerġija meħtieġa biex tintlaħaq id-domanda għall-enerġija assoċjata mal-użu tipiku fil-bini, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-

(19) Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri t-tnaqqis tal-enerġija meħtieġa biex tintlaħaq id-domanda għall-enerġija assoċjata mal-użu tipiku fil-bini, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-

RR\1137448MT.docx 21/110 PE603.067v01-00

MT

Page 22: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Istati Membri jekk dawn jaġixxu waħedhom. L-għanijiet tad-Direttiva jistgħu jkunu garantiti b'mod effettiv permezz ta' azzjoni fil-livell tal-Unjoni billi dan jiggarantixxi l-konsistenza tal-għanijiet komuni, fehim u jiggarantixxi wkoll spinta politika. Għaldaqstant, l-Unjoni tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat ukoll f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Istati Membri iżda jistgħu minflok, minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata l-konsistenza tal-objettiv, fehim u rieda politika kondiviżi, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. Din id-Direttiva tirrispetta bis-sħiħ l-ispeċifiċitajiet u d-differenzi nazzjonali tal-Istati Membri kif ukoll il-kompetenzi tagħhom bi qbil mal-Artikolu 194(2) tat-TFUE. Barra minn hekk, l-għan ta' din id-Direttiva huwa li tippermetti l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn stokk tal-bini fl-Unjoni li jkun effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija,

Emenda 35

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)Direttiva 2010/31/UEArtikolu 1 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(-1) fl-Artikolu 1(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"L-Istati Membri jistgħu japplikaw ir-rekwiżiti minimi għar-rendiment ġenerali tal-bini fl-użu tal-enerġija għal distrett sħiħ minflok għal bini uniku, sabiex ikun permess approċċ integrat għas-sistema tal-enerġija u l-mobilità tad-distretti fil-kamp ta' applikazzjoni ta' skema ta' rinnovazzjoni olistika, sakemm kull bini jikseb ir-rekwiżit minimu għar-rendiment ġenerali tal-bini fl-użu tal-enerġija."

PE603.067v01-00 22/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 23: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Emenda 36

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1Direttiva 2010/31/UEArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3. "sistema teknika użata fil-bini" tfisser tagħmir tekniku li jipprovdi għat-tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-ventilazzjoni, għall-ilma sħun domestiku, għad-dawl built-in, għall-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, għall-ġenerazzjoni tal-elettriku fuq is-sit, għall-infrastruttura fuq is-sit għallelettromobbiltà, jew għal kumbinazzjoni ta' dawn is-sistemi, inkluż dawk li jużaw l-enerġija minn sorsi rinnovabbli, ta' bini jew unità ta' bini;

3. "sistema teknika użata fil-bini" tfisser tagħmir tekniku li jipprovdi għat-tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-ventilazzjoni, għall-ġestjoni tal-kwalità tal-arja ta' ġewwa, għall-ilma sħun domestiku, għal sistemi ta' dawl built-in fuq ġewwa u fuq barra, għall-ħolqien tad-dell mix-xemx, għal-liftijiet u l-iskali mobbli, għall-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, għat-trażmissjoni u l-ħżin tad-dejta dwar il-binja, għall-ġenerazzjoni u l-ħżin tal-elettriku fuq is-sit, għall-infrastruttura fuq is-sit għall-elettromobbiltà, jew għal kumbinazzjoni ta' dawn is-sistemi, inkluż dawk li jużaw l-enerġija minn sorsi rinnovabbli, ta' bini jew unità ta' bini;

Emenda 37

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)Direttiva 2010/31/KEArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(1a) fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

"(3a) "punt ta' attivazzjoni" tfisser mument opportun, pereżempju minn perspettiva ta' effettività jew effiċjenza mil-lat ta' nefqa, jew tfixkil, fiċ-ċiklu tal-ħajja ta' binja għat-twettiq ta' rinnovazzjonijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija;"

RR\1137448MT.docx 23/110 PE603.067v01-00

MT

Page 24: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Emenda 38

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)Direttiva 2010/31/UEArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(1b) fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

"(3b) "passaport ta' rinnovazzjoni tal-bini" tfisser pjan direzzjonali fuq terminu twil, li jkun ibbażat fuq kriterji ta' kwalità u li jsegwi verifika tal-enerġija, u li jiddeskrivi l-miżuri u r-rinnovazzjonijiet rilevanti li se jtejbu l-prestazzjoni tal-enerġija ta' binja speċifika;"

Emenda 39

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)Direttiva 2010/31/UEArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(1c) fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

"(3c) "sistema ta' awtomatizzazzjoni u ta' kontroll tal-bini" tfisser sistema li tinkludi l-prodotti, is-softwer u s-servizzi ta' inġinerija għal kontrolli awtomatiċi inklużi l-ibblokkjar, is-sorveljanza, l-ottimizzazzjoni, għall-operat, l-intervent uman u l-ġestjoni biex jintlaħaq l-operat effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ekonomiku u sikur tas-sistemi tekniċi użati fil-bini;"

Emenda 40

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1d (ġdid)Direttiva 2010/31/UEArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

PE603.067v01-00 24/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 25: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

(1d) fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

"3d. "element passiv" tfisser element tal-istruttura esterna ta' bini jew elementi oħra li jipparteċipaw f'tekniki passivi li għandhom l-għan li jnaqqsu l-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tisħin jew it-tkessiħ u l-użu tal-enerġija għad-dawl u l-ventilazzjoni, u għaldaqstant itejbu l-kumdità termali u viżiva;"

Emenda 41

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1e (ġdid)Direttiva 2010/31/UEArtikolu 2 – paragrafu 1 – punt 17

Test fis-seħħ Emenda

(1e) fl-Artikolu 2, il-punt 17 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

17. "saħħa effettiva" tfisser l-ogħla saħħa kalorifika, espress f' kW speċifikata u ggarantita mill-manifattur bħala dik li toħroġ waqt tħaddim kontinwu b'konformita' mal-effiċjenza utilizzabbli indikata mill-manifattur;

"17. "saħħa effettiva" tfisser l-ogħla saħħa kalorifika, espress f' kW speċifikata u ggarantita mill-manifattur bħala dik li toħroġ waqt tħaddim kontinwu b'konformita' mal-effiċjenza utilizzabbli indikata mill-manifattur, fejn:

(a) "tagħbija sħiħa" tfisser id-domanda ta' kapaċità massima tas-sistemi tekniċi użati fil-bini għat-tisħin tal-post, it-tkessiħ tal-post, il-ventilazzjoni, u l-ilma sħun domestiku; kif ukoll

(b) "tagħbija parzjali" tfisser parti minn kapaċità ta' tagħbija sħiħa, li tirrappreżenta kundizzjonijiet medji tal-operat;"

Emenda 42

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1f (ġdid)Direttiva 2010/31/UEArtikolu 2 - paragrafu 1 - punt 19a (ġdid)

RR\1137448MT.docx 25/110 PE603.067v01-00

MT

Page 26: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(1f) fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

"(19a) "stokk tal-bini dekarbonizzat" tfisser stokk tal-bini li r-rendiment enerġetiku tiegħu jitqabbel ma' dak ta' bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero, u li hu effiċjenti fl-użu tal-enerġija għall-massimu tal-potenzjal tiegħu."

Emenda 43Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt aDirettiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(a) l-ewwel paragrafu jikkonsisti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija16, għajr l-aħħar subparagrafu tiegħu;

(a) għandu jiddaħħal il-paragrafu 1 li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strateġija fuq terminu twil għat-trasformazzjoni tal-istokk nazzjonali ta' bini residenzjali u kummerċjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, fi stokk tal-bini li juża l-enerġija b'mod effiċjenti ħafna u dekarbonizzat sal-2050. L-istrateġija għandha tinkludi azzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-investiment li jiffaċilita r-rinnovazzjoni meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-2050. Din l-istrateġija għandha tinkludi:

(a) ħarsa ġenerali tal-istokk tal-bini nazzjonali, inklużi t-tipoloġiji ta' binjiet rilevanti, ibbażata, skont kif xieraq, fuq kampjunar statistiku;

(b) l-identifikazzjoni ta' approċċi u ta' azzjonijiet kosteffikaċi biex ikunu stimolati rinnovazzjonijiet teknoloġikament newtrali rilevanti għat-tip ta' bini u ż-żona klimatika, filwaqt li jitqiesu l-punti rilevanti ta' attivazzjoni fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini;

PE603.067v01-00 26/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 27: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

(c) politiki u azzjonijiet li jistimulaw rinnovazzjonijiet profondi kosteffikaċi tal-bini, inklużi rinnovazzjonijiet profondi fi stadji u dekarbonizzazzjoni tad-domanda għat-tisħin u t-tkessiħ, pereżempju billi tiġi introdotta skema għal passaporti tar-rinnovament tal-binjiet;

(d) politiki u azzjonijiet ta' appoġġ għall-miżuri u r-rinnovazzjonijiet immirati ta' effiċjenza enerġetika bi prezz baxx;

(e) politiki u azzjonijiet biex ikunu mmirati s-segmenti bl-agħar rendiment tal-istokk tal-bini nazzjonali, l-unitajiet domestiċi soġġetti għall-faqar enerġetiku u l-unitajiet domestiċi soġġetti għal dilemma ta' inċentivi opposti għar-rinnovazzjonijiet kif ukoll abitazzjonijiet b'aktar minn familja waħda li jiffaċċjaw sfidi biex iwettqu rinnovazzjonijiet, filwaqt li titqies l-affordabilità;

(f) politiki u azzjonijiet li jimmiraw il-bini pubbliku kollu, inkluża l-akkomodazzjoni soċjali;

(g) politiki u azzjonijiet li għandhom l-għan li jħaffu t-tranżizzjoni teknoloġika lejn binjiet u komunitajiet intelliġenti u konnessi sew, kif ukoll l-użu ta' netwerks b'kapaċità kbira ħafna;

(h) ħarsa ġenerali lejn l-inizjattivi nazzjonali biex ikunu promossi ħiliet u edukazzjoni fis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija kif ukoll l-edukazzjoni kemm f'elementi passivi kif ukoll f'teknoloġiji intelliġenti;

(i) perspettiva li tħares 'il quddiem biex tiggwida deċiżjonijiet ta' investiment tal-individwi, tal-industrija tal-bini, tal-istituzzjonijiet pubbliċi inklużi l-muniċipalitajiet, il-kooperattivi tad-djar u l-istituzzjonijiet finanzjarji;

(j) stima bbażata fuq l-evidenza tal-iffrankar ta' enerġija u l-benefiċċji usa' mistennija, bħal dawk marbuta mas-saħħa, is-sikurezza u l-kwalità tal-arja.

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-

RR\1137448MT.docx 27/110 PE603.067v01-00

MT

Page 28: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

istrateġiji tar-rinnovazzjoni fuq terminu twil tal-Istati Membri għandhom ikunu appoġġjati minn pjattaformi strutturati u permanenti tal-partijiet interessati, inklużi rappreżentanti mill-komunitajiet lokali u reġjonali, rappreżentanti tad-djalogu soċjali inklużi l-impjegati, dawk li jħaddmu, l-SMEs u s-settur tal-kostruzzjoni, kif ukoll rappreżentanti tal-minoranzi.

__________________16 ĠU L 315, 14.11.2012, p. 13

Emenda 44

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

Fl-istrateġija dwar ir-rinnovazzjoni fit-tul tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan direzzjonali bi stadji importanti u miżuri ċari biex iwettqu l-għan fit-tul tal-2050 li jiddekarbonizzaw l-istokk tal-bini nazzjonali tagħhom bi stadji importanti speċifiċi għall-2030.

Fl-istrateġiji dwar ir-rinnovazzjoni fit-tul tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan direzzjonali bi stadji importanti u azzjonijiet ċari biex iwettqu l-għan fit-tul tal-2050 li jiġi żgurat stokk tal-bini nazzjonali effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat bi stadji importanti speċifiċi għall-2030 u l-2040 kif ukoll indikaturi tal-progress li jistgħu jitkejlu.

Emenda 45

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

Fl-istrateġiji tagħhom dwar ir-rinnovazzjoni fit-tul, l-Istati Membri

PE603.067v01-00 28/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 29: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

għandhom jispeċifikaw kif l-istadji importanti tagħhom jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira/i ta' effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni sal-2030 ta' [X %], b'konformità mad-Direttiva 2012/27/UE kif emendata mid-Direttiva .../2018/UE [COD 2016/0376], u l-mira tal-Unjoni li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu b'bejn 80 u 95 % sal-2050.

Emenda 46

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

Barra minn hekk, l-istrateġija dwar ir-rinnovazzjoni fit-tul għandha tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku.

Barra minn hekk, l-istrateġiji dwar ir-rinnovazzjoni fit-tul għandhom jiddeskrivu l-azzjonijiet rilevanti li jikkontribwixxu sabiex jittaffa l-faqar enerġetiku filwaqt li jiġi appoġġjat aċċess ugwali għall-għodod ta' finanzjament għar-rinnovazzjonijiet għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-familji vulnerabbli.

Emenda 47

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3. Bħala gwida għad-deċiżjonijiet ta' investiment kif imsemmi fil-punt (d) fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jintroduċu mekkaniżmi:

3. Biex ikunu jistgħu jsiru deċiżjonijiet ta' investiment kif ukoll bħala gwida għalihom, kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jintroduċu jew isostnu mekkaniżmi:

(a) għall-aggregazzjoni ta' proġetti biex jagħmluha aktar faċli għall-investituri li jiffinanzjaw ir-rinnovazzjonijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) fil-paragrafu 1;

(a) għall-aggregazzjoni ta' proġetti, inklużi minn pjattaformi ta' investiment, biex jagħmluha aktar faċli għall-investituri li jiffinanzjaw ir-rinnovazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1;

(b) għat-tneħħija ta' riskji mill- (b) għat-tnaqqis tar-riskju perċepit tal-

RR\1137448MT.docx 29/110 PE603.067v01-00

MT

Page 30: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

operazzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija għall-investituri u għas-settur privat; kif ukoll

operazzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija għall-investituri u għas-settur privat, pereżempju billi l-fattur għall-kollateral mar-rinnovazzjonijiet ċertifikati ta' effiċjenza fl-enerġija jkun soġġett għal ponderazzjoni ta' riskju aktar baxx fir-rekwiżiti tal-kapital;

(c) għall-użu tal-finanzi pubbliċi biex jiksbu investiment addizzjonali mis-settur privat jew jindirizzaw nuqqasijiet speċifiċi tas-suq.

(c) għall-użu tal-finanzi pubbliċi biex jiksbu investiment addizzjonali mis-settur privat, inkluż fi ħdan il-qafas tal-Inizjattiva ta' Finanzjament Intelliġenti għal Bini Intelliġenti, jew jindirizzaw nuqqasijiet speċifiċi tas-suq;

(ca) f'konformità mal-gwida u l-kjarifiki attwali tal-Eurostat fil-qafas tal-ESA 2010, l-orjentazzjoni tal-investimenti lejn stokk tal-bini pubbliku effiċjenti fl-użu tal-enerġija u l-kjarifika dwar l-interpretazzjoni tar-regoli tal-kontabbiltà, biex jappoġġjaw approċċ olistiku għall-investimenti tal-awtoritajiet pubbliċi;

(cb) għall-appoġġ għal għajnuna għall-iżvilupp tal-proġetti kif ukoll il-faċilitazzjoni tal-aggregazzjoni ta' intrapriżi ta' daqs żgħir u medju fi gruppi u konsorzji sabiex jippermettu soluzzjonijiet f'pakkett għall-klijenti potenzjali; kif ukoll

(cc) għat-twaqqif ta' għodod ta' konsulenza aċċessibbli u trasparenti, bħal punti uniċi ta' servizz għall-konsumaturi u servizzi ta' konsulenza dwar l-enerġija li jagħtu informazzjoni dwar rinnovazzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija u strumenti finanzjarji disponibbli għal rinnovazzjonijiet fil-bini li jkun effiċjenti fl-enerġija.

Emenda 48

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b Direttiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 3a (ġdid)

PE603.067v01-00 30/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 31: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3a. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri abbażi tal-ġbir u t-tixrid tal-aħjar prattiki dwar skemi ta' finanzjament pubbliċi u privati ta' suċċess maħsuba għal rinnovazzjonijiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija, kif ukoll informazzjoni dwar skemi għall-aggregazzjoni ta' proġetti fuq skala żgħira ta' rinnovazzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri rakkomandazzjonijiet dwar inċentivi finanzjarji biex jirrinnovaw mill-perspettiva tal-konsumatur, b'kont meħud tad-differenzi fil-kosteffiċjenza bejn l-Istati Membri;

Emenda 49

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3b. Kull Stat Membru għandu jwettaq konsultazzjoni pubblika li tinkludi l-partijiet interessati kollha, li ddum tal-inqas tliet xhur dwar l-abbozz ta' strateġija ta' rinnovazzjoni fuq terminu twil qabel ma jressaq l-istrateġija ta' rinnovazzjoni fuq terminu twil tiegħu lill-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jippubblika sommarju tar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika tiegħu bħala anness għall-istrateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul tiegħu.

Emenda 50

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

RR\1137448MT.docx 31/110 PE603.067v01-00

MT

Page 32: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Direttiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3c. Kull Stat Membru għandu jinkludi dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' rinnovazzjoni fuq terminu twil tiegħu, inkluż dwar il-politiki u l-azzjonijiet ippjanati, skont l-obbligi tar-rappurtar [l-Artikolu 19(a)] tar-Regolament ... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija (2016/0375(COD) (ir-Regolament dwar il-Governanza), bħala parti mir-rapport ta' progress nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima tiegħu.

Emenda 51

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt aDirettiva 2010/31/UEArtikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(a) fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu jitħassar;

(a) fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Għall-binjiet ġodda, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel ma jibda l-bini, titqies il-vijabilità teknika, ambjentali u ekonomika ta' sistemi alternattivi ta' effiċjenza għolja, jekk din tkun disponibbli."

Emenda 52

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4Direttiva 2010/31/UEArtikolu 7 - paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(4) fl-Artikolu 7, il-ħames subparagrafu jitħassar;

(4) fl-Artikolu 7, il-ħames paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fir-

PE603.067v01-00 32/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 33: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

rigward ta' bini li jkun għaddej minn rinnovazzjoni estensiva, li jiġu meqjusa sistemi alternattivi ta' effiċjenza għolja, safejn dan ikun teknikament, funzjonalment u ekonomikament vijabbli, kif ukoll li tingħata l-attenzjoni dovuta lis-sikurezza min-nirien u li jitħeġġu kundizzjonijiet klimatiċi interni li jkunu tajbin għas-saħħa."

Emenda 53

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aDirettiva 2010/31/UEArtikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(a) fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu jitħassar;

(a) fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-binjiet ġodda jkunu mgħammra bi strumenti awtoregolatorji li jirregolaw il-livelli tat-temperatura ambjentali f'kull kamra partikolari. F'binjiet eżistenti, l-installazzjoni ta' strumenti awtoregolatorji għar-regolar individwali tat-temperatura tal-kamra għandha tkun meħtieġa meta jiġu sostitwiti ġeneraturi tas-sħana."

Emenda 54

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-bini mhux residenzjali ġdid kollu u fil-bini mhux residenzjali eżistenti li qed jiġi rinnovat b'mod estensiv li jkollu aktar minn għaxar spazji ta' parkeġġ, tal-inqas spazju wieħed minn kull għaxra jkun mgħammar b'punt tal-iċċarġjar fit-tifsira tad-Direttiva 2014/94/UE dwar l-

2. L-Istati Membri għandhom jesiġu li fil-bini mhux residenzjali ġdid kollu u fil-bini mhux residenzjali eżistenti b'aktar minn għaxar spazji għall-parkeġġ li qed jiġi rinnovat b'mod estensiv li fih jinkorpora l-infrastruttura elettrika tal-bini jew taż-żona tal-parkeġġ, tal-inqas spazju wieħed ikun mgħammar b'punt ta'

RR\1137448MT.docx 33/110 PE603.067v01-00

MT

Page 34: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi17 u jkun kapaċi jibda u jwaqqaf l-iċċarġjar b'reazzjoni għas-sinjali tal-prezzijiet. Dan ir-rekwiżit għandu japplika għal kull bini mhux residenzjali, b'aktar minn għaxar spazji ta' parkeġġ, mill-1 ta' Jannar 2025.

ċċarġjar u spazju wieħed minn kull għaxra jkun imħejji b'wajers jew tubi minn qabel adegwati, sabiex ikun jista' jiġi installat punt tal-iċċarġjar fit-tifsira tad-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2a. L-Istati Membri għandhom jesiġu l-installazzjoni ta' għadd minimu ta' punti tal-iċċarġjar pubbliċi kollha fil-binjiet pubbliċi u kummerċjali mhux residenzjali kollha b'aktar minn għaxar spazji għall-parkeġġ, sal-1 ta' Jannar 2025.

