17
NATIONAL OUTPATIENTS’ SERVICES’ BOOKLET 2017 MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

New Health - 2017 · 2017. 5. 30. · 8 L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla TiegħekServizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-ħtiġijiet ta' aktar minn

  • Upload
    others

  • View
    0

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: New Health - 2017 · 2017. 5. 30. · 8 L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla TiegħekServizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-ħtiġijiet ta' aktar minn

NATIONAL OUTPATIENTS’ SERVICES’

BOOKLET

2017

MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

Page 2: New Health - 2017 · 2017. 5. 30. · 8 L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla TiegħekServizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-ħtiġijiet ta' aktar minn

2

Christopher Fearne

MINISTRU GĦAS-SAĦĦA

Il-qasam tas-saħħa mhux biss dwar operazzjonijiet fl-isptarijiet tagħna, mhux

biss swali attrezzatti u tagħmir mediku tal-għola livell. Il-kura tas-saħħa hija

wkoll dwar il-mediċini li jingħataw lill-pazjenti tagħna u l-aċċess għal dawn il-

mediċini.

Fl-aħħar snin is-servizzi offruti mid-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla

Tiegħek (POYC Unit), żdiedu bil-għan li jkun iffaċilitat l-aċċess għall-mediċni

tal-pazjenti li huma initolati għall-mediċini b’xejn.

Fl-aħħar snin fost oħrajn bdejna skema li permezz tagħha mediċini goffi jew

tqal bdew jiġu mwassla fid-dar tal-pazjent. Din l-iskema qed tagħti kwalita`

ta’ ħajja aħjar lill-pazjenti li qegħdin fuq trattament bħal-Complete Nutritional

Preparation u l-familjari tagħhom.

Presentament, l-iskema nazzjonali għat-tqassim tal-mediċini fid-djar għall-

persuni li għandhom ‘l fuq minn 70 sena qed tkun estiża mal-pajjiż kollu.

Permezz ta’ din l-iskema persuni anzjani u dawk neqsin mill-mobilita`, jekk

irridu, se jkollhom il-mediċini tagħhom imwassla sal-bieb tagħhom mingħajr

ma jkollhom l-iskariġġ li jmorru huma fl-ispiżerija.

Il-POYC wkoll riesqa lejn futur aktar teknoloġiku. Is-sena li għaddiet tfasslet

sistema ġdida li permezz tagħha t-tobba tal-familja jistgħu jiktbu r-riċetta

tagħhom direttament b’mod elettroniku. Illum il-Computer Generated

Prescription qeda tintuża fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha madwar Malta u

Għawdex. Dan huwa servizz li fil-ġejjieni se jkun ukoll qed jiġi estiż għat-

tobba fis-settur privat.

Ix-xogħol li jwettaq id-Dipartiment tal-POYC fost il-180,000 pazjent li

jibbenifikaw u jgawdu mis-servizzi tagħhom, huwa wieħed impekkabbli.

Xogħol li ma kienx ikun possibbli mingħajr tim ta’ nies iddedikati li jaħdmu

għall-għan wieħed - dak li l-pazjent jibqa’ jingħata l-aħjar servizz u f’waqtu.

1.

Page 3: New Health - 2017 · 2017. 5. 30. · 8 L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla TiegħekServizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-ħtiġijiet ta' aktar minn

3

Introduzzjoni

Il-Pharmacy Of Your Choice Unit (POYC), li taqa’ taħt il-

kappa tal-Ministeru tas-Saħħa – hija l-akbar entita’ li,

permezz tal-pjattaforma tal-ICT tagħha, tipprovdi servizzi

farmaċewtiċi b’xejn fuq bażi real-time minn 222 spiżerija fil

-kommunita` flimkien ma servizzi oħra relatati ma’ dan il-

Qasam lil 180,000 pazjent fil-kommunita`; jiġifieri ‘l fuq

minn 33% tal-popolazzjoni ta’ Malta u Għawdex.

Bid-determinazzjoni tradizzjonali tagħha, il-POYC Unit

żammet l-impetu organizzativ tagħha biex barra mill-Iskemi

li diġa tħaddem, imbarkat ukoll fuq diversi inizjattivi ġodda

bil-għan li tkompli tqiegħed lilha nnifisha fost l-aħjar

mudelli lokali tal-ġestjoni tan-negozju fis-settur pubbliku u

dak privat.

Minkejja l-isfidi, ninsabu kunfidenti li bl-għoti tas-setgħa

kontinwa u bl-impenn tat-TIM motivat tagħna, se nkomplu

nkabbru l-effiċjenza sabiex insostnu s-suċċess

intraprenditorjali miksuba għall-benefiċċju tal-partijiet

kollha interessati kif ukoll, u l-aktar importanti, għas-soċjetà

ċivili.

2.

Page 4: New Health - 2017 · 2017. 5. 30. · 8 L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla TiegħekServizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-ħtiġijiet ta' aktar minn

4

DIKJARAZZJONI TA’ IMPENN

‘Il-POYC Unit hija impenjata għall-kisba ta’ eċċellenza,

tal-ogħla servizz ta’ kwalita’ fil-qasam tal-farmaċewtika u

biex tippromwovi servizz fejn il-pazjent dejjem jinżamm

fiċ-ċentru tal-miri tagħha.

Dan l-impenn ukoll ikopri t-titjieb kontinwu fil-kwalita’

tal-operat sabiex is-servizz offrut ikun dejjem f’waqtu u

effiċjenti, filwaqt li jkun jirrifletti il-ħtiġijiet tal-partijiet

interessati kollha li jagħmlu użu mill-POYC Unit.’

3.

Page 5: New Health - 2017 · 2017. 5. 30. · 8 L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla TiegħekServizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-ħtiġijiet ta' aktar minn

5

Servizzi Offruti mill-POYC Unit

1. POYC Call Centre - Client Support Team

2. Servizz Nazzjonali ta’ One Stop Shop

360° One Stop Shop Service Concept

3. L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek

The Pharmacy Of Your Choice National Scheme

4. L-Iskema Nazzjonali - Tqassim tal-mediċini fid-djar 70+

The 70+ Domiciliary Delivery Scheme

5. L-Iskema Nazzjonali - Tqassim ta’ Mediċini goffi jew tqal b’xejn fid-

djar domiċiljari tal-pazjenti li jibenefikaw mill– POYC Scheme

The Domiciliary Delivery of Heavy Pharmaceuticals National Scheme

6. L-Iskema Nazzjonali tal-Exceptional u Named Patient Treatment

The Exceptional and Named Patients’ Treatment National Scheme

7. L-Iskema Nazzjonali għall-Pazjenti bil-kundizzjoni tas-Coeliac

The National Coeliac Scheme

8. “Kun Af Aktar Dwar il-Mediċina Tiegħek” - Programm Edukattiv

għall-Pazjenti fil-Komunita`

A Nationwide Educational Technical Outreach Programme

9. Il-Computer Generated Prescription - Sistema Elettronika li tiġbor it-

trattament mediku f’waqtu

The Computer Generated Prescription - Patients’ Electronic Treatment

Records real-time Update

10. Il-Bank Nazzjonali tal-Informazzjoni elettronika medika tal-

Outpatients fuq bażi ta’ transazzjonijeit fil-pront (real-time basis).

The National Outpatients Data Bank

4.

Page 6: New Health - 2017 · 2017. 5. 30. · 8 L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla TiegħekServizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-ħtiġijiet ta' aktar minn

6

POYC CALL CENTRE - CLIENT SUPPORT TEAM

Il-POYC Call Centre flimkien mal-Client Support Team ġie

mwaqqaf apposta biex joffri pariri u assistenza b'xejn

speċifikament għall–ħtiġijiet tal-pazjenti fil-komunita’.

mit-Tnejn sal-Ġimgħa

8.00am - 1.00pm

Malta: 2248 1800

Gozo: 2215 6448

[email protected]

www.poyc.gov.mt

5.

Page 7: New Health - 2017 · 2017. 5. 30. · 8 L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla TiegħekServizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-ħtiġijiet ta' aktar minn

7

360° ONE STOP SHOP CONCEPT

Bl-introduzzjoni tat-360° One Stop Shop Service fl-2014

ġew eliminati l-proċessi burokratiċi tal-passat u permezz ta’

proċessi ġodda u simplifikati il-pazjenti issa għandhom

aċċess għall–mediċini li huma intitolati għalihom fl-iqsar

żmien possibbli mingħajr ma tkun kompromessa il-

verifikazzjoni u l-kontabilita`.

Taħt it-tmexxija tal-POYC is-servizz tal-One Stop Shop

huwa meqjus bħala wieħed ta’ suċċess kbir li jibbenefikaw

minnu medja ta’ 200 pazjent kuljum u b’hekk ikunu jistgħu

jibdew it-trattament tagħhom dak in-nhar stess.

Is-servizz 360° jinkludi:

a) L-approvazzjoni u l-ħruġ tal-POYC Scheme Membership

Card

b) L-approvazzjoni u l-ħruġ tad-dokument l-isfar marbut mal-

Iskeda V

c) L-approvazzjoni u l-ħruġ tad-dokument marbut mad-Drug

Control Card magħruf bhala l-Kartuna l-Bajda.

Il-POYC Unit joffri ukoll servizz tal-għoti tal-Ġurament f’każ li l-

Kartuna l-Bajda tiġi mitlufa.