2b. L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 għall-binjiet b'użu mħallat b'aktar minn għaxar spazji għall-parkeġġ dment li jkunu ġodda jew li tkun qed issirilhom rinnovazzjoni estensiva li tiġbor fiha l-infrastruttura elettrika tal-bini, jew taż-żona tal-parkeġġ.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu jew japplikaw ir-rekwiżiti msemmija fis-subparagrafu preċedenti għal bini li jkun proprjetà ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jew għal bini li jkun okkupat minnhom kif iddefinit fit-Titolu I tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003.

2c. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu jew japplikaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 għal bini li jkun proprjetà ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jew għal bini li jkun okkupat minnhom kif iddefinit fit-Titolu I tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003.

__________________ __________________17 ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1

Emenda 55

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżurgaw li fil-bini residenzjali mibni ġdid u fil-bini li qed jiġi rinnovat b'mod estensiv, li jkollhom aktar minn għaxar

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-bini residenzjali ġdid u fil-bini li qed jiġi rinnovat b'mod estensiv fir-rigward tal-infrastruttura elettrika tal-bini

PE603.067v01-00 34/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 35: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

spazji ta' parkeġġ, jingħaddew il-wajers li jippermettu l-installazzjoni tal-punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi għal kull spazju ta' parkeġġ.

jew taż-żona tal-parkeġġ fil-bini jew maġenbu, li jkollhom aktar minn għaxar spazji ta' parkeġġ, jingħaddew il-wajers jew it-tubi adegwati li jippermettu l-installazzjoni tal-punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi għal kull spazju ta' parkeġġ.

Emenda 56

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

4. L-Istati membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux jew li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 fil-bini pubbliku li diġà huwa kopert bid-Direttiva 2014/94/UE.";

4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux jew li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 fil-bini pubbliku sakemm huwa jkun diġà kopert b'rekwiżiti komparabbli għall-miżuri li jittrasponu d-Direttiva 2014/94/UE.

Emenda 57

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 8 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żoni ta' parkeġġ użati minn entitajiet privati jkunu suġġetti għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3.

Emenda 58

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 8 – paragrafu 4b (ġdid)

RR\1137448MT.docx 35/110 PE603.067v01-00

MT

Page 36: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

4b. L-Istati Membri għandhom jindirizzaw l-ostakoli regolatorji u għandhom jiżguraw li jkun hemm proċeduri sempliċi ta' approvazzjoni u awtorizzazzjoni għas-sidien u l-kerrejja biex jippermettu t-tqegħid ta' punti ta' ċċarġjar f'bini residenzjali u dak mhux residenzjali eżistenti.

Emenda 59

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 8 – paragrafu 4c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

4c. Minbarra r-rekwiżiti tal-infrastruttura tal-elettromobbiltà, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa ta' infrastruttura għall-fjuwils alternattivi fil-binjiet u l-użu ta' infrastrutturi ddedikati, bħal kurituri tal-elettromobbiltà, kif ukoll il-ħtieġa ta' politiki koerenti għall-mobbiltà ratba u ekoloġika, il-multimodalità u l-ippjanar urban.

Emenda 60

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt cDirettiva 2010/31/UEArtikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tiġi installata, sostitwita jew imtejba sistema teknika użata fil-bini, ir-rendiment globali fl-użu tal-enerġija tas-sistema kompluta mibdula, jiġi vvalutat, dokumentat u mgħoddi lil sid il-bini sabiex jibqa' disponibbli għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti skont il-paragrafu 1 u l-ħruġ ta' ċertifikati

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tiġi installata, sostitwita jew imtejba sistema teknika użata fil-bini, ir-rendiment globali fl-użu tal-enerġija tas-sistema kompluta mibdula, jiġi vvalutat f'kundizzjonijiet kemm ta' tagħbija sħiħa kif ukoll parzjali u, fejn ikun rilevanti, jiġi vvalutat ukoll l-impatt fuq il-kwalità tal-arja interna. Ir-riżultati għandhom jiġu

PE603.067v01-00 36/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 37: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

ter-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni tiġi inkluża fil-bażi tad-dejta nazzjonali taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 18(3).

dokumentati u mgħoddija lil sid il-bini sabiex jibqa' disponibbli għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti skont il-paragrafu 1 u l-ħruġ ta' ċertifikati tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni tiġi inkluża fil-bażi tad-dejta nazzjonali taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 18(3).

Emenda 61

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt cDirettiva 2010/31/UEArtikolu 8 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 li jissupplimenta din id-Direttiva permezz ta' definizzjoni ta' "indikatur tal-intelliġenza", u bil-kundizzjonijiet li skonthom "l-indikatur tal-intelliġenza" jkun provdut bħala informazzjoni addizzjonali lil kerrejja jew xerrejja prospettivi ġodda.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi definizzjoni ta' "indikatur tal-intelliġenza", wara li tikkonsulta mal-partijiet interessati rilevanti, u fuq il-bażi tad-disinn u tal-metodoloġija deskritti stabbiliti fl-Anness Ia. Id-definizzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar kif l-indikatur jista' jiġi introdott wara fażi ta' prova, kif l-indikatur ikun konness maċ-ċertifikati tar-rendiment tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 11 u kif dan jista' jkun provdut bħala informazzjoni addizzjonali u sinifikanti lil investituri, kerrejja, xerrejja u parteċipanti fis-suq prospettivi ġodda.

Emenda 62

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt cDirettiva 2010/31/UEArtikolu 8 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

RR\1137448MT.docx 37/110 PE603.067v01-00

MT

Page 38: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

L-indikatur intelliġenti għandu jkopri l-karatteristiċi tal-flessibbiltà, il-funzjonalitajiet u l-kapaċitajiet imtejba li jirriżultaw minn apparat intelliġenti aktar interkonness u integrat li jiġi integrat fis-sistemi tekniċi konvenzjonali użati fil-bini. Dawn il-karatteristiċi għandhom isaħħu l-kapaċità talokkupanti u tal-bini nnifsu li jirreaġixxu għar-rekwiżiti tal-kumdità jew operazzjonali, jieħdu sehem fir-rispons għad-domanda, u jikkontribwixxu għall-operazzjoni ottima, bla xkiel u sikura tas-sistemi tal-enerġija varji u l-infrastrutturi distrettwali li magħhom huwa marbut il-bini.

L-indikatur intelliġenti għandu jkopri ffrankar tal-enerġija msaħħaħ, l-iffissar ta' punti ta' riferiment u l-karatteristiċi tal-flessibbiltà, il-funzjonalitajiet u l-kapaċitajiet imtejba li jirriżultaw minn apparat intelliġenti aktar interkonness u inkorporat li jiġi integrat fis-sistemi tekniċi konvenzjonali użati fil-bini. Dawn il-karatteristiċi għandhom isaħħu l-kapaċità tal-okkupanti u tal-bini nnifsu li jirreaġixxu għar-rekwiżiti tal-kumdità jew operazzjonali, partikolarment b'tagħbija parzjali, inkluż billi jiġi adattat il-konsum tal-enerġija, biex jieħdu sehem fir-rispons għad-domanda, u jikkontribwixxu għall-operazzjoni ottima, effiċjenti, bla xkiel u sikura tas-sistemi tal-enerġija varji, inkluża l-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post, u l-infrastrutturi distrettwali li magħhom huwa marbut il-bini.;

Emenda 63

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt aDirettiva 2010/31/UEArtikolu 10 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

6. L-Istati Membri għandhom jorbtu l-miżuri finanzjarji għat-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija fir-rinnovazzjoni tal-bini mal-iffrankar tal-enerġija miksub bis-saħħa ta' din ir-rinnovazzjoni. Dan l-iffrankar għandu jiġi ddeterminat bit-tqabbil taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġa qabel jew wara r-rinnovazzjoni.

6. L-Istati Membri għandhom jorbtu l-miżuri finanzjarji għat-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija fir-rinnovazzjoni tal-bini mal-iffrankar tal-enerġija miksub bis-saħħa ta' din ir-rinnovazzjoni. Dan l-iffrankar għandu, meta dan ikun proporzjonat għall-volum tar-rinnovazzjoni, jiġi ddeterminat b'awditu dwar l-enerġija jew bit-tqabbil taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġa qabel jew wara r-rinnovazzjoni, jew bl-użu ta' valuri standard għall-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija f'binjiet jew għal metodoloġija trasparenti, simili rilevanti, għad-

PE603.067v01-00 38/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 39: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

dokumentazzjoni.

Emenda 64

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 10 – paragrafu 6a

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

6a. Meta l-Istati Membri jistabbilixxu bażi tad-dejta għar-reġistrazzjoni tal-EPCs din għandha tippermetti t-traċċar tal-konsum reali tal-enerġija tal-bini kopert, irrispettivament mid-daqs u mill-kategorija tagħhom. Il-bażi tad-dejta għandu jkollha dejta dwar il-konsum reali tal-enerġija ta' bini viżitat b'mod frekwenti mill-pubbliku b'superfiċje utli ta' aktar minn 250 m² li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari.

6a. Meta l-Istati Membri jistabbilixxu bażi tad-dejta jew jużaw bażi tad-dejta eżistenti għar-reġistrazzjoni tal-EPCs din għandha tippermetti t-traċċar tal-konsum reali tal-enerġija tal-bini kopert, irrispettivament mid-daqs u mill-kategorija tagħhom. Il-bażi tad-dejta għandu jkollha dejta dwar il-konsum tal-enerġija ta' binjiet li huma proprjetà ta' awtoritajiet pubbliċi, jew li jkunu ġestiti u okkupati minnhom b'superfiċje utli ta' aktar minn 250 m² li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari.

Emenda 65

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 10 – paragrafu 6b

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

6b. Dejta anonima aggregata li tkun konformi mar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-UE, fuq talba għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni , tal-inqas għall-awtoritajiet pubbliċi għal finijiet ta' statistika u ta' riċerka.";

6b. Dejta anonima aggregata li tkun konformi mar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-UE, fuq talba għandha titpoġġa għad-dispożizzjoni , tal-inqas għall-awtoritajiet pubbliċi għal finijiet ta' statistika u ta' riċerka u s-settijiet tad-dejta sħaħ għandhom ikunu disponibbli għas-sid tal-bini.";

Emenda 66

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt aDirettiva 2010/31/UEArtikolu 14 – paragrafu 1

RR\1137448MT.docx 39/110 PE603.067v01-00

MT

Page 40: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-miżuri neċessarji biex tkun stabbilita spezzjoni regolari tal-partijiet aċċessibbli tas-sistemi li jintużaw għat-tisħin tal-bini, bħall-ġeneratur tas-sħana, is-sistema ta' kontroll u l-pompi għaċ-ċirkolazzjoni għal bini mhux residenzjali b'użu totali ta' enerġija primarja ta' aktar minn 250MWh u għal bini residenzjali b'sistemi tekniċi ċentralizzati użati fil-bini ta' output nominali effettiv kumulattiv ta' aktar minn 100 kW. Dik l-ispezzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effiċjenza tal-bojler u d-daqs tal-bojler imqabbel mar-rekwiżiti tat-tisħin tal-bini. Mhux meħtieġ li terġa' ssir il-valutazzjoni tad-daqs tal-bojler sakemm ma tkun saret ebda bidla għal din is-sistema ta' tisħin jew fir-rigward tar-rekwiżiti ta' tisħin tal-bini sadanittant;

1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-miżuri neċessarji biex jistabbilixxu spezzjoni regolari tal-partijiet aċċessibbli tas-sistemi li jintużaw għat-tisħin tal-bini, bħall-ġeneratur tas-sħana, is-sistema ta' kontroll u l-pompi għaċ-ċirkolazzjoni għal bini mhux residenzjali b'użu totali ta' enerġija primarja ta' aktar minn 250MWh u għal bini residenzjali b'sistemi tekniċi tal-bini għall-finijiet ta' tisħin tal-ispazju u tal-ilma domestiku ta' output nominali effettiv kumulattiv ta' aktar minn 70 kW. Dik l-ispezzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effiċjenza tal-ġeneratur tat-tisħin b'tagħbija sħiħa u b'tagħbija parzjali, u d-daqs tal-ġeneratur tat-tisħin imqabbel mar-rekwiżiti tat-tisħin tal-bini. Mhux meħtieġ li terġa' ssir il-valutazzjoni tad-daqs tal-ġeneratur tat-tisħin sakemm sadanittant ma tkun saret ebda bidla għal din is-sistema ta' tisħin jew fir-rigward tar-rekwiżiti ta' tisħin tal-bini.

Emenda 67

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 14 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

"2. Bħala alternattiva għall-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti biex jiżguraw li bini mhux residenzjali li b'użu ta' enerġija primarja totali ta' aktar minn 250 MWh fis-sena jiġi mgħammar b'sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini. Dawn is-sistemi għandhom ikunu kapaċi:

2. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li bini kbir mhux residenzjali b'użu ta' enerġija primarja totali ta' aktar minn 250 MWh fis-sena jiġi mgħammar b'sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini sal-2023. Dawn is-sistemi għandhom ikunu kapaċi:

PE603.067v01-00 40/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 41: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Emenda 68

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 14 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(a) b'mod kontinwu jimmonitorjaw, janalizzaw u jaġġustaw l-użu tal-enerġija;

(a) b'mod kontinwu jimmonitorjaw, jilloggjaw, janalizzaw, jaġġustaw l-użu tal-enerġija biex jiġi ottimizzat ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija f'kundizzjonijiet ta' tagħbija sħiħa u ta' tagħbija parzjali;

Emenda 69

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 14 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3. Bħala alternattiva għall-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti li jiżguraw li l-bini residenzjali b'sistemi tekniċi ċentralizzati użati fil-bini ta' output nominali effettiv kumulattiv ta' aktar minn 100 kW ikun mgħammar:

3. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-bini residenzjali b'sistemi tekniċi użati fil-bini għall-finijiet ta' tisħin tal-ispazju u tal-ilma domestiku ta' output nominali effettiv kumulattiv għal finijiet tat-tisħin tal-ispazju ta' aktar minn 70 kW ikun mgħammar:

Emenda 70

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 14 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(a) b'monitoraġġ elettroniku kontinwu li jkejjel l-effiċjenza tas-sistema u jinformaw lis-sidien jew lill-maniġers tal-bini meta tkun naqset b'mod sinifikanti u meta jkun meħtieġ is-servisjar tas-sistema, u

(a) b'funzjonalità ta' monitoraġġ elettroniku kontinwu li jkejjel l-effiċjenza tas-sistema u jinforma lis-sidien jew lill-maniġers tal-bini meta din tkun naqset b'mod sinifikanti u meta jkun meħtieġ is-servisjar tas-sistema, u

RR\1137448MT.docx 41/110 PE603.067v01-00

MT

Page 42: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Emenda 71

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 14 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(b) b'funzjonalitajiet effettivi ta' kontroll biex jiżguraw il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, u l-użu ottimi tal-enerġija.";

(b) b'funzjonalitajiet effettivi ta' kontroll biex jiżguraw il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-użu ottimi tal-enerġija kemm f'kundizzjonijiet ta' tagħbija sħiħa kif ukoll parzjali, inkluż bilanċjar idroniku.";

Emenda 72

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3a. Binjiet li jikkonformaw mal-paragrafu 2 jew 3 għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1.

Emenda 73

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 14 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3b. Is-sistemi tekniċi tal-bini espliċitament koperti minn kriterju miftiehem dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija jew ftehim kuntrattwali li jispeċifika livell miftiehem ta' titjib ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija, bħall-ikkuntrattar tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija kif definit fil-punt (27) tal-

PE603.067v01-00 42/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 43: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE, jew li huma mħaddma minn operaturi ta' utilità jew ta' netwerk u li għalhekk huma soġġetti għal miżuri ta' monitoraġġ tar-rendiment min-naħa tas-sistema, għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti mniżżla fil-paragrafu 1.

Emenda 74

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt aDirettiva 2010/31/UEArtikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri xierqa neċessarji biex tkun stabbilita spezzjoni regolari tal-partijiet aċċessibbli tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata għal bini mhux residenzjali b'użu totali ta' enerġija primarja ta' aktar minn 250MWh u għal bini residenzjali b'sistemi tekniċi ċentralizzati użati fil-bini ta' output nominali effettiv kumulattiv ta' aktar minn 100 kW. L-ispezzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effiċjenza tal-arja kkondizzjonata u tad-daqs komparati mar-rekwiżiti għat-tkessiħ tal-bini. Mhux meħtieġ li terġa' ssir il-valutazzjoni tad-daqs sakemm ma tkun saret ebda bidla għal din is-sistema ta' arja kkondizzjonata jew fir-rigward tar-rekwiżiti ta' tkessiħ tal-bini sadanittant.

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri neċessarji biex tkun stabbilita spezzjoni regolari tal-partijiet aċċessibbli tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata u tal-ventilazzjoni għal bini mhux residenzjali b'użu totali ta' enerġija primarja ta' aktar minn 250MWh u għal bini residenzjali b'sistemi tekniċi ċentralizzati użati fil-bini għall-arja kkundizzjonata u l-ventilazzjoni ta' output nominali effettiv kumulattiv ta' aktar minn 12-il kW. L-ispezzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effiċjenza tal-arja kkondizzjonata u tal-ventilazzjoni, b'tagħbija sħiħa jew b'tagħbija parzjali, u tad-daqs komparati mar-rekwiżiti għat-tkessiħ tal-bini. Mhux meħtieġ li terġa' ssir il-valutazzjoni tad-daqs sakemm ma tkun saret ebda bidla għal din is-sistema ta' arja kkondizzjonata jew tal-ventilazzjoni jew fir-rigward tar-rekwiżiti ta' tkessiħ tal-bini sadanittant.

L-Istati Membri jistgħu jistipulaw frekwenzi differenti tal-ispezzjonijiet skont it-tip u l-output nominali effettiv tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata, filwaqt li jittieħed kont tal-ispejjeż tal-ispezzjoni tas-sistemi u l-istima ta' ffrankar fl-ispejjeż għall-enerġija li jista' jirriżulta mill-ispezzjoni.

RR\1137448MT.docx 43/110 PE603.067v01-00

MT

Page 44: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Emenda 75

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 15 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

2. Bħala alternattiva għall-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti biex jiżguraw li bini mhux residenzjali li b'użu ta' enerġija primarja totali ta' aktar minn 250 MWh fis-sena jiġi mgħammar b'sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini. Dawn is-sistemi għandhom ikunu kapaċi:

2. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li bini kbir mhux residenzjali b'użu ta' enerġija primarja totali ta' aktar minn 250 MWh fis-sena jiġi mgħammar b'sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini sal-2023. Dawn is-sistemi għandhom ikunu kapaċi:

Emenda 76

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 15 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(a) b'mod kontinwu jimmonitorjaw, janalizzaw u jaġġustaw l-użu tal-enerġija;

(a) b'mod kontinwu jimmonitorjaw, janalizzaw, jilloggjaw u jaġġustaw l-użu tal-enerġija biex jiġi ottimizzat ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija f'kundizzjonijiet ta' tagħbija sħiħa u ta' tagħbija parzjali;

Emenda 77

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3. Bħala alternattiva għall-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti li jiżguraw li l-bini residenzjali b'sistemi tekniċi ċentralizzati użati fil-bini ta' output nominali effettiv kumulattiv ta' aktar minn 100 kW

3. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-bini residenzjali b'sistemi tekniċi użati fil-bini ta' output nominali effettiv kumulattiv għall-arja kkundizzjonata jew għall-ventilazzjoni ta' aktar minn 12-il kW ikun mgħammar:

PE603.067v01-00 44/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 45: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

(a) b'monitoraġġ elettroniku kontinwu li jkejjel l-effiċjenza tas-sistema u jinformaw lis-sidien jew lill-maniġers tal-bini meta tkun naqset b'mod sinifikanti u meta jkun meħtieġ is-servisjar tas-sistema, u

(a) b'funzjonalità ta' monitoraġġ elettroniku kontinwu li jkejjel l-effiċjenza tas-sistema u jinforma lis-sidien jew lill-maniġers tal-bini meta din tkun naqset b'mod sinifikanti u meta jkun meħtieġ is-servisjar tas-sistema, u

(b) b'funzjonalitajiet effettivi ta' kontroll biex jiżguraw il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, u l-użu ottimi tal-enerġija.

(b) b'funzjonalitajiet effettivi ta' kontroll biex jiżguraw il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin u l-użu ottimi tal-enerġija kemm f'kundizzjonijiet ta' tagħbija sħiħa kif ukoll parzjali.

Emenda 78

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3a. Binjiet li jikkonformaw mal-paragrafu 2 jew 3 għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1.

Emenda 79

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 15 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3b. Is-sistemi tekniċi tal-bini espliċitament koperti minn kriterju miftiehem dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija jew ftehim kuntrattwali li jispeċifika livell miftiehem ta' titjib ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija, bħall-ikkuntrattar tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE, jew li huma mħaddma minn operaturi ta' utilità jew ta' netwerk u li għalhekk huma suġġetti għal miżuri ta' monitoraġġ tar-rendiment min-naħa tas-sistema, għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti

RR\1137448MT.docx 45/110 PE603.067v01-00

MT

Page 46: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

mniżżla fil-paragrafu 1.

Emenda 80

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(9) fl-Artikolu 19, "2017" tiġi sostitwita b'"2028";

(9) fl-Artikolu 19, "2017" hija sostitwita b'"2024";

Emenda 81

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)Direttiva 2010/31/UEArtikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(9a) Fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikulari, tivvaluta l-ħtieġa għal aktar armonizzazzjoni taċ-ċertifikati ta' rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 11."

Emenda 82

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)Direttiva 2010/31/UEArtikolu 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

9b. Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 19a

Il-Kummissjoni għandha, qabel l-2020, tikkonkludi studju tal-fattibilità, li jiċċara l-possibilitajiet u l-kalendarju għall-introduzzjoni ta' passaport ta'

PE603.067v01-00 46/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 47: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

rinnovazzjoni tal-bini, potenzjalment bħala parti mit-taqsima tar-rakkomandazzjonijiet taċ-ċertifikati ta' rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, sabiex ikun ipprovdut pjan direzzjonali fuq terminu twil u b'pass wara pass, ta' rinnovazzjoni għal binja speċifika."

Emenda 83

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10Direttiva 2010/31/UEArtikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

L-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jipprovdu informazzjoni lis-sidien u lill-okkupanti tal-bini dwar iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, l-iskop u l-għanijiet tagħhom, dwar modi kosteffikaċi għat-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u, fejn xieraq, dwar l-istrumenti finanzjarji disponibbli biex jitjieb ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.

L-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jipprovdu informazzjoni permezz ta' għodod ta' konsulenza indipendenti, aċċessibbli u trasparenti bħal punti uniċi ta' servizz lis-sidien, il-maniġers u l-inkwilini tal-bini dwar il-miżuri kosteffikaċi għat-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, inkluż permezz ta' pariri dwar ir-rinnovazzjoni, dwar iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, l-iskop u l-għanijiet tagħhom, dwar is-sostituzzjoni tal-bojlers tal-fjuwils fossili b'alternattivi aktar sostenibbli u dwar l-istrumenti finanzjarji disponibbli biex jitjieb ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.

Emenda 84

Proposta għal direttivaAnness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt aDirettiva 2010/31/UEAnness I – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

"1. Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija għandu jirrifletti l-użu tipiku tal-enerġija tiegħu għat-tisħin, għat-tkessiħ, għall-ilma sħun domestiku, għall-ventilazzjoni u għad-dawl.

"1. Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija għandu jirrifletti b'mod trasparenti l-użu tipiku tal-enerġija tiegħu għat-tisħin, għat-tkessiħ, għall-ilma sħun domestiku, għall-ventilazzjoni, għad-dawl

RR\1137448MT.docx 47/110 PE603.067v01-00

MT

Page 48: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

u sistemi tekniċi tal-bini oħrajn.

Ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ta' bini għandu jkun espress b'indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja f'kWh/(m².y), li jkun armonizzat għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u tal-konformità mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Ir-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-metodoloġija applikata għad-determinazzjoni tiegħu għandhom ikunu trasparenti u miftuħin għall-innovazzjoni.

Ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ta' bini għandu jkun espress b'indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja f'kWh/(m².y), li jkun armonizzat għall-finijiet taċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u tal-konformità mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Il-metodoloġija applikata għad-determinazzjoni tiegħu għandha tkun trasparenti u miftuħa għall-innovazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-metodoloġija tal-kalkolu nazzjonali tagħhom skont il-qafas tal-anness nazzjonali tal-istandards Ewropej relatati żviluppat skont il-Mandat M/480 mogħti mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN);

L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-metodoloġija tal-kalkolu nazzjonali tagħhom, billi jqisu t-terminoloġija u d-definizzjonijiet fl-anness nazzjonali tal-istandards Ewropej relatati żviluppat skont il-Mandat M/480 mogħti mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN). "2.

Emenda 85

Proposta għal direttivaAnness I – paragrafu 1 – punt bDirettiva 2010/31/UEAnness I – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

"2. Il-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tisħin tal-post, għat-tkessiħ tal-post, għall-ilma sħun domestiku u għal ventilazzjoni adegwata għandhom jiġu kkalkulati sabiex ikunu żgurati livelli minimi tas-saħħa u tal-kumdità definiti mill-Istati Membri.

"2. Il-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tisħin tal-post, għat-tkessiħ tal-post, għall-ilma sħun domestiku, għad-dawl u għal ventilazzjoni u sistemi tekniċi oħrajn tal-bini għandhom jiġu kkalkulati sabiex ikunu massimizzati l-livelli tas-saħħa, tal-kwalita tal-arja interna u tal-kumdità definiti mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew reġjonali. B'mod partikulari, it-temperatura fuq kwalunkwe superfiċje fuq ġewwa tal-bini m'għandhiex taqa' taħt it-temperatura tal-punt tan-nida.

Il-kalkolu tal-enerġija primarja għandu jkun ibbażat fuq fatturi tal-enerġija primarja għal kull trasportatur tal-enerġija,

Il-kalkolu tal-enerġija primarja għandu jkun ibbażat fuq fatturi tal-enerġija primarja għal kull trasportatur tal-enerġija,

PE603.067v01-00 48/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 49: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

li jistgħu jkunu bbażati fuq medji nazzjonali jew reġjonali annwali ppeżati jew fuq informazzjoni aktar speċifika li titqiegħed għad-dispożizzjoni tas-sistema individwali distrettwali.

li jistgħu jkunu bbażati fuq medji nazzjonali jew reġjonali annwali, u possibilment anki staġjonali jew kull xahar ppeżati jew fuq informazzjoni aktar speċifika li titqiegħed għad-dispożizzjoni tas-sistema individwali distrettwali.

Il-fatturi tal-enerġija primarja għandhom jiskontaw is-sehem tal-enerġija rinnovabbli tat-trasportaturi tal-enerġija ħalli l-kalkoli jittrattaw indaqs: (a) l-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli li tiġi ġġenerata fil-post (wara kull arloġġ indiviwali, jiġifieri li ma titqiesx bħala enerġija fornuta), u (b) l-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli fornuta mit-trasportatur tal-enerġija.';

Il-kalkoli mill-Istati Membri għandhom l-ewwel jikkunsidraw il-ħtiġijiet enerġetiċi u, sussegwentement, jikkunsidraw indaqs: (a) l-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli li tiġi ġġenerata u użata fil-post (wara kull miter individwali, jiġifieri li ma titqiesx bħala enerġija fornuta), u (b) l-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli fornuta mit-trasportatur tal-enerġija.

L-applikazzjoni ta' fatturi tal-enerġija primarja għandha tiżgura li jkun segwit ir-rendiment ottimali fl-użu tal-enerġija fil-bini, u b'hekk tiġi appoġġjata wkoll l-implimentazzjoni nazzjonali tar-rekwiżiti tal-Artikolu 9."

Emenda 86

Proposta għal direttivaAnness I – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)Direttiva 2010/31/UEAnness Ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

1a. Jiddaħħal l-anness li ġej:

"ANNESS Ia

Il-metodoloġija qafas ġenerali komuni għad-definizzjoni ta' "indikatur intelliġenti" għall-bini kif imsemmi fl-Artikolu 8(6)

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodoloġija qafas ġenerali komuni biex tiddetermina l-valur tal-indikatur intelliġenti, b'hekk tikklassifika l-kapaċità ta' bini jew unità ta' bini biex tadatta l-operat tagħha għall-ħtiġijiet tal-okkupant u l-grilja u biex ittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u r-

RR\1137448MT.docx 49/110 PE603.067v01-00

MT

Page 50: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

rendiment ġenerali.

Il-metodoloġija għandha tqis għadd ta' karatteristiċi inklużi miters intelliġenti, sistemi ta' awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini, termostati intelliġenti, apparat domestiku built-in, punti ta' ċċarġjar għall-vetturi elettriċi, ħżin tal-enerġija u funzjonalitajiet dettaljati u l-interoperabbiltà ta' dawn il-karatteristiċi. Dawk l-impatti għandhom ikunu vvalutati għal benefiċċji potenzjali tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-livelli ta' rendiment, kif ukoll tal-flessibbiltà possibbli, ta' kundizzjonijiet klimatiċi interni u ta' kumdità għall-bini jew l-unità tal-bini rilevanti.

2. L-indikatur intelliġenti għandu jkun determinat u kkalkulat skont tliet funzjonalitajiet ewlenin relatati mal-bini u s-sistemi tekniċi tal-bini tiegħu:

(a) il-kapaċità li jżomm, b'mod effiċjenti, rendiment u operat għoli tal-bini permezz ta' tnaqqis tad-domanda għall-enerġija u użu akbar ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli (elettriku u sħana), inkluża l-kapaċità tal-bini li jiġġestixxi d-domanda tiegħu stess jew ta' ġeneratur fil-post li jiġġestixxi mill-ġdid ir-riżorsi tiegħu stess;

(b) il-kapaċità li jadatta l-mod ta' tħaddim tiegħu bħala rispons għall-ħtiġijiet tal-okkupant billi jiżgura standards għoljin ta' saħħa u kundizzjonijiet klimatiċi interni, filwaqt li jagħti attenzjoni għad-disponibbiltà ta' displays faċli għall-utent u kontrollabbiltà remota u rapportar tal-kwalità tal-arja u l-użu tal-enerġija; kif ukoll

(c) il-flessibbiltà tad-domanda tal-elettriku globali ta' bini, inkluża l-abilità tiegħu li jippermetti l-parteċipazzjoni f'rispons għad-domanda attiv u passiv kif ukoll impliċitu u espliċitu, li għandha titkejjel f'termini ta' kemm it-tagħbija tal-bini tista' tinqaleb fi kwalunkwe ħin f'termini ta' kW massimu, u l-kapaċità f'termini ta' kWh ta' kemm minn dik il-

PE603.067v01-00 50/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 51: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

flessibbiltà tista' titwassal fil-grilja, inkluż l-irtirar u l-injezzjoni.

Dan jista' jippermetti u jappoġġja l-parteċipazzjoni attiva tal-konsumaturi fis-suq tal-provvista tal-elettriku skont id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Il-metodoloġija qafas għandha tqis l-istandards Ewropej, b'mod partikolari dawk żviluppati skont il-mandat M/480.

3. Il-metodoloġija qafas għandha tiżgura interoperabbiltà sħiħa bejn miters intelliġenti, is-sistemi tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, apparat domestiku built-in, termostati intelliġenti ġewwa l-bini u sensuri tal-kwalità tal-arja interna u ventilazzjonijiet, u tippromwovi l-użu ta' valutazzjoni komparattiva u ta' standards Ewropej inkluża ontoloġija ta' Referenza ta' Tagħmir Intelliġenti. L-indikatur intelliġenti għandu jqis u jistabbilixxi valur għall-ftuħ għal sistemi ta' partijiet terzi, għal infrastruttura bħan-netwerk tat-tisħin distrettwali u tal-elettriku, infrastruttura tal-vetturi elettriċi u aggregaturi tad-domanda u r-risposta, bil-ħsieb li jiżgura kompatibbiltà fil-komunikazzjonijiet, fis-sistemi ta' kontroll u fit-trażmissjoni ta' dejta jew sinjali rilevanti.

4. Il-metodoloġija qafas għandha tinkludi l-proċess tal-ġestjoni tad-dejta f'binja jew lil hinn mill-konfini tal-binja, li jista' jinkludi dejta li toriġina mill-binja nnifisha jew li tasal fil-binja nnifisha jew li jirċeviha l-utent jew l-okkupant. Dan il-proċess għandu jkun ibbażat fuq protokolli li jippermettu skambji ta' messaġġi awtentikati u kriptati bejn l-okkupant u l-prodotti jew it-tagħmir rilevanti fil-bini. B'mod partikolari meta l-ipproċessar tad-dejta personali, bħal dejta li tkun ġejja minn metering jew sub-metering frekwenti u remoti jew ipproċessata minn operaturi ta' grilja intelliġenti, il-prinċipji ta' sjieda tal-

RR\1137448MT.docx 51/110 PE603.067v01-00

MT

Page 52: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

okkupant, il-protezzjoni, il-privatezza u s-sigurtà tad-dejta għandhom jiġu żgurati. Din il-metodoloġija qafas komuni għandha tkopri d-dejta fi żmien reali u d-dejta relatata mal-enerġija li tkun ġejja minn soluzzjonijiet ibbażati fuq il-cloud u għandha tiżgura s-sigurtà tad-dejta, il-qari ta' miters intelliġenti u l-komukazzjonijiet tad-dejta, u l-privatezza tal-klijenti finali, f'konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza, kif ukoll l-aħjar tekniki disponibbli għas-sigurtà ċibernetika.

5. Il-metodoloġija qafas għandha tqis l-influwenza pożittiva ta' netwerks eżistenti ta' komunikazzjoni, b'mod partikolari l-eżistenza ta' infrastruttura fiżika ta' veloċità għolja fil-bini, bħal tikketta volontarja "broadband ready", u l-eżistenza ta' punt ta' aċċess għal bini b'ħafna abitazzjonijiet, skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**.

6. Il-metodoloġija qafas għandha tistabbilixxi l-aktar format xieraq jew rappreżentazzjoni viżwali tal-parametru indikatur tal-intelliġenza u għandha tkun sempliċi, trasparenti u li faċilment tinftiehem għall-konsumaturi, is-sidien, l-investituri, u l-parteċipanti tas-suq tar-rispons tad-domanda. Din għandha tikkomplementa ċ-ċertifikat tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija sa fejn ikun hemm rabta stabbilita mar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.

__________________

* Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

** Id-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta' netwerks tal-komunikazzjoni elettronika b'veloċità

PE603.067v01-00 52/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 53: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

għolja, (ĠU L 155, 23.5.2014, p. 1)."

RR\1137448MT.docx 53/110 PE603.067v01-00

MT

Page 54: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

NOTA SPJEGATTIVA

L-istokk tal-bini tal-Unjoni jikkonsma parti sostanzjali mid-domanda finali tal-enerġija tal-Ewropa, partikolarment fjuwils fossili. Stokk tal-bini aktar effiċjenti għandu potenzjal sinifikanti biex itejjeb is-sigurtà tal-enerġija u jnaqqas l-importazzjonijiet tal-enerġija għall-Ewropa, ibaxxi l-kontijiet tal-enerġija għall-konsumaturi Ewropej, iġib kundizzjonijiet ta' għajxien aktar sani kif ukoll iżid it-tkabbir u l-impjiegi, partikolarment fl-SMEs.

Biex nissodisfaw l-impenji internazzjonali tagħna skont il-ftehim COP21 u biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni stess għal dekarbonizzazzjoni u effiċjenza fl-użu tal-enerġija b'mod kosteffettiv, is-setturi mhux tal-ETS – bħall-bini u t-trasport – iridu jilħqu l-potenzjal tagħhom. Għalhekk tinħtieġ Direttiva ambizzjuża u mħejjija għall-futur dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija biex tiżgura stokk tal-bini Ewropew ferm effiċjenti fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat.

Ippjanar fuq terminu twil u azzjonijiet imsaħħa mill-Istati Membri

Element ewlieni li jiżgura r-rinnovazzjonijiet meħtieġa tal-istokk tal-bini huma strateġiji nazzjonali ta' rinnovazzjoni fuq terminu twil, inklużi fil-pjanijiet nazzjonali dwar il-klima u l-enerġija tar-Regolament ta' Governanza.

Ir-rapporteur jirrakkomanda tisħiħ tar-rekwiżiti għall-kontenut tal-istrateġiji ta' rinnovazzjoni fit-tul, sabiex jitwettqu r-rinnovazzjonijiet meħtieġa partikolarment fl-istokk tal-bini eżistenti. L-Istati Membri jridu, b'kunsiderazzjoni xierqa għas-sussidjarjetà, jiżguraw strateġiji ta' rinnovazzjoni komprensivi u ambizzjużi, li jindikaw azzjonijiet li jimmiraw l-istokk tal-bini li hu l-anqas effiċjenti, jindirizzaw inċentivi opposti, iqisu punti ta' attivazzjoni rilevanti fiċ-ċiklu tal-ħajja ta' bini, jindirizzaw limiti ta' kontabbiltà legali għal investimenti pubbliċi, u jiżguraw aċċess għall-informazzjoni dwar strumenti finanzjarji disponibbli għal rinnovazzjonijiet fl-użu tal-enerġija għall-konsumaturi.

Rekwiżiti tal-elettromobbiltà proporzjonati

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tuża r-reviżjoni tad-Direttiva biex tikkontribwixxi aktar għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport billi tuża l-infrastruttura madwar il-bini biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' infrastruttura tal-elettromobbiltà.

Ir-Rapporteur jissuġġerixxi li r-rekwiżiti tad-Direttiva jiffukaw fuq it-tħejjija ta' wajers u tubi minn qabel, b'hekk jiġi assigurat livell ta' spiża proporzjonat, u li jara li r-rekwiżit ikun biss fuq rinnovazzjonijiet relatati, i.e. infrastruttura elettrika jew spazji ta' parkeġġ, biex ikun assigurat li l-inċentivi ta' rinnovazzjoni ma jkunux ippreġudikati. Barra minn hekk, ir-Rapporteur jinsisti dwar l-importanza tar-rekwiżit fir-rigward ta' bini pubbliku u spazji pubbliċi ta' parkeġġ operati minn entitajiet privati, biex jiżgura li l-awtoritajiet pubbliċi jikkontribwixxu b'mod xieraq.

Regolamentazzjoni aħjar u inċentivi tajba għar-rinnovazzjonijiet

Il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni tinkludi diversi aġġornamenti fuq id-Direttiva eżistenti biex tiżgura inqas piż amministrattiv meta ssir ir-rinnovazzjoni u toffri kundizzjonijiet aħjar biex jitwettqu r-rinnovazzjonijiet tal-enerġija.

PE603.067v01-00 54/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 55: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Ir-Rapporteur jibni fuq dik il-proposta sabiex jiżgura regolamentazzjoni aħjar u inċentivi xierqa biex jitwettqu r-rinnovazzjonijiet tal-enerġija. Is-suġġerimenti jinkludu tisħiħ tal-elementi tal-proposta rigward l-użu ta' awtomatizzazzjoni tal-bini, kjarifika tal-valur tagħhom fihom infushom u kjarifika dwar l-użu tagħhom bħala alternattiva għal spezzjonijiet għal skopijiet ta' simplifikazzjoni. Ir-Rapporteur jindika wkoll kundizzjonijiet speċifiċi, ambitu u skop għad-delega tal-kompetenzi tal-Kummissjoni biex ikun żviluppat indikatur tal-intelliġenza. Ir-Rapporteur barra minn hekk jissuġġerixxi li jiġu ċċarati r-rekwiżiti ta' dokumentazzjoni għall-iffrankar tal-enerġija milħuqa bir-rinnovazzjonijiet biex jiżgura l-proporzjonalità billi jintroduċi għażliet ta' dokumentazzjoni alternattivi sikuri u xierqa, u b'hekk ma jkunux kompromessi l-inċentivi biex jitwettqu r-rinnovazzjonijiet.

Stampa korretta tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini

Il-Kummissjoni tipproponi li l-kalkolu tal-Fatturi tal-Enerġija Primarja għandhom jiskontaw u joffru trattament ugwali lis-sorsi rinnovabbli prodotti fil-post u dawk prodotti mhux fil-post. Il-fatturi tal-enerġija primarja qed jintużaw għall-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fil-bini.

Ir-Rapporteur hu favur li tinżamm ir-referenza għal trattament ugwali tas-sorsi rinnovabbli fuq il-post u mhux fuq il-post, biex jiżgura implimentazzjoni kosteffettiva tas-sorsi rinnovabbli, imma jneħħi r-referenza għal skont obbligatorju minħabba li dan iġib miegħu r-riskju li tiddgħajjef l-istampa korretta tal-konsum attwali tal-enerġija u tar-rendiment tal-bini. Minħabba f'hekk l-inċentivi biex jagħmlu titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jistgħu jkunu kompromessi. Il-kwistjonijiet kollha dwar il-fatturi tal-enerġija primarja jibqgħu regolati mid-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija u d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli.