Għal aktar informazjoni ċempel

lill- POYC Call Centre

fuq 22481800 jew żur il-website www.poyc.gov.mt

6.

Page 8: New Health - 2017 · 2017. 5. 30. · 8 L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla TiegħekServizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-ħtiġijiet ta' aktar minn

8

L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek

Servizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-

ħtiġijiet ta' aktar minn 150,000 pazjent (33% tal-popolazzjoni

Maltija) li jibbenefikaw mill-mediċini u l-apparat

farmaċewtiku li jingħataw b’xejn mill-Gvern taħt il-

leġiżlazzjoni tal-Iskeda V u l-Iskeda II.

Għal aktar informazjoni ċempel

lill- POYC Call Centre

fuq 22481800 jew żur il-website www.poyc.gov.mt

Il-pazjent għandu jippreżenta

i l - P O Y C S c h e m e

Membership Card flimkien

mad-dokumenti neċessarji

biex jieħu mediċini b’xejn

skond l-intitolament tiegħu

mill-Ispiżeriji fil-Komunita`.

7.

Page 9: New Health - 2017 · 2017. 5. 30. · 8 L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla TiegħekServizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-ħtiġijiet ta' aktar minn

9

Il-pazjenti li għandom ‘l

fuq minn 70 sena u l-

persuni b’diffikulta fil-

mobbilita` jistgħu jiġbru l-

Applikazzjoni biex ikunu

jistgħu jagħmlu użu minn

dan is-servizz mill-

Ispiżerija tagħhom fil-

komunita`.

L-Iskema Nazzjonali - Tqassim tal-Mediċini fid-

Djar Domiċiljari tal-pazjenti 70+

L-Iskema Nazzjonali tal-Exceptional Treatment u

Named Patient Treatment

Skema li bdiet fl-2015 li tiffaċilita’ l-aċċess lill-pazjenti

intitolati għall-mediċini li jaqgħu taħt il-kategoriji ta’

Exceptional u Named Patients’ Treatment biex dawn ikunu

jistgħu jiġbru il-mediċini tagħhom mill-ispiżerija tal-għażla

tagħhom fil-komunita`. Permezz tas-sistema tal-ICT tal-

POYC Unit jiġi assigurat li l-mediċini jaslu f’pakkett

personalizzat u f’waqthom fl-ispiżeriji.

Għal aktar informazjoni ċempel

lill- POYC Call Centre

fuq 22481800 jew żur il-website www.poyc.gov.mt

8.

Page 10: New Health - 2017 · 2017. 5. 30. · 8 L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla TiegħekServizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-ħtiġijiet ta' aktar minn

10

L-Iskema Nazzjonali - Tqassim tal-Mediċini

goffi jew tqal fid-Djar Domiċiljari tal-pazjenti

Din l-iskema bdiet fl-2016 u bħalissa qed jibbenifikaw

minnha ‘l fuq minn 500 pazjent li huma intitolati għall-

Complete Nutritional Preparation.

Fil-ġimgħat li ġejjin huwa mistenni li din l-iskema ser

tiġi estiża għal aktar prodotti farmaċewtiċi.

L-applikazzjoni biex pazjent ikun jista` jagħmel użu

minn dan is-servizz tinġabar mill-Ispiżerija tiegħu fil-

komunita`.

Għal aktar informazjoni ċempel

lill- POYC Call Centre

fuq 22481800 jew żur il-website www.poyc.gov.mt

9.

Page 11: New Health - 2017 · 2017. 5. 30. · 8 L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla TiegħekServizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-ħtiġijiet ta' aktar minn

11

Iskema Nazzjonali għall-Pazjenti bil-kundizzjoni

tas-Coeliac

Din l-Iskema bdiet fl–2015 u qed jibbenifikaw minnha dawk

il-pazjenti li jbatu mill-kondizzjoni kronika tas-Coeliac skond

l-Iskeda V. Dawn il-pazjenti jibbenifikaw minn vouchers ta’

valur monetarju ta’ €45 kull xahar; filwaqt il-pazjenti li

għandhom iktar minn 60 sena u dawk li jirċievu l-għajnuna

soċjali huma intitolati għal €50 kull xahar.

L-iskema toffri

għażla vasta ta’ ditti

u prodotti ta’

mingħajr Glutina li

huma aċċessibbli

minn 69 Operatur

Ekonomiku privat li

qed jipparteċipa

f ’d in l – Iskema

mifruxa f’ 33

lokalita madwar

Malta u Għawdex.

Għal aktar informazjoni ċempel

lill- POYC Call Centre

fuq 22481800 jew żur il-website www.poyc.gov.mt

10.