RR\1137448MT.docx 55/110 PE603.067v01-00

MT

Page 56: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IRĊiEVA KONTRIBUT IR-RAPPORTEUR

OrganizzazzjoniEuropean Building Automation and Controls Association, EU.bacVeluxDanish Energy AssociationRockwoolDG EnergyVeoliaSchöckDONG EnergyEstonian Energy MinistryBuildings Performance Institute Europe, BPIEAFCO WorldwideEuropean Heat Pump Association, EHPAKREABEUFORESConfederation of Danish Industries, DIActive House AllianceEuropean Alliance to Save Energy, EU-ASEEUROPEAN RENEWABLE ENERGIES FEDERATION asblSchneider ElectricEpiCenterEONDanish District Heating Association, DANVAElectric Underfloor Heating AllianceENEL SPAConfederation of Danish EnterprisesNovozymesEuroheat & PowerUNION FRANCAISE DE L’ELECTRICITEBoschAmCham EUThe Danish Construction AssociationDanish Ministry for Climate and EnergyEco Council DenmarkSmart Energy Demand Coalition EUWWFDanish Association of Construction Clients, DACCLocal Government DenmarkEuropean Historic Houses AssociationInternational Union of Property OwnersDirector General of the European Property FederationCouncil of European Municipalities and RegionsOrgalimeCEZ groupEniEuropean Environmental Bureau (EEB)Climate Action Network EuropeEuropean Energy ForumHydrogenEuropeGD4S coalitionEurelectric

PE603.067v01-00 56/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 57: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

SolarPowerEuropeWindEuropeFireSafeEuropeVOEWGSwedish PermRepGreen Building Council DenmarkConfederation of Norwegian EnterpriseREHVAENGIEStatoilE.onFleishman HillardGRDFSaint GobainPlasticsEuropeEuropean Construction Industry FederationGrace Public AffairsSmart Energy Demand CoalitionEuropean Forum for ManufacturingBritish Chamber of Commerce in BelgiumCouncil of Gas Detection and Environmental Monitoring (CoGDEM)European Facility Management CoalitionEuroCommerceEDSO for Smart GridsEnerginetDKEnergyCoalitionDanfossGrundfossEnergiWatchCembreauEDFDalkiaEnelBDEW  - German Association of Energy and Water IndustriesEPEEEuropean Builders Confederation (EBC)EurimaEuroAce - European Alliance of Companies for Energy Efficiency in BuildingsFIEC - European Construction Industry FederationTeslaCoGenEuropean Federation of Building and WoodworkersEuropean AluminiumFédération du Commerce et de la DistributionKnauf InsulationThe European Chemical Industry Council, CEFICCableEuropeBASFABBNorsk Hydro ASACEMEXAssociation of North German Chambers of Commerce and IndustryEuropean Engineering Industries AssociationInternational Energy AgencyEuropean Copper InstituteBDR Thermea

RR\1137448MT.docx 57/110 PE603.067v01-00

MT

Page 58: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

EC Power A/SPlatform for Eletro-MobilityEuropean Solar Thermal Industry Federation (ESTIF)German Federation of Companies in the Gas and Water Industry (figawa)Glass for EuropeShellGreenEnergyOptions, GEOSustainSolutionsEuropean Mortgage FederationEuropean Construction Industry FederationSiemensVattenfallEUnitedHSSEDowRenault GroupTransport & EnvironmentBellonaAustrian Federal Economic Chamber (WKÖ)VestasHousing EuropeDanish Social Housing FederationDutch Social Housing FederationFrench Social Housing FederationGerman Social Housing FederationEuropean Union of House builders and DevelopersBEUCWorld Green Building Council (WorldGBC)Snam S.p.A.BDI/BDA The German Business RepresentationEuropean Federation of Intelligent Energy Efficiency ServicesGerman Retail FederationArchitects' Council of Europe - Conseil des Architectes d’EuropeSwedish Petroleum and Biofuel InstituteAFEPCercle de l'IndustrieES-SO European  Solar Shading OrganizationE3G - Third Generation EnvironmentalismEuropean Economic and Social CommitteeEuropean Heating Industry (EHI)Federal Chamber of German ArchitectsEuropean Federation of National Organisations Working with the HomelessNALCO WaterAvisa PartnersLightingEurope AISBLBMW GroupEcofysDanske ArkitektvirksomhederUnited Technologies Corporation UTCEU association for engineering building services and installersEuropean Geothermal Energy CouncilAEBIOMEuroFuelRud-PedersenClient Earth

PE603.067v01-00 58/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 59: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

19.9.2017

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija(COM(2016)0765 – C8-0499/2016 – 2016/0381(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Anneli Jäätteenmäki

RR\1137448MT.docx 59/110 PE603.067v01-00

MT

Page 60: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-ħsieb wara l-proposta tal-Kummissjoni hu li żżid l-effiċjenza fl-enerġija tal-istokk tal-bini eżistenti fl-Ewropa u tikkontribwixxi b'mod pożittiv għall-għanijiet klimatiċi tal-UE. Il-metodu magħżul huwa li tittejjeb l-implimentazzjoni tad-Direttiva eżistenti u jiġu proposti xi dispożizzjonijiet li jmorru lil hinn mis-sitwazzjoni attwali. Li l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel u qabel kollox huwa ġustament iddikjarat għal darb'oħra bħala l-prinċipju ta' gwida.

Meta titqies ir-rata baxxa ta' rinnovazzjoni annwali tal-bini fl-Ewropa (madwar 0,4-1,2 % skont l-Istat Membru) u l-interazzjoni kumplessa bejn il-leġiżlazzjoni tal-UE, il-kodiċijiet nazzjonali tal-bini, il-prattiki tal-bini, ix-xejriet ekonomiċi u l-istruttura tas-sjieda tal-istokk tal-bini, għad hemm potenzjal enormi mhux sfruttat ta' ffrankar ta' enerġija. Fid-dawl tax-xejra attwali, fis-snin li ġejjin is-sitwazzjoni mhix se tinbidel radikalment.

Mingħajr miżuri ulterjuri, ir-rinnovazzjonijiet għall-effiċjenza fl-enerġija jsiru meta jkunu ekonomikament raġonevoli u jkollhom l-inċentivi xierqa sabiex ikunu ta' inċentiv biex jintlaħqu l-miri tal-effiċjenza fl-enerġija.

Huwa importanti li l-Istati Membri jkunu jafu l-istokk tal-bini tagħhom u b'hekk jgħinu lill-atturi differenti jipprijoritizzaw ir-rinnovazzjonijiet abbażi tal-kosteffiċjenza. Dan huwa mħeġġeġ fl-emenda għall-Artikolu 2 dwar l-istrateġiji tar-rinnovazzjoni fit-tul.

Bħalissa, hemm ħtieġa urġenti ta' finanzjament disponibbli fuq firxa wiesgħa ta' prodotti li jinkludu u jappoġġjaw l-aspetti pożittivi tar-rinnovazzjonijiet għall-effiċjenza fl-enerġija, bħalma huma l-valur ogħla tal-assi u kundizzjonijiet ta' għajxien aħjar għas-saħħa tal-okkupanti. L-isforzi tal-Kummissjoni favur il-finanzjament, bħall-inizjattiva "Finanzjament Intelliġenti għal Bini Intelliġenti" għandhom jingħataw inkoraġġiment.

Ir-rapporteur tixtieq tenfasizza żewġ kwistjonijiet importanti: bini li jkun tajjeb għas-saħħa u l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-elettromobbiltà.

L-ewwel nett, wieħed ma jistax jenfasizza biżżejjed l-importanza ta' bini li jkun tajjeb għas-saħħa. Bini li jkun tajjeb għas-saħħa jkun iddisinjat biex jissodisfa l-bżonnijiet tal-okkupanti tiegħu u jkun jista' jiġi modifikat biex jakkomoda l-ħtiġijiet tal-futur. Ikun magħmul minn materjali li mhumiex tossiċi u li jkunu durabbli, riċiklabbli u li jistgħu jissewwew. Huwa juża l-enerġija b'mod effiċjenti u jista' jkun kapaċi jipproduċiha wkoll, ikollu dawl naturali biżżejjed u jkollu ventilazzjoni u tisħin adegwati biex jinżammu kwalità tal-arja u temperatura interni tajbin.

Illum il-ġurnata, il-biċċa l-kbira tan-nies iqattgħu l-biċċa l-kbira tal-ħin tagħhom ġewwa. Skont l-istimi, għexieren ta' miljuni ta' Ewropej isofru minn kwalità tal-arja ħażina, sikwit minħabba umdità għolja wisq, li tinkoraġġixxi t-tkabbir tal-moffa u tista' wkoll tikkawża ħsara fil-bini.

PE603.067v01-00 60/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 61: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Il-firxa ta' bini affettwati tvarja minn djar privati għal bini pubbliku. Il-mod kif jinbena u jinżamm il-bini għandu effetti enormi fuq is-saħħa pubblika u l-benessri tal-popolazzjoni kollha.

Id-djar ineffiċjenti fl-enerġija u l-faqar enerġetiku huma marbuta mill-qrib ma' xulxin. Jekk l-oqsma residenzjali jipposponu r-rinnovazzjonijiet meħtieġa minħabba nuqqas ta' finanzjament, ikun hemm riskju ta' degradazzjoni ulterjuri fil-kundizzjonijiet tal-għajxien u tnaqqis fil-valur tal-istokk tal-akkomodazzjoni.

Għar-rapporteur, it-tieni kwistjoni importanti hija l-proposta dwar l-elettromobbiltà, introdotta fl-Artikolu 8 emendat.

Il-proposta tinkludi l-bini mhux residenzjali ġdid u l-bini mhux residenzjali eżistenti li tkun qed issirlu rinnovazzjoni estensiva b'aktar minn għaxar spazji ta' parkeġġ. Il-bini residenzjali li jkun għadu kemm inbena u dak li jkun qed jiġi rinnovat b'mod estensiv huwa inkluż ukoll. Għall-ewwel kategorija, mill-inqas 10 % tal-ispazji ta' parkeġġ għandhom ikunu mgħammar b'punt tal-iċċarġjar. Għat-tieni kategorija, kull spazju ta' parkeġġ għandu jkollu l-wajers mgħoddijin diġà.

Fil-fehma tar-rapporteur, l-obbligi dwar l-infrastruttura tal-iċċarġjar proposti mill-Kummissjoni jdgħajfu l-allokazzjoni effiċjenti tal-fondi kemm privati kif ukoll pubbliċi.

Bħalissa, it-teknoloġija tal-iċċarġjar qed tiżviluppa b'pass mgħaġġel. Ħafna Stati Membri diġà ħadu passi biex jibnu infrastruttura tal-iċċarġjar. L-ispiża biex isir punt tal-iċċarġjar qiegħda tonqos. Il-kumpaniji privati u l-kumpaniji pubbliċi tal-utilitajiet għandhom argument għall-vijabbiltà tan-negozju għall-bini tan-netwerk u l-ipprezzar tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi.

Għal binjiet ġodda, kemm residenzjali kif ukoll mhux residenzjali, l-infrastruttura meħtieġa tista' tiġi integrata fil-proċess tad-disinn mill-bidu nett. Għalhekk huwa għaqli li l-bini l-ġdid ikun validu għall-futur permezz tat-tħejjija ta' ducting. Dan iħalli biżżejjed flessibbiltà għad-daqs tal-wajers u jiżgura li l-infrastruttura tal-iċċarġjar meħtieġa tkun tista' tinbena faċilment meta jkun hemm bżonnha.

Għal bini mhux residenzjali eżistenti, l-obbligu għandu jiġi llaxkat b'tali mod li jkun japplika biss f'każijiet fejn ir-rinnovazzjoni tirrigwarda l-infrastruttura tal-elettriku tal-bini. Dan jgħin biex ir-redditu fuq l-investiment għat-titjib reali fl-effiċjenza fl-enerġija jinżamm f'livelli aktar għoljin.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

RR\1137448MT.docx 61/110 PE603.067v01-00

MT

Page 62: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Emenda 1

Proposta għal direttivaPremessa 1

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(1) L-Unjoni hija impenjata għal sistema tal-enerġija sostenibbli, kompetittiva, sigura, u dekarbonizzata. L-Unjoni tal-Enerġija u l-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 jistabbilixxu impenji ambizzjużi għall-Unjoni biex tkompli tnaqqas l-emissjonijiet ta' gass serra (mill-anqas b'40 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990), biex iżżid il-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli kkunsmata (mill-anqas b'27 %) u biex isir iffrankar enerġetiku ta' mill-anqas 27 %, b'reviżjoni ta' dan il-livell billi tqis il-livell tal-Unjoni ta' 30 %10, u biex ittejjeb is-sigurtà, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-enerġija tal-Ewropa.

(1) L-Unjoni hija impenjata għal sistema tal-enerġija sostenibbli, kompetittiva, sigura, u dekarbonizzata u għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. L-Unjoni tal-Enerġija u l-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 jistabbilixxu impenji ambizzjużi għall-Unjoni biex tkompli tnaqqas l-emissjonijiet ta' gass serra (mill-anqas b'40 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990), biex iżżid il-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli kkunsmata (mill-anqas b'27 %) u biex isir iffrankar enerġetiku ta' mill-anqas 27 %, b'reviżjoni ta' dan il-livell billi tqis il-livell tal-Unjoni ta' 30 %10, biex ittejjeb is-sigurtà, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-enerġija tal-Ewropa u tippromwovi l-aċċess għal enerġija affordabbli sabiex jitnaqqas il-faqar enerġetiku.

Emenda 2

Proposta għal direttivaPremessa 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(1a) Il-Kummissjoni kkofinanzjat għadd ta' proġetti li jrawmu l-esperjenza u l-prattiki tajbin fil-kollaborazzjoni reġjonali, liema prattiki jistgħu jiġu kondiviżi madwar l-Unjoni bil-ħsieb li tittejjeb l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Eżempji ta' dawk il-proġetti jinkludu l-proġett MARIE, u l-estensjoni tiegħu SHERPA, kif ukoll il-proġetti ELIH-MED u PROFORBIOMED.

Emenda 3

PE603.067v01-00 62/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 63: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Proposta għal direttivaPremessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(2a) It-titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-bini jnaqqas id-domanda għall-fjuwils tat-tisħin, speċjalment il-fjuwils tat-tisħin solidi u għalhekk jikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità tal-arja permezz ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' inkwinanti u għall-ilħuq, b'mod kosteffikaċi, tal-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja, kif stabbiliti b'mod partikolari bid-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Għalhekk, l-effiċjenza tal-enerġija jenħtieġ li tiġi kkunsidrata bħala element tal-politika dwar il-kwalità tal-arja, speċjalment fl-Istati Membri fejn il-kisba tal-limiti tal-Unjoni dwar l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja hija problematika u l-effiċjenza fl-enerġija tista' tgħin biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

_________________1a Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1-31).

Ġustifikazzjoni

Is-settur residenzjali huwa responsabbli għal sehem importanti mill-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu, bħal BaP, PM2.5 u PM10, fl-Ewropa, li jirriżultaw mid-duħħan li jinħoloq meta jinħarqu l-fjuwils solidi li jintużaw għat-tisħin residenzali. Dawn l-inkwinanti jżidu l-mortalità, il-morbożità u l-ammissjonijiet fl-isptarijiet, speċjalment peress li l-valuri ta' emissjoni mkejla sikwit imorru lil hinn sew mil-limiti stabbiliti permezz tal-leġislazzjoni tal-UE dwar il-kwalità tal-arja.

Emenda 4

Proposta għal direttivaPremessa 2b (ġdid)

RR\1137448MT.docx 63/110 PE603.067v01-00

MT

Page 64: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(2b) Madwar 50 miljun unità domestika fl-Unjoni huma affettwati mill-faqar enerġetiku. Il-faqar enerġetiku jenħtieġ li jiġi kkunsidrat bħala l-inabbiltà li unità domestika ssostni livell adegwat ta' provvista tal-enerġija sabiex tiggarantixxi livelli bażiċi ta' kumdità u saħħa, minħabba kombinazzjoni ta' introjtu baxx, prezzijiet tal-enerġija għolja u djar ta' kwalità baxxa b'rendiment baxx. Ir-rati attwali tar-rinovazzjoni tal-bini mhumiex suffiċjenti u dawk il-binjiet li huma proprjetà ta', jew okkupati minn, ċittadini b'introjtu baxx li jinsabu f'riskju ta' faqar enerġetiku, huma l-aktar diffiċli biex jintlaħqu.

Emenda 5

Proposta għal direttivaPremessa 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(5a) L-istokk tal-bini tal-Unjoni se jeħtieġ li jsir "bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero" (nZEB) sal-2050, bi qbil mal-objettivi tal-COP21 (il-Ftehim ta' Pariġi). Ir-rati attwali tar-rinovazzjoni tal-bini mhumiex suffiċjenti u dawk il-binjiet li huma proprjetà ta', jew okkupati minn, ċittadini b'introjtu baxx li jinsabu f'riskju tal-faqar enerġetiku, huma l-aktar diffiċli biex jintlaħqu.

Emenda 6

Proposta għal direttivaPremessa 6

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(6) L-Unjoni hija impenjata biex tiżviluppa sistema tal-enerġija sigura,

(6) L-Unjoni hija impenjata biex tiżviluppa sistema tal-enerġija sigura,

PE603.067v01-00 64/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 65: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

kompetittiva u dekarbonizzata sal-205012. Biex jintlaħaq dan l-għan, l-Istati Membri u l-investituri jeħtieġu stadji importanti biex jiżguraw li l-bini jiġi dekarbonizzat sal-2050. Sabiex tkun żgurata din id-dekarbonizzazzjoni tal-istokk tal-bini sal-2050, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-passi intermedjarji li jridu jsiru biex jinkisbu l-għanijiet ta' nofs it-terminu (2030) u tat-terminu twil (2050).

kompetittiva u dekarbonizzata sal-205012. Fid-dawl tal-Ftehim ta' Pariġi u biex jintlaħaq dan l-għan, l-Istati Membri u l-investituri jeħtieġ li jiffissaw miri ambizzjużi u stadji importanti u miżuri ċari biex jiżguraw li l-bini jiġi dekarbonizzat u li l-effiċjenza fl-enerġija ġenerali tal-bini tiżdied sabiex jilħqu l-istandard nZEB sal-2050. Sabiex tkun żgurata din id-dekarbonizzazzjoni tal-istokk tal-bini sal-2050, l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw passi intermedjarji u t-trajettorja li jridu jsiru biex jinkisbu l-għanijiet ta' nofs it-terminu (2030 u 2040) u tat-terminu twil (2050) u tiġi stimulata r-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini eżistenti minħabba li r-rati ta' rinnovazzjoni tal-binjiet mhumiex suffiċjenti.

Emenda 7

Proposta għal direttivaPremessa 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(6a) Sabiex jintlaħqu l-miri ta' dekarbonizzazzjoni tal-istokk tal-bini sal-2050, u jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass serra filwaqt li tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, se jkun neċessarju li jittieħed approċċ olistiku fir-rigward tad-definizzjoni ta' binjiet effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Jenħtieġ li l-kostruzzjoni ta' binjiet ġodda u r-rinnovazzjoni tal-binjiet eżistenti jkollhom l-għan li joħolqu bini li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-okkupanti u li jkunu jistgħu jiġu mmodifikati biex jakkomodaw il-ħtiġijiet tal-futur, li jkunu mibnija b'materjali mhux tossiċi, durabbli, riċiklabbli u li jistgħu jissewwew, li jużaw l-enerġija b'mod effiċjenti u li jistgħu wkoll jipproduċu l-enerġija, li jkollhom dawl naturali biżżejjed, li jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar is-sikurezza, inkluża s-sikurezza kontra n-nirien, u li jkollhom ventilazzjoni u tisħin

RR\1137448MT.docx 65/110 PE603.067v01-00

MT

Page 66: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

adegwati biex tinżamm kwalità tal-arja interna li tkun tajba għas-saħħa.

Emenda 8

Proposta għal direttivaPremessa 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(6b) Il-Ftehim ta' Pariġi jrid ikun rifless fl-isforzi tal-Unjoni li tiddekarbonizza l-istokk tal-bini tagħha, filwaqt li jitqies li kważi 50 % tad-domanda finali għall-enerġija tal-Unjoni tintuża għat-tisħin u t-tkessiħ, li minnha 80 % tintuża fil-bini. L-għanijiet dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni għalhekk jeħtieġ li jintlaħqu billi l-provvista tinqaleb għal dipendenza ta' kważi 100 % fuq sorsi rinnovabbli l-aktar tard sal-2050, u dan jista' jinkiseb biss billi jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u billi jsir użu sħiħ tal-prinċipju ta' "l-effiċjenza fl-enerġija tiġi l-ewwel", minħabba li l-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija huma l-aktar mod kosteffikaċi biex jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

Emenda 9

Proposta għal direttivaPremessa 6c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(6c) Peress li sa 90 % tal-ambjent mibni fl-2050 diġà jeżisti, hemm bżonn ta' sforzi aktar ambizzjużi biex titħaffef ir-rata tar-rinnovazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tal-istokk tal-bini eżistenti. Peress li 30 sena huma perjodu ta' żmien relattivament qasir għar-rinnovament tal-istokk tal-bini eżistenti, l-inċentivi u l-istandards stabbiliti issa fl-aħħar mill-aħħar se jiddeterminaw jekk l-Unjoni hix se tilħaq l-għanijiet fit-tul ta' klima u enerġija jew le.

PE603.067v01-00 66/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 67: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Emenda 10

Proposta għal direttivaPremessa 7

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(7) Id-dispożizzjonijiet dwar strateġiji tar-rinnovazzjoni fit-tul stipulati fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 jenħtieġ li jitmexxew għad-Direttiva 2010/31/UE, għax jidħlu b'mod aktar koerenti fiha.

(7) Id-dispożizzjonijiet dwar strateġiji tar-rinnovazzjoni fit-tul stipulati fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 jenħtieġ li jitmexxew għad-Direttiva 2010/31/UE, għax jidħlu b'mod aktar koerenti fiha, u għax iwettqu l-pjanijiet tal-Istati Membri li jaslu għal stokk ta' bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero sal-2050. Filwaqt li jinżamm dak l-għan fit-tul, huma għandhom ikunu akkumpanjati bi stadji vinkolanti għall-2030 u għall-2040. L-istrateġiji ta' rinnovazzjoni fuq terminu twil u l-ħidma ta' rinnovazzjoni li dawn jistimulaw se jikkontribwixxu biex tingħata spinta lit-tkabbir bil-ħolqien tal-impjiegi, u biex tiġi pprovduta enerġija nadifa u affordabbli għall-konsumaturi. Jenħtieġ li l-mekkaniżmi ta' finanzjament u l-inċentivi finanzjarji jingħataw pożizzjoni ċentrali fl-istrateġiji nazzjonali fit-tul ta' rinnovazzjoni tal-Istati Membri u jiġu promossi b'mod attiv minnhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi inkluża strateġija għall-promozzjoni ta' appoġġ u pariri speċjalizzatti għall-konsumaturi u għat-taħriġ tal-ispeċjalisti.

_________________ _________________13 Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

13 Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

RR\1137448MT.docx 67/110 PE603.067v01-00

MT

Page 68: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Emenda 11

Proposta għal direttivaPremessa 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(7a) L-industrija tal-kostruzzjoni waħidha tirrappreżenta direttament 18-il miljun impjieg fl-Unjoni u tiġġenera 9 % tal-PDG tagħha. Il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika fl-industrija tal-bini b'objettivi ambizzjużi għar-rinnovazzjoni profonda u gradwali tal-istokk tal-bini eżistenti għandhom il-potenzjal li jħaffu l-modernizzazzjoni ta' dak is-settur u tal-forza tax-xogħol assoċjata miegħu u li joħolqu miljuni ta' impjiegi fl-Unjoni, b'mod partikolari f'impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju. Il-kalkoli tal-kostottimalità sottostanti għall-elaborazzjoni tal-istrateġiji tar-rinnovazzjoni fuq terminu twil tal-Istati Membri u d-deċiżjonijiet dwar il-kriterji minimi ta' rendiment tagħhom jenħtieġ li jqisu wkoll il-valur ekonomiku tal-kobenefiċċji tal-miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija, bħall-ħolqien ta' impjiegi, il-valur tal-assi, it-tnaqqis tad-dipendenza fuq l-importazzjoni, u s-saħħa jew il-kwalità tal-arja ġewwa u barra, permezz ta' valuri ta' referenza armonizzati bħala parti mill-gwida għall-metodoloġija ta' kalkolu tal-kostottimalità tal-Unjoni.

Emenda 12

Proposta għal direttivaPremessa 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(7b) Filwaqt li l-istokk tal-bini fl-Unjoni qed jiġi mmodernizzat għal livell ogħla ta' effiċjenza fl-enerġija, dan qiegħed ukoll isir aktar kumpless. Hemm ħtieġa dejjem akbar ta' kooperazzjoni fost il-professjonisti differenti fuq il-post. Il-

PE603.067v01-00 68/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 69: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

kombinazzjoni ideali ta' ħiliet professjonali għandha rwol essenzjali biex jiġi sfruttat dak il-potenzjal u biex jittejjeb l-istokk tal-bini eżistenti. It-tħeġġiġ ta' mentalità sistemika għandu jibda mis-sistema edukattiva u jkompli tul il-karriera kollha tal-bennejja. F'dak il-kuntest, jeħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu rabta ċara bejn l-istrateġiji ta' rinnovazzjoni nazzjonali tagħhom fuq terminu twil u inizjattivi adegwati biex jippromwovu l-ħiliet u l-edukazzjoni, it-taħriġ tul il-ħajja u l-ħiliet lil ħaddiema tekniċi u professjonisti li jaħdmu fis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-effiċjenza fl-enerġija, kif ukoll biex jinfurmaw lill-gruppi ta' komunitajiet u n-negozji żgħar dwar is-sensibilizzazzjoni dwar l-enerġija, miżuri ta' effiċjenza u r-rinovazzjoni tal-bini.

Emenda 13

Proposta għal direttivaPremessa 7c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(7c) Jenħtieġ li l-istrateġiji ta' rinnovazzjoni nazzjonali jistabbilixxu r-riżultati mistennija u l-kontribut biex tintlaħaq il-mira globali ta' effiċjenza fl-enerġija fuq terminu qasir (2030), fuq terminu medju (2040) u fuq terminu twil (2050).

Emenda 14

Proposta għal direttivaPremessa 9

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(9) Sabiex din id-Direttiva tiġi adattata għall-progress tekniku, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni

(9) Sabiex din id-Direttiva tiġi adattata għall-progress tekniku, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni

RR\1137448MT.docx 69/110 PE603.067v01-00

MT

Page 70: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

sabiex tissupplimentah billi tiddefinixxi l-indikatur tal-intellġienza u tippermetti l-implimentazzjoni tiegħu. L-indikatur tal-intelliġenza għandu jintuża biex ikejjel il-kapaċità tal-bini li juża l-ICT u sistemi elettroniċi biex jottimizza l-operazzjoni u li jinteraġixxi mal-grilja. L-indikatur tal-intelliġenza għandu jqajjem kuxjenza fost is-sidien tal-bini u l-okkupanti tiegħu dwar il-valur tal-awtomatizzazzjoni tal-bini u l-monitoraġġ elettroniku tasistemi tekniċi użati fil-bini u għandu jagħti kunfidenza lill-okkupant dwar l-iffrankar effettiv ta' dawn il-funzjonalitajiet imtejba ġodda.

sabiex tissupplimentah billi tiddefinixxi l-indikatur tal-intellġienza u tippermetti l-implimentazzjoni tiegħu. L-indikatur tal-intelliġenza jenħtieġ li jintuża biex ikejjel il-kapaċità tal-bini li juża l-ICT u sistemi elettroniċi biex jottimizza l-operazzjoni, b'mod partikolari l-provvista u l-użu tal-enerġija (bħall-ilma u l-arja), u li jinteraġixxi mal-grilja. L-indikatur tal-intelliġenza għandu jqajjem kuxjenza fost is-sidien tal-bini u l-okkupanti tiegħu dwar il-valur tal-awtomatizzazzjoni tal-bini u l-monitoraġġ elettroniku ta' sistemi tekniċi użati fil-bini u għandu jagħti kunfidenza lill-okkupant dwar l-iffrankar effettiv ta' dawn il-funzjonalitajiet imtejba ġodda.

Emenda 15

Proposta għal direttivaPremessa 10

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(10) L-innovazzjoni u t-teknoloġija l-ġdida jagħmluha possibbli wkoll li l-bini jappoġġja d-dekarbonizzazzjoni ġenerali tal-ekonomija. Pereżempju, il-bini jista' jixpruna l-iżvilupp tal-infrastruttura neċessarja għall-iċċarġjar intelliġenti ta' vetturi elettriċi u anke jipprovdi l-bażi għall-Istati Membri, jekk huma jagħżlu, li jużaw batteriji tal-karozzi bħala sors ta' enerġija. Biex tirrifletti dan il-għan, jenħtieġ li d-definizzjoni tas-sistemi tekniċi użati fil-bini tiġi estiża.

(10) L-innovazzjoni u t-teknoloġija l-ġdida jagħmluha possibbli wkoll li l-bini jappoġġja d-dekarbonizzazzjoni ġenerali tal-ekonomija. Pereżempju, il-bini jista' jixpruna l-iżvilupp tal-infrastruttura neċessarja għall-iċċarġjar intelliġenti ta' vetturi elettriċi u anke jipprovdi l-bażi għall-Istati Membri, jekk huma jagħżlu, li jużaw batteriji tal-karozzi bħala sors ta' enerġija. Bil-ħsieb li tintlaħaq il-mira tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-ilma wkoll jista' jkun sors tal-enerġija fil-bini. L-unitajiet ta' rkupru tas-sħana jistgħu, pereżempju, jagħmluha possibbli li s-sħana tiġi prodotta mill-ilma mormi. Biex tirrifletti dan il-għan tad-dekarbonizzazzjoni globali, jenħtieġ li d-definizzjoni tas-sistemi tekniċi użati fil-bini tiġi estiża.

Emenda 16

Proposta għal direttiva

PE603.067v01-00 70/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 71: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Premessa 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(10a) L-ilma huwa element essenzjali ta' ħafna sistemi tekniċi użati fil-binjiet, bħas-sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ, u fl-użi domestiċi. Il-provvista tas-sistemi tal-pompa u l-pressjoni meħtieġa sabiex tittrasporta l-ilma tuża ħafna enerġija. Barra minn hekk, it-telf tal-ilma minħabba tnixxijiet jammonta għal 24 % tal-konsum totali tal-ilma fl-Unjoni, u dan jirriżulta f'telf tal-enerġija u telf tal-ilma. Għaldaqstant, ġestjoni aktar effettiva u tnaqqis fl-użu tal-ilma f'bini ġdid u rinnovat jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-objettiv tal-użu razzjonali tar-riżorsi.

Emenda 17

Proposta għal direttivaPremessa 10b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(10b) Il-miżuri sabiex jittejjeb ulterjorment ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li jieħdu kont tal-punti ta' riferiment nZEB tal-Unjoni meħtieġa għall-binjiet ġodda sal-2021, u r-rekwiżit ta' stokk tal-bini kompletament nZEB sal-2050, u, f'dan il-kuntest, jenħtieġ li jqisu wkoll il-kundizzjonijiet klimatiċi u lokali kif ukoll l-klima ta' ġewwa; ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza inklużi s-sikurezza kontra n-nirien, il-kwalità tal-arja ta' ġewwa u ta' barra, u l-kosteffettività, inklużi benefiċċji mhux relatati mal-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Il-punt ta' referenza tal-UE għal bini b'użu ta' enerġija qrib iż-żero (nZEB) definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1318 għandu jservi bħala gwida għall-Istati Membri li għadhom lura fir-rigward tat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

Emenda 18

RR\1137448MT.docx 71/110 PE603.067v01-00

MT

Page 72: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Proposta għal direttivaPremessa 10c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(10c) Il-promozzjoni ta' modi alternattivi, sikuri u sostenibbli ta' trasport, bħar-roti, tikkontribwixxi wkoll għad-dekarbonizzazzjoni globali tal-ekonomija u jenħtieġ li tkun integrata mill-Istati Membri bħala element tal-istrateġiji fit-tul li għandhom l-għan li jżidu r-rata ta' rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini madwar l-Unjoni.

Emenda 19

Proposta għal direttivaPremessa 10d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(10d) L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu inċentivi għall-użu ta' materjali naturali tal-bini b'kontenut baxx ta' karbonju u l-użu ta' bjut ekoloġiċi meta ssir rinnovazzjoni tal-bini billi dawn jistgħu jintużaw b'mod effettiv għat-titjib tal-kwalità tal-arja, biex jindirizzaw id-deterjorament tal-kundizzjonijiet klimatiċi, partikolarment fiż-żoni urbani, u għat-titjib tar-rendiment kumplessiv tal-bini fl-użu tal-enerġija.

Emenda 20

Proposta għal direttivaPremessa 11

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(11) Il-valutazzjoni tal-impatt identifikat żewġ settijiet eżistenti ta' dispożizzjonijiet, li l-għan tagħhom jista' jintlaħaq b'mod aktar effiċjenti meta mqabbel mas-sitwazzjoni attwali. L-ewwel nett l-obbligu, qabel ma tinbeda kwalunkwe kostruzzjoni, li jitwettaq studju ta' fattibilità dwar sistemi alternattivi ta'

(11) Il-valutazzjoni tal-impatt identifikat żewġ settijiet eżistenti ta' dispożizzjonijiet, li l-għan tagħhom jista' jintlaħaq b'mod aktar effiċjenti meta mqabbel mas-sitwazzjoni attwali. L-ewwel nett l-obbligu, qabel ma tinbeda kwalunkwe kostruzzjoni, li jitwettaq studju ta' fattibilità dwar sistemi alternattivi ta'

PE603.067v01-00 72/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 73: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

effiċjenza jsir piż żejjed. It-tieni nett, instab li d-dispożizzjonijiet relatati ma' spezzjonijiet tas-sistemi ta' tisħin u sistemi ta' arja kkundizzjonata ma jiżgurawx biżżejjed u b'mod effiċjenti, il-prestazzjoni tal-bidu u miżmuma ta' dawn is-sistemi tekniċi. Anki soluzzjonijiet tekniċi irħas b'perjodi ta' ħlas qosra ħafna, bħall-ibbilanċjar idrawliku tas-sistema ta' tisħin u installazzjoni /sostituzzjoni ta' valvi ta' kontroll termostatiċi, mhumiex meqjusa biżżejjed illum il-ġurnata. Id-dispożizzjonijiet relatati ma' spezzjonijiet huma emendati biex jiżguraw riżultat aħjar mill-ispezzjonijiet.

effiċjenza jsir piż żejjed. It-tieni nett, instab li d-dispożizzjonijiet relatati ma' spezzjonijiet tas-sistemi ta' tisħin u sistemi ta' arja kkundizzjonata ma jiżgurawx biżżejjed u b'mod effiċjenti, il-prestazzjoni tal-bidu u miżmuma ta' dawn is-sistemi tekniċi. Is-soluzzjonijiet tekniċi irħas b'perjodi ta' ħlas qosra ħafna, bħall-ibbilanċjar idrawliku tas-sistema ta' tisħin u installazzjoni/sostituzzjoni ta' valvi ta' kontroll termostatiċi, mhumiex meqjusa biżżejjed illum il-ġurnata u jenħtieġ li jkunu sfruttati bis-sħiħ, inkluż bħala soluzzjonijiet li jassistu lill-konsumaturi fqar fl-enerġija. Id-dispożizzjonijiet relatati ma' spezzjonijiet huma emendati biex jiżguraw riżultat aħjar mill-ispezzjonijiet. Fatturi bħalma huma d-disinn u l-pożizzjoni oriġinali tal-binja jenħtieġ li jitqiesu bil-ħsieb li tinkiseb effiċjenza tal-enerġija inizjali akbar, li, imbagħad, għandha twassal għal iffrankar f'titjib ieħor, bħal fittings, l-istruttura ta' barra u d-dwal. Biex tinkiseb dejta f'ħin reali sabiex is-sistemi jkunu jistgħu jiġu ottimizzati meta jkun meħtieġ, is-sistemi ta' monitoraġġ jeħtieġ li jiġu żviluppati wkoll.

Emenda 21

Proposta għal direttivaPremessa 12

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(12) B'mod partikolari għal installazzjonijiet kbar, l-awtomatizzazzjoni tal-bini u l-monitoraġġ elettroniku tas-sistemi tekniċi użati fil-bini wrew li huma sostituzzjoni effettiva għall-ispezzjonijiet. L-installazzjoni ta' tagħmir bħal dan għandha titqies bħala l-iktar alternattiva kosteffettiva għall-ispezzjonijiet f'bini kbir mhux residenzjali u bini b'ħafna familji ta' daqs suffiċjenti li jwassal biex dan it-tagħmir jitħallas f'inqas minn tliet snin. Għaldaqstant, il-possibbiltà attwali li jintgħażlu miżuri alternattivi titħassar. Għal

(12) B'mod partikolari għal installazzjonijiet kbar, l-awtomatizzazzjoni tal-bini u l-monitoraġġ elettroniku tas-sistemi tekniċi użati fil-bini wrew li huma sostituzzjoni effettiva għall-ispezzjonijiet u l-manutenzjoni. L-installazzjoni ta' tagħmir bħal dan għandha titqies bħala l-iktar alternattiva kosteffettiva għall-ispezzjonijiet f'bini kbir mhux residenzjali u bini b'ħafna familji ta' daqs suffiċjenti li jwassal biex dan it-tagħmir jitħallas f'inqas minn tliet snin. Għaldaqstant, il-possibbiltà attwali li jintgħażlu miżuri alternattivi

RR\1137448MT.docx 73/110 PE603.067v01-00

MT

Page 74: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

installazzjonijiet ta' skala żgħira, id-dokumentazzjoni dwar ir-rendiment tas-sistema mill-installaturi u r-reġistrazzjoni ta' din l-informazzjoni fil-bażijiet tad-dejta dwar iċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija se jappoġġaw il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti għas-sistemi tekniċi kollha li jintużaw tal-bini u se jsaħħu r-rwol taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Barra minn hekk, l-ispezzjonijiet regolari eżistenti tas-sikurezza u x-xogħol ta' manutenzjoni programmat se jibqgħu opportunità biex jingħata parir dirett dwar titjib fl-effiċjenza fl-enerġija.

titħassar. Għal installazzjonijiet ta' skala żgħira, id-dokumentazzjoni dwar ir-rendiment tas-sistema mill-installaturi u r-reġistrazzjoni ta' din l-informazzjoni fil-bażijiet tad-dejta dwar iċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija se jappoġġaw il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti għas-sistemi tekniċi kollha li jintużaw tal-bini u se jsaħħu r-rwol taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Barra minn hekk, l-ispezzjonijiet regolari eżistenti tas-sikurezza u x-xogħol ta' manutenzjoni programmat se jibqgħu opportunità biex jingħata parir dirett dwar titjib fl-effiċjenza fl-enerġija.

Emenda 22

Proposta għal direttivaPremessa 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(12a) L-introduzzjoni tas-sistemi tekniċi tal-binjiet jenħtieġ li tikkonċerna t-tagħmir (teknoloġiji ġodda, tagħmir intelliġenti), iżda wkoll is-sistemi li jirregolaw l-operazzjoni u l-interazzjoni tagħhom. Dan għandu x'jaqsam b'mod partikolari mat-trażmissjoni tal-enerġija fil-binjiet u sistemi li jimmaniġġjaw l-ilma u l-arja b'mod effiċjenti.

Emenda 23

Proposta għal direttivaPremessa 12b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(12b) Fil-każ tar-rinnovazzjonijiet kbar fi stadji differenti, is-sistemi tekniċi tal-binjiet u s-sistemi ta' awtomazzjoni u kontroll tal-binjiet jippreżentaw ukoll opportunità biex jitwettaq il-potenzjal ta' ffrankar b'perjodi ta' ħlas lura

PE603.067v01-00 74/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 75: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

relattivament qosra, li jippermettu li dak l-iffrankar akbar iġġenerat li jitfaddal fuq perjodi itwal jiġi investit mill-ġdid fl-istadju li jmiss tar-rinnovazzjoni.

Emenda 24

Proposta għal direttivaPremessa 13

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(13) Biex jiġi żgurat l-aħjar użu tagħhom fir-rinnovazzjoni tal-bini, il-miżuri finanzjarji relatati mal-effiċjenza fl-enerġija għandhom ikunu marbuta mal-profondità tar-rinnovazzjoni, li għandha tiġi vvalutata billi jitqabblu ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (EPCs) maħruġa qabel u wara r-rinnovazzjoni.

(13) Biex jiġi żgurat l-aħjar użu tagħhom fir-rinnovazzjoni tal-bini, il-miżuri finanzjarji kemm pubbliċi kif ukoll privati relatati mal-effiċjenza fl-enerġija jenħtieġ li jkunu marbuta mal-profondità tar-rinnovazzjoni u jenħtieġ li jippromwovu approċċ olistiku għar-rinovazzjonijiet tal-binjiet sabiex jiġi żgurat li l-partijiet u s-sistemi tekniċi kollha tal-binjiet, inkluża l-manutenzjoni tal-binjiet, iwasslu għal livell għoli ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija u kwalità tal-arja interna mtejba b'impatt pożittiv fuq is-saħħa, il-benessri, il-kumdità u l-produttività. Dawn ir-rinnovazzjonijiet jenħtieġ li jkunu vvalutati billi jitqabblu ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (EPCs) maħruġa qabel u wara r-rinnovazzjoni, jew b'metodu trasparenti u proporzjonat ieħor.

Emenda 25

Proposta għal direttivaPremessa 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(13a) L-istrateġiji tar-rinnovazzjoni fit-tul bi stadji pproġettati u miżuri ċari jistimulaw l-investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija mis-settur privat. L-investimenti fit-tul għandhom jiġu stimulati aktar billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament

RR\1137448MT.docx 75/110 PE603.067v01-00

MT

Page 76: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

mill-ġdid tal-portafolli li l-assi tagħhom ikollhom karatteristiċi ta' rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika.