Page 12: New Health - 2017 · 2017. 5. 30. · 8 L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla TiegħekServizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-ħtiġijiet ta' aktar minn

12

Għal aktar informazjoni jew għall-appuntament

ċempel lill- POYC Call Centre

fuq 22481800 jew ibgħat email fuq

[email protected]

Dan il-programm edukattiv ġie mfassal għall-pazjenti fil–

komunita`. Il-programm joffri tagħrif dwar il-mediċini u t-

trattamenti farmaċewtiċi sabiex jitjieb l-għarfien dwar l-

importanza li jiġu osservati l-istruzzjonijiet professjonali

dwar l-immaniġjar u l-ħażna tal-mediċini fid-djar.

Programm Edukattiv għall-Pazjenti fil-Komunita`

11.

Page 13: New Health - 2017 · 2017. 5. 30. · 8 L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla TiegħekServizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-ħtiġijiet ta' aktar minn

13

Il-Computer Generated Prescription - Sistema

Elettronika li tiġbor it-trattament mediku f’waqtu

Dan il-programm eletroniku ġie imfassal mill-POYC Unit u

introdott fil-Kliniċi tas-Saħħa tal-Kura Primarja biex b’hekk it-

tobba jkollhom aċċess elettroniku għall-Istorja Medika tal-

Pazjent (patients’ electronic treatment record) u jkunu jistgħu

jiktbu l-aħħar kura li jkun ser jingħata l-pazjent

elettronikament. Dan il-programm jinkorpora wkoll il-

Formolarju tal-Gvern biex b’hekk għall-ewwel darba it-tobba

qed ikollhom l-faċilita` li jgħażlu t-trattament mediku li hu

abbinat mal-kundizjoni kronika tal-pazjent skond l-Iskeda V u l-

għażla tal-mediċina tiġi riflessa awtomatikament fuq ir-riċetta

medika.

Għal aktar informazjoni ċempel

lill- POYC Call Centre

fuq 22481800 jew żur il-website www.poyc.gov.mt

12.

Page 14: New Health - 2017 · 2017. 5. 30. · 8 L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla TiegħekServizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-ħtiġijiet ta' aktar minn

14

Il-Bank Nazzjonali tal-Informazzjoni elettronika

medika tal-Outpatients fuq bażi real-time

Illum il-POYC Unit topera f’ambjent elettroniku ta’ ‘real

time’ u permezz ta’ din il-pjattaforma tal-ICT stabbiliet ruħha

bħala l-ewwel Outpatients Data-Bank Nazzjonali.

Bħala Data-Bank hija s-sors ta’ informazzjoni analitika u

statistika għal numru ta’ entitajiet fil-qasam tas-Saħħa.

Il-POYC Unit tgħin ukoll lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-

Istatistika u minn żmien għal żmien tiġi involuta wkoll fi

proġetti Nazzjonali.

Kull informazzjoni li tingħata hija skond il-linji gwida tal-Att

tal-Protezzjoni tad-Data.

Għal aktar informazjoni ċempel

lill- POYC Call Centre

fuq 22481800 jew żur il-website www.poyc.gov.mt

13.

Page 15: New Health - 2017 · 2017. 5. 30. · 8 L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla TiegħekServizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-ħtiġijiet ta' aktar minn

15

Notifikazzjoni:

Il-Goserelin 10.8mg Treatment Record Card

Il-pazjenti fuq dan it-trattament mediku huma ġentilment

imfakkra biex jippreżentaw il-Goserilin 10.8mg Treatment

Record Card lit-tabib meta jkun imisshom jieħdu dan it-

trattament mediku.

Fl-2017 il-POYC Unit

introduċiet i l -Goserelin

10.8mg Treatment Record

Card bil għan lil-pazjenti li

qed jibbenefikaw minn dan it-

trattament mediku jkunu

jistgħu josservaw aħjar il-pjan

t a t - t r a t t a m e n t m ed i k u

tagħhom.

I l - G o s e r e l i n 1 0 . 8 m g

Treatment Record Card

tinagħta mill-Isptar Mater Dei,

mit-360° One Stop Shop tal-

POYC Unit u mill-Ispiżeriji

fil-komunita` skond il-ħtieġa.

Għal aktar informazjoni ċempel

lill- POYC Call Centre

fuq 22481800 jew żur il-website www.poyc.gov.mt

14.

Page 16: New Health - 2017 · 2017. 5. 30. · 8 L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla TiegħekServizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-ħtiġijiet ta' aktar minn

16

X’ irrid niftakar

15.

Page 17: New Health - 2017 · 2017. 5. 30. · 8 L-Iskema Nazzjonali tal-Ispiżerija tal-Għażla TiegħekServizz farmaċewtiku nazzjonali li sal-lum jissodisfa l-ħtiġijiet ta' aktar minn

17 16.