Emenda 26

Proposta għal direttivaPremessa 13b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(13b) Sabiex jitħeġġew ir-rinnovazzjonijiet, jenħtieġ li l-finanzjament privat fit-tul u l-għodod għat-tnaqqas tar-riskju jiġu promossi permezz tal-implimentazzjoni ta' standards ta' self ipotekarju b'użu effiċjenti tal-enerġija għar-rinnovazzjonijiet tal-bini ċċertifikati effiċjenti fl-enerġija. Piż ta' riskju aktar baxx fir-rekwiżit tal-kapital jenħtieġ li jiġi rikonoxxut għall-istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu self ipotekarju li jwassal għal użu effiċjenti tal-enerġija. Ir-rekwiżiti jenħtieġ li jirriflettu l-effetti mitiganti ta' riskju potenzjali tal-effiċjenza enerġetika u jiġu vvalutati fid-dawl tal-benefiċċji f'termini tat-tnaqqis tar-riskju, u fejn xieraq, jenħtieġ li tiġi kkunsidrata allokazzjoni ta' kapital aktar baxxa għall-garanziji għal self ipotekarju li jwassal għal użu effiċjenti tal-enerġija.

Emenda 27

Proposta għal direttivaPremessa 13c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(13c) F'dan ir-rigward, l-azzjonijiet ta' effiċjenza fuq skala żgħira f'appartamenti individwali jibqgħu importanti. Azzjonijiet bħal dawn sikwit huma utli biex jittaffa l-faqar enerġetiku.

Emenda 28

Proposta għal direttiva

PE603.067v01-00 76/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 77: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Premessa 13d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(13d) F'każ li ċertifikat ġdid tar-rendiment fl-użu tal-enerġija juri titjib fl-effiċjenza tal-binja, il-kost tiegħu jista' jiġi inkluż fl-inċentiv ipprovdut minn Stat Membru.

Emenda 29

Proposta għal direttivaPremessa 14

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(14) L-aċċess għall-finanzjament huwa aktar faċli meta linformazzjoni ta' kwalità tajba hija aċċessibbli. Il-bini pubbliku b'erja totali utli tal-art ta' aktar minn 250m² għalhekk jenħtieġ li jintalab jiżvela l-konsum reali tal-enerġija tiegħu.

(14) L-aċċess għall-finanzjament huwa aktar faċli meta jkun hemm fis-seħħ qafas ambizzjuż u stabbli fuq perjodu twil u meta tkun disponibbli informazzjoni ta' kwalità tajba. Din l-informazzjoni tinkludi wkoll EPCs u informazzjoni minn bażijiet ta' dejta dwar manutenzjoni u spezzjonijiet u rendiment fl-użu tal-enerġija. Il-binjiet pubbliċi, inklużi dawk il-binjiet li huma proprjetà tal-awtoritajiet pubbliċi, u li huma ġestiti u okkupati minnhom, kemm jekk ikunu proprjetà tal-Istat Membru, reġjun jew muniċipalità, jew proprjetà privata iżda użati għall-pubbliku, jenħtieġ li jissodisfaw ir-rwol tagħhom u jmexxu bl-eżempju billi jsiru binjiet nZEB skont id-Direttiva 2012/27/UE u jiżvelaw il-konsum reali tal-enerġija tagħhom.

Emenda 30

Proposta għal direttivaPremessa 15

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(15) Is-sistemi attwali u indipendenti tal-kontroll għall-EPCs għandhom jissaħħu sabiex jiżguraw li ċ-ċertifikati jkunu ta' kwalità tajba, li jistgħu jintużaw għall-kontroll tal-konformità u għall-produzzjoni

(15) Is-sistemi attwali u indipendenti tal-kontroll għall-EPCs għandhom jissaħħu sabiex jiżguraw li ċ-ċertifikati jkunu ta' kwalità tajba, li jistgħu jintużaw għall-kontroll tal-konformità u għall-produzzjoni

RR\1137448MT.docx 77/110 PE603.067v01-00

MT

Page 78: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

ta' statistika dwar l-istokkijiet tal-bini reġjonali/nazzjonali. Dejta ta' kwalità għolja dwar listokk tal-bini hija meħtieġa u din tista' tiġi ġġenerata parzjalment minn reġistri u bażijiet tad-dejta li kważi l-Istati Membri kollha attwalment qed jiżviluppaw u jimmaniġġjaw għall-ECPs.

ta' statistika armonizzata dwar l-istokkijiet tal-bini lokali, reġjonali u nazzjonali. Dejta ta' kwalità għolja dwar l-istokk tal-bini hija meħtieġa u din tista' tiġi ġġenerata parzjalment minn reġistri u bażijiet tad-dejta li kważi l-Istati Membri kollha attwalment qed jiżviluppaw u jimmaniġġjaw għall-ECPs.

Emenda 31

Proposta għal direttivaPremessa 16

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(16) Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika dwar l-effiċjenza fl-enerġija għall-bini, it-trasparenza tal-EPCs għandha tittejjeb billi jiġi żgurat li l-parametri neċessarji kollha għall-kalkoli kemm għaċ-ċertifikazzjoni kif ukoll għar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, jiġu stabbiliti u applikati b'mod konsistenti. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri adegwati biex jiżguraw, pereżempju, li r-rendiment ta' sistemi tekniċi użati fil-bini installati, mibdula, jew imtejba jiġi ddokumentat fid-dawl taċ-ċertifikazzjoni tal-bini u l-verifika tal-konformità.

(16) Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-effiċjenza fl-enerġija għall-bini bħala parti mill-mira vinkolanti dwar l-effiċjenza enerġetika ta' mill-inqas 40 % fl-2030, it-trasparenza tal-EPCs jenħtieġ li tittejjeb billi jiġi żgurat li l-parametri neċessarji kollha għall-kalkoli kemm għaċ-ċertifikazzjoni kif ukoll għar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, jiġu stabbiliti u applikati b'mod konsistenti. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri adegwati biex jiżguraw, pereżempju, li r-rendiment ta' sistemi tekniċi użati fil-bini installati, mibdula, jew imtejba jiġi ddokumentat fid-dawl taċ-ċertifikazzjoni tal-bini u l-verifika tal-konformità.

Emenda 32

Proposta għal direttivaPremessa 18

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(18) Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva m'għandhomx iwaqqfu lill-Istati Membri milli jistabbilixxu rekwiżiti iktar ambizzjużi dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija fil-livell tal-bini u għall-elementi tal-bini, diment li dawn il-miżuri jkunu

(18) Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva m'għandhomx iwaqqfu lill-Istati Membri milli jistabbilixxu rekwiżiti iktar ambizzjużi dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-kwalità tal-arja interna fil-livell tal-bini u għall-elementi tal-bini,

PE603.067v01-00 78/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 79: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Huwa konsistenti mal-objettivi ta' din id-Direttiva u tad-Direttiva 2012/27/KE li dawn ir-rekwiżiti jistgħu, f'ċertu ċirkostanzi, jillimitaw l-installazzjoni jew l-użu ta' prodotti soġġetti għal leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni, diment li rekwiżiti bħal dawn ma jikkostitwixxux ostaklu mhux ġustifikat għas-suq.

diment li dawn il-miżuri jkunu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Huwa konsistenti mal-objettivi ta' din id-Direttiva u tad-Direttiva 2012/27/KE li dawn ir-rekwiżiti jistgħu, f'ċertu ċirkostanzi, jillimitaw l-installazzjoni jew l-użu ta' prodotti soġġetti għal leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni applikabbli oħra tal-Unjoni, diment li rekwiżiti bħal dawn ma jikkostitwixxux ostaklu mhux ġustifikat għas-suq.

Emenda 33

Proposta għal direttivaPremessa 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(18a) L-Istati Membri jenħtieġ li jibbażaw il-kalkolu tagħhom tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta' element trasparenti jew trasluċidu tal-qoxra tal-bini fuq il-bilanċ enerġetiku tiegħu, jiġifieri li jqisu t-telf ta' enerġija kif ukoll il-gwadanni ta' enerġija mill-irradjanza solari passiva.

Emenda 34

Proposta għal direttivaPremessa 18b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(18b) Il-bliet u l-awtoritajiet lokali u reġjonali diġà juru l-eżempju billi jimplimentaw miżuri għall-effiċjenza fl-enerġija, skemi ta' rinnovazzjoni tal-bini u l-iffaċilitar tal-awtoġenerazzjoni. Korpi bħall-Patt tas-Sindki, bliet intelliġenti u komunitajiet jew komunitajiet ibbażati 100 % fuq sorsi tal-enerġija rinnovabbli jikkontribwixxu, permezz tal-azzjonijiet tal-membri tagħhom, għaż-żieda fir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u jippermettu l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki għall-kisba tat-tranżizzjoni tal-enerġija. Il-proġetti fuq livell distrettwali

RR\1137448MT.docx 79/110 PE603.067v01-00

MT

Page 80: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

juru l-ħtieġa, b'mod partikulari, li tiġi kkunsidrata l-funzjoni tal-binjiet integrati f'sistema tal-enerġija lokali, pjan ta' mobilità lokali u l-ekosistema tagħhom inġenerali.

Emenda 35

Proposta għal direttivaPremessa 18c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(18c) Huwa importanti li jinbnew strateġiji ta' governanza fuq diversi livelli u kollaborazzjoni makroreġjonali konformi mad-diversità klimatika tal-Unjoni u l-isfidi li jġib miegħu t-tibdil fil-klima f'reġjuni differenti.

Emenda 36

Proposta għal direttivaPremessa 18d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(18d) Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun strument addizzjonali fil-qafas tal-Unjoni tal-Enerġija u l-governanza l-ġdida tal-enerġija tal-Unjoni biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku. Għal dik ir-raġuni, hija tħeġġeġ lill-Unjoni tipproduċi definizzjoni ċara tal-faqar enerġetiku, u jappella sabiex l-istudji eżistenti jiġu kkunsidrati bil-ħsieb li tinstab definizzjoni possibbli mill-aktar fis.

Emenda 37

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1Direttiva 2010/31/UEArtikolu 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3. "sistema teknika użata fil-bini" tfisser tagħmir tekniku li jipprovdi għat-

3. "sistema teknika użata fil-bini" tfisser tagħmir tekniku li jipprovdi għat-

PE603.067v01-00 80/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 81: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-ventilazzjoni, għall-ilma sħun domestiku, għad-dawl built-in, għall-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, għall-ġenerazzjoni tal-elettriku fuq is-sit, għall-infrastruttura fuq is-sit għallelettromobbiltà, jew għal kumbinazzjoni ta' dawn is-sistemi, inkluż dawk li jużaw l-enerġija minn sorsi rinnovabbli, ta' bini jew unità ta' bini;

tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-kwalità tal-arja interna, għall-ventilazzjoni, għas-sistemi tal-ilma, għall-ilma sħun domestiku, għad-dawl built-in, għall-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini inkluża l-ġestjoni tal-enerġija, għall-ġenerazzjoni tal-elettriku fuq is-sit, għall-infrastruttura fuq is-sit għall-elettromobbiltà, jew għal kumbinazzjoni ta' dawn is-sistemi, inkluż dawk li jużaw l-enerġija minn sorsi rinnovabbli, ta' bini jew unità ta' bini;

Emenda 38

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)Direttiva 2010/31/UEArtikolu 2 – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(1a) Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

"3a. "stokk tal-bini dekarbonizzat" tfisser stokk tal-bini ferm effiċjenti fl-enerġija li ġie rinnovat għal tal-anqas il-livell nZEB u fejn il-ħtiġijiet tal-enerġija li jifdal jiġu ssodisfati minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli;"

Emenda 39

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)Direttiva 2010/31/UEArtikolu 2 – punt 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(1b) Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

"19a. "punt ta' attivazzjoni" tfisser mument opportun, pereżempju minn perspettiva ta' kosteffiċjenza jew tfixkil, fiċ-ċiklu tal-ħajja ta' binja għat-twettiq ta' rinnovazzjonijiet tal-enerġija;"

RR\1137448MT.docx 81/110 PE603.067v01-00

MT

Page 82: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Emenda 40

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt aDirettiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(a) l-ewwel paragrafu jikkonsisti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija16, għajr l-aħħar subparagrafu tiegħu;

(a) għandu jiddaħħal il-paragrafu 1 li ġej:

"1 L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul għall-mobilizzazzjoni tal-investiment fir-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali ta' binjiet residenzjali u kummerċjali, kemm pubbliċi kif ukoll privati, bil-għan li jinkoraġġixxu u jiggwidaw it-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini fi stokk tal-bini ferm effiċjenti fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat sal-2050. Din l-istrateġija għandha tinkludi:

(a) ħarsa ġenerali tal-istokk tal-bini nazzjonali bbażata, skont kif xieraq, fuq kampjunar statistiku;

(b) l-identifikazzjoni ta' approċċi kosteffikaċi għar-rinnovazzjonijiet rilevanti għat-tip ta' binja u ż-żona klimatika, filwaqt li jitqiesu l-punti ta' attivazzjoni fiċ-ċiklu tal-ħajja ta' binja;

(c) politiki u miżuri li jistimulaw rinnovazzjonijiet profondi u kosteffikaċi tal-binjiet, inklużi rinnovazzjonijiet profondi fi stadji;

(d) perspettiva li tħares 'il quddiem u li tiggwida d-deċiżjonijiet ta' investiment tal-individwi, tal-industrija tal-bini u tal-istituzzjonijiet finanzjarji;

(e) stima, ibbażata fuq l-evidenza, tal-iffrankar ta' enerġija u l-benefiċċji usa' mistennija;

(f) miżuri komplimentari u/jew alternattivi ta' rinnovazzjoni, bħalma huma l-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu

PE603.067v01-00 82/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 83: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

tal-enerġija, servizzi ta' konsulenza dwar l-enerġija indipendenti u aċċessibbli b'mod faċli, miżuri mmirati biex itejbu l-imġiba tal-konsumaturi jew il-konnessjoni ma' sistema ta' tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti;

(g) politiki u azzjonijiet b'objettivi kwantifikabbli li jkollhom fil-mira tagħhom is-setturi tal-istokk tal-bini nazzjonali bl-agħar rendiment, l-unitajiet domestiċi suġġetti għall-faqar fl-enerġija u għal dilemmi ta' inċentivi opposti għal rinnovazzjonijiet;"

Emenda 41

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)Direttiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(aa) jiżdied il-paragrafu li ġej:

"1a. L-Istati Membri għandhom jikklassifikaw l-istokk tal-bini eżistenti tagħhom skont l-età, it-tipoloġija u l-provvista tal-enerġija, sabiex jiżviluppaw l-istadji importanti u l-miżuri vinkolanti għall-ħtiġijiet tar-rinnovazzjoni, b'kont meħud tas-sistema nazzjonali tal-enerġija.

L-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-progress tagħhom fl-ilħuq tal-istadji importanti. Ir-riżultati għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku mill-inqas kull tliet snin, fejn aġġornament tal-istrateġija għandu wkoll jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ssir konsultazzjoni pubblika dwar l-istrateġija fit-tul ta' rinnovazzjoni tal-inqas tliet xhur qabel it-tressiq tal-istrateġija lill-Kummissjoni. Ir-riżultat tal-konsultazzjoni pubblika għandu jkun ippubblikat bħala anness flimkien mal-istrateġija."

RR\1137448MT.docx 83/110 PE603.067v01-00

MT

Page 84: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Emenda 42

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ab (ġdid)Direttiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(ab) jiżdied il-paragrafu li ġej:

"1b. L-istrateġiji tar-rinnovazzjoni fuq terminu twil għandhom ikunu akkumpanjati minn pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jadottaw pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali li jistabbilixxu l-miżuri għall-implimentazzjoni, l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-progress lejn l-ilħuq tal-għanijiet stabbiliti skont l-istrateġiji tar-rinnovazzjoni fuq terminu twil. Il-pubbliku għandu jipparteċipa fit-tħejjija tal-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent."

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri sabiex tiġi milħuqa, sorveljata u evalwata l-kisba tal-miri ta' dekarbonizzazzjoni stabbiliti fl-istrateġiji fit-tul għal rinnovazzjoni tal-istokkijiet tal-bini nazzjonali għandhom ikunu speċifikati b'mod ċar fi pjanijiet ta' azzjoni mħejjija fil-livell nazzjonali. Il-parteċipazzjoni pubblika għandha tkun garantita fit-tħejjija u l-adozzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali.

Emenda 43

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ac (ġdid)Direttiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(ac) jiżdied il-paragrafu li ġej:

"1c. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw kif l-istadji importanti tagħhom jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira ta' 30 % effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni sal-2030, bi qbil mad-

PE603.067v01-00 84/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 85: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Direttiva 2012/27/UE u l-mira tal-Unjoni tal-Enerġija dwar enerġija rinnovabbli skont id-Direttiva 2009/28/UE u mal-mira tal-Unjoni li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu b'mill-inqas 80 % sal-2050.

Emenda 44

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

Fl-istrateġija dwar ir-rinnovazzjoni fit-tul tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan direzzjonali bi stadji importanti u miżuri ċari biex iwettqu l-għan fit-tul tal-2050 li jiddekarbonizzaw l-istokk tal-bini nazzjonali tagħhom bi stadji importanti speċifiċi għall-2030.

Fl-istrateġija dwar ir-rinnovazzjoni fit-tul tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjan direzzjonali bi stadji importanti, azzjonijiet u miżuri ċari biex iwettqu l-għan fit-tul tal-2050 li jtejbu sostanzjalment l-effiċjenza enerġetika u li jinkiseb stokk tal-bini ferm effiċjenti fl-enerġija u dekarbonizzat, bi stadji importanti speċifiċi għall-2030 u l-2040.

Meta jiffissaw dawk l-istadji importanti, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw kif dawn jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni fl-2030, bi qbil mal-mira tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra bi 80 % sa 95 % sal-2050.

Barra minn hekk, l-istrateġija dwar ir-rinnovazzjoni fit-tul għandha tistabbilixxi miżuri u strumenti finanzjarji speċifiċi sabiex titnaqqas id-domanda tal-enerġija u jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku.

Emenda 45

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

RR\1137448MT.docx 85/110 PE603.067v01-00

MT

Page 86: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Barra minn hekk, l-istrateġija dwar ir-rinnovazzjoni fit-tul għandha tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku.

Barra minn hekk, l-istrateġija dwar ir-rinnovazzjoni fit-tul għandha tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku u tistabbilixxi pjan direzzjonali bi stadji importanti u miżuri ċari għar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-akkomodazzjoni soċjali. Sabiex tiġi żgurata u tinżamm klima interna li tkun tajba għas-saħħa, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jindirizzaw l-effetti sekondarji għas-saħħa u l-kumdità mhux mistennija u mhux mixtieqa tar-rinnovazzjonijiet tal-bini.

Emenda 46

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

2a. L-istrateġija fit-tul għandha wkoll tinkoraġġixxi l-introduzzjoni ta' teknoloġiji intelliġenti fis-settur tal-bini u tinkludi inizjattivi li jħarsu lejn il-ħiliet u l-edukazzjoni relatati mal-introduzzjoni ta' teknoloġiji intelliġenti u konnessi fil-binjiet, u politiki u azzjonijiet bil-għan li jħaffu t-tranżizzjoni teknoloġika lejn binjiet intelliġenti u konnessi.

Emenda 47

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(a) għall-aggregazzjoni ta' proġetti biex jagħmluha aktar faċli għall-investituri li jiffinanzjaw ir-rinnovazzjonijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) fil-paragrafu 1;

(a) li jassistu lill-iżviluppaturi ta' proġetti fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-proġetti ta' rinnovazzjoni tal-enerġija tagħhom, u mekkaniżmi għall-aggregazzjoni ta' proġetti biex

PE603.067v01-00 86/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 87: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

jagħmluha aktar faċli għall-investituri li jiffinanzjaw ir-rinnovazzjonijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) fil-paragrafu 1;

Emenda 48

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(b) għat-tneħħija ta' riskji mill-operazzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija għall-investituri u għas-settur privat; kif ukoll

(b) għat-tneħħija ta' riskji mill-operazzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija għall-investituri u għas-settur privat, pereżempju, billi jappoġġjaw l-iżvelar ta' dejta dwar ir-rendiment fil-livell tas-self relatat mar-rinnovazzjonijiet tal-enerġija, l-iżvilupp ta' qafas ta' valutazzjoni li jorbot l-effiċjenza tal-enerġija ma' żieda fil-valuri tal-proprjetà, l-inkoraġġiment ta' finanzjament mill-ġdid ta' portafolli ta' assi relatati mar-rinnovazzjonijiet tal-enerġija; kif ukoll

Emenda 49

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(ba) isiru disponibbli servizzi konsultattivi dwar l-enerġija li jkunu indipendenti u faċilment aċċessibbli, kif ukoll għodod ta' konsulenza aċċessibbli u trasparenti, bħal punti uniċi ta' kuntatt għall-konsumaturi li jipprovdu informazzjoni dwar l-istrutturar u l-għoti ta' finanzi għal rinnovazzjonijiet tal-bini u jagħtu sostenn lill-utenti sabiex jieħdu passi biex itejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-binjiet, inklużi rinnovazzjonijiet profondi jew profondi fi stadji, l-għażla tal-materjali u t-teknoloġiji

RR\1137448MT.docx 87/110 PE603.067v01-00

MT

Page 88: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

u l-monitoraġġ tar-riżultati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;

Emenda 50

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 3 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(bb) aggregazzjoni faċilitata tal-SMEs b'mod li jkunu jistgħu joffru soluzzjonijiet f'pakkett lil klijenti potenzjali; u

Emenda 51

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(ca) il-ħolqien ta' governanza f'diversi livelli li tinkludi r-reġjuni kollha, u, sa fejn ikun possibbli, il-gvernijiet lokali, flimkien mal-esperjenza dwar l-effiċjenza enerġetika tal-bini żviluppata bħala parti minn proġetti bħal MARIE, SHERPA, ELIH-MED u PROFORBIOMED.

Emenda 52

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ba (ġdid)Direttiva 2010/31/UEArtikolu 2a – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(ba) jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3a. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex tissupplimenta dan l-Artikolu b'aktar kriterji għall-istrateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul."

PE603.067v01-00 88/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 89: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Emenda 53

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)Direttiva 2010/31/UEArtikolu 4 – paragrafu 2 – punt a

Test fis-seħħ Emenda

2a. Fl-Artikolu 4(2), il-punt a huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a) bini protett uffiċjalment bħala parti minn ambjent deżinjat jew minħabba l-mertu speċjali arkitettoniku jew storiku tiegħu, safejn il-konformità ma' ċerti rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ma talterax b'mod inaċċettabli il-karattru jew l-apparenza tiegħu;

"(a) bini protett uffiċjalment bħala parti minn ambjent deżinjat jew minħabba l-mertu speċjali arkitettoniku jew storiku tiegħu, jew bini residenzjali mhux protett mibni kull sena f'għadd insinifikanti, b'materjali naturali, biex jiġu rrispettati t-tradizzjonijiet, u b'xogħol manwali1a, sa fejn il-konformità ma' ċerti rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ma talterax b'mod inaċċettabli l-karattru, l-uniċità jew l-apparenza tiegħu;

_________________1a F'għadd li ma jaqbiżx wieħed minn kull elf tal-għadd ta' proġetti ta' kostruzzjoni fis-sena fl-Istat Membru."

Emenda 54

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt aDirettiva 2010/31/UEArtikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(a) fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu jitħassar;

(a) fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"F'konformità mar-rekwiżit li jintlaħaq nZEB, l-Istati Membri għandhom jiżguraw - f'konformità mal-Artikolu 15(8) tad-Direttiva... * u l-Artikolu 14 tad-Direttiva ... [id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija] - li, qabel ma tibda l-kostruzzjoni, il-vijabilità teknika, ambjentali u ekonomika ta' sistemi alternattivi ta' effiċjenza għolja bħal sistemi ta' provvista diċentralizzati

RR\1137448MT.docx 89/110 PE603.067v01-00

MT

Page 90: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

tal-enerġija bbażati fuq sorsi rinnovabbli, il-koġenerazzjoni, it-tisħin distrettwali jew ibbażati fuq sorsi rinnovabbli kif ukoll pompi tas-sħana effiċjenti ħafna kif definiti fl-Anness VII għad-Direttiva 2009/28/KE, tkun qed tiġi kkunsidrata.

_________________* Id-Direttiva COM(2016) 767 final/2 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni)"

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri filwaqt li tiġi permessa l-konformità tagħhom mal-Artikolu 15 § 8 tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (riformulazzjoni) u l-Artikolu 9, paragrafu 3 (c) tad-Direttiva 2010/31/UE, id-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-fattibbiltà ta' sistemi alternattivi ta' effiċjenza enerġetika għolja għandhom jiġu simplifikati. Għandu jiġi osservat li dan ir-rekwiżit inaqqas ir-riskju ta' effetti ta' lock-in u assi abbandunati filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li l-apparat installat ikollu t-tendenza li jservi għal iktar minn medja ta' 25 sena.

Emenda 55

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)Direttiva 2010/31/UEArtikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(3a) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-ewwel paragrafu:

"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija jikkontribwixxu għall-kisba ta' ambjent intern tajjeb għas-saħħa u komdu."

Emenda 56

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4Direttiva 2010/31/UEArtikolu 7 - paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

PE603.067v01-00 90/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 91: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

(4) fl-Artikolu 7, il-ħames subparagrafu jitħassar;

(4) fl-Artikolu 7, il-ħames subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"F'konformità mar-rekwiżit li jintlaħaq nZEB, l-Istati Membri għandhom jiżguraw - f'konformità mal-Artikolu 15(8) tad-Direttiva...* u l-Artikolu 14 tad-Direttiva ... [id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija] - li, qabel ma tibda l-kostruzzjoni, il-vijabilità teknika, ambjentali u ekonomika ta' sistemi alternattivi ta' effiċjenza għolja bħal sistemi ta' provvista diċentralizzati tal-enerġija bbażati fuq sorsi rinnovabbli, il-koġenerazzjoni, it-tisħin distrettwali jew ibbażati fuq sorsi rinnovabbli kif ukoll pompi tas-sħana effiċjenti ħafna kif definiti fl-Anness VII għad-Direttiva 2009/28/KE, tkun qed tiġi kkunsidrata.

_________________* Id-Direttiva COM(2016) 767 final/2 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni)"

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri filwaqt li tiġi permessa l-konformità tagħhom mal-Artikolu 15 § 8 tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (riformulazzjoni) u l-Artikolu 9, paragrafu 3 (c) tad-Direttiva 2010/31/UE, id-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-fattibbiltà ta' sistemi alternattivi ta' effiċjenza enerġetika għolja għandhom jiġu simplifikati. Għandu jiġi osservat li dan ir-rekwiżit inaqqas ir-riskju ta' effetti ta' lock-in u assi abbandunati filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li l-apparat installat ikollu t-tendenza li jservi għal iktar minn medja ta' 25 sena.

Emenda 57

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aDirettiva 2010/31/UEArtikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(a) fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu jitħassar;

(a) fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jeħtieġu ibbilanċjar idroniku ta' sistemi installati

RR\1137448MT.docx 91/110 PE603.067v01-00

MT

Page 92: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

ġodda jew mibdula ta' tisħin u jipprovdu inċentivi għall-ibbilanċjar idroniku ta' sistemi tat-tisħin eżistenti. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu wkoll ibbilanċjar idroniku meta l-ġeneraturi tas-sħana jiġu mibdula f'bini eżistenti, sakemm is-sistema ma tkunx diġà bbilanċjata.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-binjiet ġodda jkunu mgħammra bi strumenti awtoregolatorji li jirregolaw il-livelli tat-temperatura ambjentali f'kull kamra partikolari. F'bini eżistenti, l-installazzjoni ta' strumenti awtoregolatorji għar-regolar individwali tat-temperatura tal-kamra għandha tkun meħtieġa meta jiġu sostitwiti ġeneraturi tas-sħana."

Ġustifikazzjoni

L-ibbilanċjar idroniku jipprevjeni li r-radjaturi installati f'post imbiegħed tal-pompa tat-tisħin mhumiex suffiċjentement fornuti b'ilma sħun filwaqt li r-radjaturi ħdejn il-pompa huma fornut iżżejjed. Hija tipprovdi livelli ta' temperatura kostanti u l-użu ottimali tal-enerġija. Apparati awtoregolatorji li jirregolaw it-temperatura tal-kamra u l-ibbilanċjar idroniku huma miżuri kost-effiċjenti ħafna li jiffrankaw l-enerġija fil-bini. F'xi Stati Membri, il-valvijiet tar-radjaturi termostatiċi ilhom standard mill-1978, mentri f'oħrajn jintużaw ħafna l-valvijiet r-radjaturi sempliċi. Is-sostituzzjoni tal-valvijiet sempliċi li fadal twassal għal kisba tal-miri ta' tnaqqis ta' 4 % tal-konsum tal-enerġija tal-UE sal-2020. Is-sostituzzjoni tal-valvijiet sempliċi tar-radjatur f'binja waħda tiffranka medja ta' 13 % sa 19 % tal-enerġija meħtieġa għat-tisħin tal-binja. Iż-żmien ta' ħlas lura ta' dawn il-miżuri huwa biss ta' ftit xhur.

Emenda 58

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b − parti introduttorjaDirettiva 2010/31/UEArtikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(b) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b) is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-aħħar tal-paragrafu 2,:

(L-għan ta' din l-emenda huwa li jikkonserva l-Artikolu 8, punt 2 tad-Direttiva 2010/31/UE)

(Skont id-Direttiva dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (riformulazzjoni), u b'mod partikulari l-Artikoli 19-22, 18 u l-Anness III).

PE603.067v01-00 92/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 93: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Ġustifikazzjoni

Il-miters intelliġenti preċiżi jistgħu jiksbu kemm: li jippermettu l-parteċipazzjoni tal-konsumatur kif ukoll li jikkontribwixxu għal iffrankar tal-enerġija fil-binjiet permezz tas-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi. Id-dispożizzjonijiet dwar il-kejl intelliġenti għalhekk m'għandhomx jitneħħew minn din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom ikomplu jinkoraġġixxu l-introduzzjoni ta' sistemi ta' miters intelliġenti skont id-Direttiva dwar l-Elettriku riveduta, kull meta tinbena binja jew kull meta ssirilha rinovazzjoni maġġuri, minħabba li dan jippermetti użu aktar kosteffiċjenti.

Emenda 59

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-bini mhux residenzjali ġdid kollu u fil-bini mhux residenzjali eżistenti li qed jiġi rinnovat b'mod estensiv li jkollu aktar minn għaxar spazji ta' parkeġġ, tal-inqas spazju wieħed minn kull għaxra jkun mgħammar b'punt tal-iċċarġjar fit-tifsira tad-Direttiva 2014/94/UE dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi u jkun kapaċi jibda u jwaqqaf l-iċċarġjar b'reazzjoni għas-sinjali tal-prezzijiet. Dan ir-rekwiżit għandu japplika għal kull bini mhux residenzjali, b'aktar minn għaxar spazji ta' parkeġġ, mill-1 ta' Jannar 2025.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-bini mhux residenzjali ġdid kollu b'aktar minn għaxar spazji għall-parkeġġ u fil-bini mhux residenzjali eżistenti li qed jiġi rinnovat b'mod estensiv b'aktar minn għaxar spazji għall-parkeġġ ġewwa jew fiżikament imissu mal-bini, fejn dik ir-rinovazzjoni taffettwa l-infrastruttura elettrika tal-bini jew tal-ispazji ta' parkeġġ, tal-inqas spazju wieħed minn kull tlieta jkun mgħammar bi pre-cabling jew pre-tubing adegwat sabiex ikun jista' jiġi installat punt tal-iċċarġjar fit-tifsira tad-Direttiva 2014/94/UE dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi, u tal-anqas jinbena punt wieħed tal-iċċarġjar fit-tifsira tad-Direttiva 2014/94/UE li jkun kapaċi jirreaġixxi b'mod dinamiku għas-sinjali tal-prezzijiet, b'potenza ta' mill-inqas 7kW għal kull spazju ta' parkeġġ li jkollu punt tal-iċċarġjar. Dan ir-rekwiżit għandu japplika għal kull bini mhux residenzjali, b'aktar minn għaxar spazji ta' parkeġġ, mill-1 ta' Jannar 2025.

_________________ _________________17 ĠU. L 307, 28.10.2014, p. 1. 17 ĠU. L 307, 28.10.2014, p. 1.

RR\1137448MT.docx 93/110 PE603.067v01-00

MT

Page 94: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Ġustifikazzjoni

Għal binjiet ġodda mhux residenzjali, l-infrastruttura elettronika meħtieġa tista' tiġi integrata fil-proċess ta' ippjanar mill-bidu nett. Għalhekk huwa għaqli li l-binjiet il-ġodda jkunu validi għall-futur permezz tat-tħejjija ta' wajers jew ducting. Għall-binjiet mhux residenzjali eżistenti, l-obbligu għandu jiġi llaxkat b'tali mod li jkun japplika biss f'każijiet fejn ir-rinnovazzjoni taffettwa l-post tal-parkeġġ jew l-infrastruttura tal-elettriku tal-binja. Punt ta' iċċarġjar simboliku għandu jiġi installat fil-parkeġġi.

Emenda 60

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżurgaw li fil-bini residenzjali mibni ġdid u fil-bini li qed jiġi rinnovat b'mod estensiv, li jkollhom aktar minn għaxar spazji ta' parkeġġ, jingħaddew il-wajers li jippermettu l-installazzjoni tal-punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi għal kull spazju ta' parkeġġ.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-binjiet residenzjali ġodda u dawk li qed jiġu rinnovati b'mod estensiv, sakemm dik ir-rinnovazzjoni tinkludi l-infrastruttura elettrika jew il-parkeġġ, b'aktar minn għaxar spazji ta' parkeġġ fil-binja jew f'dik fiżikament ħdejha, jingħaddew il-wajers jew id-ducting xierqa li jippermettu l-installazzjoni tal-punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi skont l-aqwa teknoloġi disponibbli għal kull spazju ta' parkeġġ.

Emenda 61

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt cDirettiva 2010/31/UEArtikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tiġi installata, sostitwita jew imtejba sistema teknika użata fil-bini, ir-rendiment globali fl-użu tal-enerġija tas-sistema kompluta mibdula, jiġi vvalutat, dokumentat u mgħoddi lil sid il-bini sabiex jibqa' disponibbli għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti skont il-paragrafu 1 u l-ħruġ ta' ċertifikati

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tiġi installata, sostitwita jew imtejba sistema teknika użata fil-bini, ir-rendiment globali fl-użu tal-enerġija tas-sistema kompluta mibdula u, fejn rilevanti, il-kwalità tal-arja ta' ġewwa, jiġu vvalutati, dokumentati u mgħoddija lil sid il-bini sabiex jibqa' disponibbli għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti

PE603.067v01-00 94/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 95: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

ter-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni tiġi inkluża fil-bażi tad-dejta nazzjonali taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 18(3).

minimi stabbiliti skont il-paragrafu 1 u l-ħruġ ta' ċertifikati ter-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni tiġi inkluża fil-bażi tad-dejta nazzjonali taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 18(3).

Emenda 62

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt cDirettiva 2010/31/UEArtikolu 8 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

L-indikatur intelliġenti għandu jkopri l-karatteristiċi tal-flessibbiltà, il-funzjonalitajiet u l-kapaċitajiet imtejba li jirriżultaw minn apparat intelliġenti aktar interkonness u integrat li jiġi integrat fis-sistemi tekniċi konvenzjonali użati fil-bini. Dawn il-karatteristiċi għandhom isaħħu l-kapaċità talokkupanti u tal-bini nnifsu li jirreaġixxu għar-rekwiżiti tal-kumdità jew operazzjonali, jieħdu sehem fir-rispons għad-domanda, u jikkontribwixxu għall-operazzjoni ottima, bla xkiel u sikura tas-sistemi tal-enerġija varji u l-infrastrutturi distrettwali li magħhom huwa marbut il-bini.

L-indikatur intelliġenti għandu jkopri l-karatteristiċi tal-flessibbiltà, il-funzjonalitajiet imtejba u l-kapaċitajiet li jirriżultaw minn apparati intelliġenti aktar interkonnessi u inkorporati li jiġu integrati fis-sistemi tekniċi konvenzjonali użati fil-bini. Dawn il-karatteristiċi għandhom isaħħu l-kapaċità tal-okkupanti u tal-bini nnifsu li jirreaġixxu għall-kwalità tal-arja ta' ġewwa u għar-rekwiżiti tal-kumdità termali jew operazzjonali, jieħdu sehem fir-rispons għad-domanda, u jikkontribwixxu għall-operazzjoni ottima, bla xkiel, tajba għas-saħħa u sikura tas-sistemi tal-enerġija varji u l-infrastrutturi distrettwali li magħhom huwa marbut il-bini.

Emenda 63

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt aDirettiva 2010/31/UEArtikolu 10 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

6. L-Istati Membri għandhom jorbtu l-miżuri finanzjarji għat-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija fir-rinnovazzjoni tal-bini mal-iffrankar tal-enerġija miksub bis-saħħa ta'

6. L-Istati Membri għandhom jorbtu l-miżuri finanzjarji għat-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija fir-rinnovazzjoni tal-bini mal-iffrankar tal-enerġija u l-benefiċċji mhux

RR\1137448MT.docx 95/110 PE603.067v01-00

MT

Page 96: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

din ir-rinnovazzjoni. Dan l-iffrankar għandu jiġi ddeterminat bit-tqabbil taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġa qabel jew wara r-rinnovazzjoni.

marbuta mal-enerġija, bħat-titjib fil-kwalità tal-arja ta' ġewwa miksuba bis-saħħa ta' din ir-rinnovazzjoni. Dan l-iffrankar u t-titjib għandu jiġi ddeterminat bit-tqabbil taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġa qabel u wara r-rinnovazzjoni, jew ir-riżultati ta' metodu ieħor rilevanti, trasparenti u proporzjonat li juri t-titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-benefiċċji mhux marbuta mal-enerġija, bħat-titjib fil-kwalità tal-arja ta' ġewwa, u li jagħti informazzjoni utli biex jappoġġja l-mobilizzazzjoni ta' finanzjament privat u pubbliku għal investimenti fil-binjiet sabiex tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-kwalità tal-arja ta' ġewwa. Dawn iċ-ċertifikati għandhom jiġu pprovduti wkoll f'verżjoni diġitali bil-possibbiltà li jinkludu l-informazzjoni rilevanti sabiex ikun mudellat u pproġettat l-impatt tat-titjib fil-binjiet. Meta ċertifikat tar-rendiment tal-enerġija ġdid juri titjib fl-effiċjenza fl-enerġija tal-bini, il-kostijiet tiegħu jistgħu ikunu inklużi fl-inċentiv provdut mill-Istat Membru.

Emenda 64

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 10 – paragrafu 6a

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

6a. Meta l-Istati Membri jistabbilixxu bażi tad-dejta għar-reġistrazzjoni tal-EPCs din għandha tippermetti t-traċċar tal-konsum reali tal-enerġija tal-bini kopert, irrispettivament mid-daqs u mill-kategorija tagħhom. Il-bażi tad-dejta għandu jkollha dejta dwar il-konsum reali tal-enerġija ta' bini viżitat b'mod frekwenti mill-pubbliku b'superfiċje utli ta' aktar minn 250 m² li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari.

6a. Meta l-Istati Membri jistabbilixxu bażi tad-dejta għar-reġistrazzjoni tal-EPCs din għandha tippermetti t-traċċar tal-konsum reali tal-enerġija tal-bini kopert, irrispettivament mid-daqs u mill-kategorija tagħhom. Il-bażi tad-dejta għandu jkollha dejta dwar il-konsum reali tal-enerġija tal-bini pubbliku b'art utilizzabbli ta' aktar minn 250 m2 u bini viżitat b'mod frekwenti mill-pubbliku b'superfiċje utli ta' aktar minn 250 m² li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari.

PE603.067v01-00 96/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 97: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Emenda 65

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)Direttiva 2010/31/UEArtikolu 11 – paragrafu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(6a) fl-Artikolu 11 jiżdied il-paragrafu li ġej:

"9a. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa ta' armonizzazzjoni ulterjuri taċ-ċertifikati tar-rendiment tal-enerġija skont l-Artikolu 11, u tikkunsidra l-fattibilità li tintroduċi sistemi ta' kampjunar nazzjonali biex tissorveljahom.

Emenda 66

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt aDirettiva 2010/31/UEArtikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-miżuri neċessarji biex tkun stabbilita spezzjoni regolari tal-partijiet aċċessibbli tas-sistemi li jintużaw għat-tisħin tal-bini, bħall-ġeneratur tas-sħana, is-sistema ta' kontroll u l-pompi għaċ-ċirkolazzjoni għal bini mhux residenzjali b'użu totali ta' enerġija primarja ta' aktar minn 250MWh u għal bini residenzjali b'sistemi tekniċi ċentralizzati użati fil-bini ta' output nominali effettiv kumulattiv ta' aktar minn 100 kW. Dik l-ispezzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effiċjenza tal-bojler u tad-daqs tal-bojler imqabbla mar-rekwiżiti tat-tisħin tal-bini. Mhux meħtieġ li terġa' ssir il-valutazzjoni tad-daqs tal-bojler sakemm ma tkun saret ebda bidla għal din is-sistema ta' tisħin jew fir-rigward tar-rekwiżiti ta' tisħin tal-bini sadanittant;

1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-miżuri neċessarji biex tkun stabbilita spezzjoni regolari tal-partijiet aċċessibbli tal-ġeneratur tas-sħana, għal bini mhux residenzjali b'użu totali ta' enerġija primarja ta' aktar minn 250 MWh u għal bini residenzjali b'ġeneratur tas-sħana ta' output nominali effettiv kumulattiv ta' aktar minn 100 kW. Dik l-ispezzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effiċjenza tal-ġeneratur tas-sħana u tad-daqs tal-ġeneratur tas-sħana mqabbla mar-rekwiżiti tat-tisħin tal-bini, tal-effikaċja tat-temperatura tal-kamra kkontrollata individwalment u tal-bilanċ idroniku tas-sistema tat-tisħin. Mhux meħtieġ li terġa' ssir il-valutazzjoni tad-daqs tal-ġeneratur tas-sħana u tal-bilanċ idroniku sakemm sadanittant ma tkun saret ebda bidla għal din is-sistema ta' tisħin jew fir-rigward tar-rekwiżiti ta' tisħin

RR\1137448MT.docx 97/110 PE603.067v01-00

MT

Page 98: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

tal-bini;

Emenda 67

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt bDirettiva 2010/31/KEArtikolu 14 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(a) b'mod kontinwu jimmonitorjaw, janalizzaw u jaġġustaw l-użu tal-enerġija;

(a) b'mod kontinwu jimmonitorjaw, janalizzaw u jaġġustaw l-użu tal-enerġija kif ukoll il-ventilazzjoni u/jew elementi oħra marbuta mal-kwalità tal-arja ta' ġewwa;

Emenda 68

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 14 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(b) b'funzjonalitajiet effettivi ta' kontroll biex jiżguraw il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, u l-użu ottimi tal-enerġija.;

(b) b'funzjonalitajiet effettivi ta' kontroll biex jiżguraw il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħażna u l-użu ottimi tal-enerġija, inkluża t-temperatura tal-kamra individwali u l-funzjonalitajiet tal-ibbilanċjar idrawliku dinamiku.

Emenda 69

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3a. Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-utenti jingħataw pariri adegwati rigward il-bdil ta' ġeneraturi tas-sħana, modifiki oħra fis-sistema tat-tisħin u dwar soluzzjonijiet alternattivi għall-valutazzjoni tal-effiċjenza u d-daqs xieraq

PE603.067v01-00 98/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 99: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

tal-ġeneratur tas-sħana. L-impatt ġenerali ta' dan l-approċċ għandu jkun ekwivalenti għall-impatt li jirriżulta mill-miżuri meħudin skont il-paragrafu 1.;

Ġustifikazzjoni

Xi Stati Membri diġà għandhom miżuri ekwivalenti għal spezzjonijiet bħal sistemi ta' pariri eżistenti li wrew li huma ta' suċċess biex tiżdied l-effiċjenza fl-enerġija tas-sistemi tat-tisħin. Din il-flessibbiltà u miżura alternattiva għandha tibqa' f'idejn l-Istati Membri.

Emenda 70

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 14 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3b. Is-sistemi tekniċi tal-bini espliċitament koperti minn ftehim kuntrattwali fuq livell maqbul ta' titjib ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija jew kriterju ta' rendiment tal-enerġija, bħall-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija kif definint fl-Artikolu 2(27) tad-Direttiva 2012/27/UE għandhom ikunu eżentati mill-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Ir-rwol tal-kuntratti tar-rendiment tal-enerġija fiż-żieda fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-bini jrid jiżdied, minħabba li dawk il-kuntratti joffru approċċ olistiku għar-rinnovazzjonijiet, inkluż finanzjament, implimentazzjoni tal-ħidma ta' kostruzzjoni u l-ġestjoni tal-enerġija. Meta jsir kuntratt dwar ir-rendiment tal-enerġija, is-sid tal-bini jidħol għal kuntratt mal-kumpanija tal-effiċjenza fl-enerġija dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija. L-ispezzjonijiet u l-kontrolli huma parti mill-kuntratt.

Emenda 71

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt aDirettiva 2010/31/UEArtikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri xierqa neċessarji

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri neċessarji biex

RR\1137448MT.docx 99/110 PE603.067v01-00

MT

Page 100: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

biex tkun stabbilita spezzjoni regolari tal-partijiet aċċessibbli tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata għal bini mhux residenzjali b'użu totali ta' enerġija primarja ta' aktar minn 250MWh u għal bini residenzjali b'sistemi tekniċi ċentralizzati użati fil-bini ta' output nominali effettiv kumulattiv ta' aktar minn 100 kW. L-ispezzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effiċjenza tal-arja kkundizzjonata u tad-daqs imqabbla mar-rekwiżiti għat-tkessiħ tal-bini. Mhux meħtieġ li terġa' ssir il-valutazzjoni tad-daqs sakemm ma tkun saret ebda bidla għal din is-sistema ta' arja kkundizzjonata jew fir-rigward tar-rekwiżiti ta' tkessiħ tal-bini sadanittant.

jistabbilixxu spezzjoni regolari u biex tkun sorveljata l-ħtieġa għal manutenzjoni tal-partijiet aċċessibbli tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata għal bini mhux residenzjali b'użu totali ta' enerġija primarja ta' aktar minn 250 MWh u għal bini residenzjali b'sistemi tekniċi ċentralizzati użati fil-bini ta' output nominali effettiv kumulattiv ta' aktar minn 100 kW. L-ispezzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effiċjenza tal-arja kkundizzjonata u tad-daqs, imqabbla mar-rekwiżiti għat-tkessiħ tal-bini. Mhux meħtieġ li terġa' ssir il-valutazzjoni tad-daqs sakemm sadanittant ma tkun saret ebda bidla għal din is-sistema ta' arja kkundizzjonata jew fir-rigward tar-rekwiżiti ta' tkessiħ tal-bini.

Emenda 72

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt bDirettiva 2010/31/KEArtikolu 15 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(a) b'mod kontinwu jimmonitorjaw, janalizzaw u jaġġustaw l-użu tal-enerġija;

(a) b'mod kontinwu jimmonitorjaw, janalizzaw u jaġġustaw l-użu tal-enerġija kif ukoll il-ventilazzjoni u/jew elementi oħra marbuta mal-kwalità tal-arja ta' ġewwa;

Emenda 73

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 15 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(b) b'funzjonalitajiet effettivi ta' kontroll biex jiżguraw il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, u l-użu ottimi tal-enerġija.;

(b) b'funzjonalitajiet effettivi ta' kontroll biex jiżguraw il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħażna u l-użu ottimi tal-enerġija.;

PE603.067v01-00 100/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 101: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Emenda 74

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3a. Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex jiżguraw l-għoti ta' pariri lill-utenti dwar is-sostituzzjoni ta' sistemi tal-arja kkundizzjonata, modifiki oħra għas-sistema tal-arja kkundizzjonata u soluzzjonijiet alternattivi biex jiġu vvalutati l-effiċjenza u d-daqs adegwat tas-sistema tal-arja kundizzjonata. L-impatt ġenerali ta' dak l-approċċ huwa ekwivalenti għal dak li jirriżulta mill-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Xi Stati Membri għandu jkollhom il-flessibbiltà li jagħżlu miżuri ekwivalenti għal spezzjonijiet bħal sistemi ta' pariri stabbiliti. Din il-flessibbiltà u miżura alternattiva għandha tibqa' f'idejn l-Istati Membri.

Emenda 75

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt bDirettiva 2010/31/UEArtikolu 15 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

3b. Is-sistemi tekniċi tal-bini espliċitament koperti minn ftehim kuntrattwali fuq livell maqbul ta' titjib ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija jew kriterju ta' rendiment tal-enerġija, bħall-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija kif definint fl-Artikolu 2(27) tad-Direttiva 2012/27/UE għandhom ikunu eżentati mill-paragrafu 1.

RR\1137448MT.docx 101/110 PE603.067v01-00

MT

Page 102: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Ġustifikazzjoni

Ir-rwol tal-kuntratti tar-rendiment tal-enerġija fiż-żieda fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-bini jrid jiżdied, minħabba li dawk il-kuntratti joffru approċċ olistiku għar-rinnovazzjonijiet, inkluż finanzjament, implimentazzjoni tal-ħidma ta' kostruzzjoni u l-ġestjoni tal-enerġija. Meta jsir kuntratt dwar ir-rendiment tal-enerġija, is-sid tal-bini jidħol għal kuntratt mal-kumpanija tal-effiċjenza fl-enerġija dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija. L-ispezzjonijiet u l-kontrolli huma parti mill-kuntratt.

Emenda 76

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9Direttiva 2010/31/UEArtikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(9) fl-Artikolu 19, "2017" tiġi sostitwita b'"2028";

(9). L-Artikolu 19 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 19

Rieżami

Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 26, għandha tevalwa din id-Direttiva sal-1 ta' Jannar 2024, fid-dawl tal-esperjenza miksuba u l-progress magħmul matul l-applikazzjoni tagħha, u, jekk ikun hemm il-bżonn, tressaq proposti leġiżlattivi.

Hija għandha tippubblika, sal-aħħar tal-2020, valutazzjoni tal-impatt dwar l-espansjoni possibbli tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, fid-dawl tar-reviżjoni possibbli tagħha fl-2024, bil-ħsieb li tiġi prevista l-inklużjoni tal-enerġija inkorporata bħala rekwiżit għall-kostruzzjoni tal-bini u tal-komponenti tiegħu."

Emenda 77

Proposta għal direttivaArtikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11Direttiva 2010/31/UEArtikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

PE603.067v01-00 102/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 103: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 5, 8 u 22 għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta' żmien minn [date of the entry into force…].

2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 5, 8 u 22 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta' 5 snin minn XXX [id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin.

Emenda 78

Proposta għal direttivaAnness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt aDirettiva 2010/31/UEAnness I – punt 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija għandu jirrifletti l-użu tipiku tal-enerġija tiegħu għat-tisħin, għat-tkessiħ, għall-ilma sħun domestiku, għall-ventilazzjoni u għad-dawl.

Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija għandu jiġi determinat fuq il-bażi tal-użu stmat jew attwali tal-enerġija għat-tisħin, it-tkessiħ, l-ilma domestiku sħun, il-ventilazzjoni u d-dawl u għandu jirrifletti l-użu tipiku tal-enerġija tiegħu għat-tisħin, għat-tkessiħ, għall-ilma sħun domestiku, għall-ventilazzjoni u għad-dawl.

Ġustifikazzjoni

Der Text aus dem aktuellen Anhang I der Richtlinie 2010/31/EU wurde wieder eingeführt. Um die Gesamtenergieeffizienz eines Gebäudes zu bestimmen, ist es nicht ausreichend einzig den Primärenergiebedarf zu evaluieren. Zuerst sollte die Energiemenge berechnet werden, die gebraucht wird, um den typischen Energieverbrauch eines Gebäudes zu decken. Dieser Endenergieverbrauch und der Primärenergiebedarf eines Gebäudes sollten zur Bewertung der Gesamtenergieeffizienz verwendet werden. Die Primärenergie beschreibt vielmehr die Qualität der verwendeten Energie als die Menge der Energie, die zur Deckung des Energiebedarfs eines Gebäudes nötig ist.

Emenda 79

Proposta għal direttivaAnness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt aDirettiva 2010/31/UEAnness I – punt 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l- Fi żmien sentejn wara l-approvazzjoni

RR\1137448MT.docx 103/110 PE603.067v01-00

MT

Page 104: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

metodoloġija tal-kalkolu nazzjonali tagħhom skont il-qafas tal-anness nazzjonali tal-istandards Ewropej relatati żviluppat skont il-Mandat M/480 mogħti mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN);

b'votazzjoni formali fis-CEN, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw u japplikaw l-istandards EPB fil-metodoloġija tal-kalkolu nazzjonali tagħhom skont il-qafas tal-anness nazzjonali tal-istandards Ewropej relatati żviluppat skont il-Mandat M/480 mogħti mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN).

Ġustifikazzjoni

Approċċ tal-UE biex jitħaffu l-innovazzjoni u l-iffrankar tal-enerġija madwar l-Ewropa huwa indispensabbli sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq intern. L-istandards tal-EPB, li ġew approvati dan l-aħħar mill-Korpi Nazzjonali tal-Istandards, jagħmluha possibbli li jiġi kkalkulat ir-rendiment tal-enerġija tal-bini fl-UE kollha billi jintużaw l-istess metodoloġiji. Dawn il-metodoloġiji jiddependu fuq l-aktar dejta riċenti, li jgħinu l-introduzzjoni fis-suq tal-aktar teknoloġiji effiċjenti għat-tisħin. Perjodu ta' tranżizzjoni ta' sentejn se jippermetti lil dawk li jippjanaw u lill-periti biex jittestjaw dawn l-istandards tal-EPB u jirrisolvu xi inkonsistenzi li jkun fadal.

Emenda 80

Proposta għal direttivaAnness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt bDirettiva 2010/31/UEAnness I – punt 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

Il-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tisħin tal-post, għat-tkessiħ tal-post, għall-ilma sħun domestiku u għal ventilazzjoni adegwata għandhom jiġu kkalkulati sabiex ikunu żgurati livelli minimi tas-saħħa u tal-kumdità definiti mill-Istati Membri.

Il-ħtiġijiet tal-enerġija għat-tisħin tal-post, għat-tkessiħ tal-post, għall-ilma sħun domestiku u għal ventilazzjoni adegwata, espressi bħala enerġija mwassla u enerġija primarja, għandhom jiġu kkalkulati sabiex ikunu massimizzati r-rekwiżiti għas-saħħa, għall-kwalità tal-arja ta' ġewwa u għall-kumdità definiti mill-Istati Membri. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi evitat li t-temperatura fuq kwalunkwe wiċċ fuq ġewwa tal-bini tinżel taħt it-temperatura tal-punt tan-nida u biex ikun evitat tisħin żejjed.

Ġustifikazzjoni

It-tisħin żejjed huwa problema ugwalment importanti li taffettwa s-saħħa u l-kumdità tal-utenti tal-bini, kif ukoll ir-rendiment tal-enerġija tal-bini.

PE603.067v01-00 104/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 105: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Emenda 81

Proposta għal direttivaAnness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt b (ġdid)Direttiva 2010/31/UEAnness I – punt 2 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkolu tal-metodoloġiji u l-fatturi tal-enerġija primarja għal trasportaturi ta' sorsi differenti ta' enerġija rinnovabbli fuq il-post u teknoloġiji ta' konverżjoni jirriflettu kif xieraq il-karatteristiċi speċifiċi ta' trasportatur tal-enerġija globali tas-sistema tal-enerġija, b'mod partikolari l-potenzjal ta' użu alternattiv ta' trasportatur tal-enerġija, li huwa kkonvertit u kkonsmat fuq is-sit u l-potenzjal ta' esportazzjoni għal użu barra mis-sit ta' enerġija ġġenerata fuq il-post.

Ġustifikazzjoni

Forom differenti ta' SER fuq il-post għandhom karatteristiċi differenti, jiġifieri jkollhom użi alternattivi, jinteraġixxu b'mod differenti mas-sistema kumplessiva tal-enerġija eċċ. Għalhekk il-fatturi tal-enerġija primarja (PEF) bl-iskop li jiddeterminaw ir-rekwiżiti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom ikunu ddifferenzjati skont żewġ gruppi ewlenin: 1) Teknoloġiji ta' konverżjoni, li jużaw riżorsa tal-enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post u li ma tistax tiġi esportata (sħana ambjentali) jew it-teknoloġiji ta' konverżjoni li jużaw sors ta' enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post u li tista' tiġi esportata (turbini micro-wind); 2) teknoloġiji ta' konverżjoni li jużaw riżorsa tal-enerġija rinnovabbli li mhijiex iġġenerata fuq il-post (pelits tal-bojlers tal-pelits).

Emenda 82

Proposta għal direttivaAnness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt ca (ġdid)Direttiva 2010/31/UEAnness I – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni Emenda

(ca). jiżdied il-punt li ġej:

"5a. Meta jiġi kkalkolat ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ta' element tal-bini trasparenti jew trasluċenti tal-istruttura esterna tal-bini, l-Istati Membri

RR\1137448MT.docx 105/110 PE603.067v01-00

MT

Page 106: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

għandhom jikkunsidraw il-bilanċ enerġetiku tiegħu, jiġifieri jqisu t-telf ta' enerġija kif ukoll il-gwadann ta' enerġija minħabba irradjanza solari passiva, flimkien mal-aspetti rilevanti kollha mill-punti 3, 4 u 5."

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri sa issa ma ġewx orjentati lejn il-kalkolu tar-rendiment enerġetiku tal-elementi tal-bini li jiffurmaw parti mill-istruttura esterna tal-bini. Metodi komuni ta' kalkolu jistgħu jtejbu l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern.

PE603.067v01-00 106/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 107: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

Referenzi COM(2016)0765 – C8-0499/2016 – 2016/0381(COD)

Kumitat responsabbli       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE12.12.2016

Opinjoni mogħtija minn       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI12.12.2016

Rapporteur għal opinjoni       Data tal-ħatra

Anneli Jäätteenmäki20.2.2017

Eżami fil-kumitat 29.5.2017

Data tal-adozzjoni 7.9.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali +:–:0:

5306

Membri preżenti għall-votazzjoni finali Marco Affronte, Catherine Bearder, Ivo Belet, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Stefan Eck, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Arne Gericke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Frédérique Ries, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali Nicola Caputo, Jørn Dohrmann, Elena Gentile, Jan Huitema, Merja Kyllönen, Stefano Maullu, Mairead McGuinness, Keith Taylor, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Norbert Erdős, Jill Evans, György Hölvényi, Barbara Lochbihler, Olle Ludvigsson, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

53 +ALDE Catherine Bearder, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Frédérique Ries, Nils

Torvalds

RR\1137448MT.docx 107/110 PE603.067v01-00

MT

Page 108: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

ECR Jørn Dohrmann, Arne Gericke, Julie Girling, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, Jadwiga Wiśniewska

EFDD Piernicola Pedicini

ENF Mireille D'Ornano, Sylvie Goddyn, Jean-François Jalkh

GUE/NGL Lynn Boylan, Stefan Eck, Merja Kyllönen

PPE Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Birgit Collin-Langen, Norbert Erdős, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, György Hölvényi, Peter Liese, Norbert Lins, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Stefano Maullu, Mairead McGuinness, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

S&D Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nicola Caputo, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Elena Gentile, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Olle Ludvigsson, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Pavel Poc, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE Benedek Jávor

0 -

6 0ALDE Jan Huitema

VERTS/ALE Marco Affronte, Jill Evans, Barbara Lochbihler, Davor Škrlec, Keith Taylor

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

Referenzi COM(2016)0765 – C8-0499/2016 – 2016/0381(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE 30.11.2016

Kumitat responsabbli       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE12.12.2016

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI12.12.2016

PE603.067v01-00 108/110 RR\1137448MT.docx

MT

Page 109: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

Rapporteurs       Data tal-ħatra

Bendt Bendtsen25.1.2017

Eżami fil-kumitat 28.2.2017 29.5.2017 10.7.2017

Data tal-adozzjoni 11.10.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali +:–:0:

51111

Membri preżenti għall-votazzjoni finali Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, András Gyürk, Rebecca Harms, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Aldo Patriciello, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Michel Reimon, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali Mario Borghezio, Rosa D’Amato, Jude Kirton-Darling, Olle Ludvigsson, Florent Marcellesi, Luděk Niedermayer

Data tat-tressiq 23.10.2017

RR\1137448MT.docx 109/110 PE603.067v01-00

MT

Page 110: €¦ · Web viewIl-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

51 +ALDE Fredrick Federley, Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Carolina

Punset, Lieve Wierinck

GUE/NHL Jaromír Kohlíček, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis, Xabier Benito Ziluaga

PPE Bendt Bendtsen, Jerzy Buzek, Cristian-Silviu Buşoi, Christian Ehler, András Gyürk, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Janusz Lewandowski, Nadine Morano, Angelika Niebler, Luděk Niedermayer, Aldo Patriciello, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Anna Záborská

S&D José Blanco López, Adam Gierek, Theresa Griffin, Eva Kaili, Jude Kirton-Darling, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Dan Nica, Miroslav Poche, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Florent Marcellesi, Michel Reimon, Claude Turmes

1 -EFDD Jonathan Bullock

11 0ECR Edward Czesak, Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Evžen

Tošenovský

EFDD David Borrelli, Rosa D'Amato, Dario Tamburrano

ENF Mario Borghezio, Christelle Lechevalier

PPE Hermann Winkler

Tifsira tas-simboli użati:+ : favur- : kontra0 : astensjonijiet

PE603.067v01-00 110/110 RR\1137448MT.docx

MT