26
Viżjoni komuni g ħall-futur taż- żg ħażag ħ Abbozz tal-Politika Nazzjonali għaż - Żgħażagħ Qafas 2015-2010 Dokument għad-diskussjoni SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT 2014

joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

  • Upload
    others

  • View
    7

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

Page 1: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

Viżjoni komuni għall-futur taż-żgħażagħAbbozz tal-Politika Nazzjonali għaż-ŻgħażagħQafas 2015-2010Dokument għad-diskussjoni

SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIĊERKA, INNOVAZZJONI, ŻGĦAŻAGĦ U SPORT

2014

Page 2: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

Viżjoni komuni għall-futur taż-żgħażagħAbbozz tal-Politika Nazzjonali għaż-ŻgħażagħQafas 2015-2010Dokument għad-diskussjoni

Page 3: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

Dokumentazzjoni: Viżjoni komuni għall-futur taż-żgħażagħAbbozz tal-Politika Nazzjonali għaż-ŻgħażagħQafas 2015-2010 Ippublikat mis-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Policy Advisory GroupMs Miriam Teuma (Chairperson)Dr Andre BorgDr Joanne CassarDr Cory GreenlandMr Andrew MicallefMs Beverly SalibaMr Jason Zammit Data: 2014

Page 4: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

3

Il-Gvern ħa numru ta’ inizjattivi politiċi mmirati biex isaħħu l-għoti ta’ servizzi effettivi u jiżguraw riżultati ta’ kwalità

għal kulħadd. Il-Ministeru tiegħi reċentement ippubblika l-Qafas għall-Istrateġija għall-Edukazzjoni f’Malta 2014-2024, l-iStrategic Plan for the Prevention of Early School Leaving, in-National Employment Policy u l-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd f’Malta u Għawdex (2014-2019). L-iskop ta’ dawn l-inizjattivi huwa li jdaħħlu fis-seħħ ċerti għanijiet u objettivi ċari, akkumpanjati ma’ azzjonijiet li huma speċifiċi, miżurabbli, realistiċi u marbutin biż-żmien, u li se jirriżultaw fi prodotti ta’ kwalità u riżultati. Din il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ, li se tkopri l-perjodu 2015-2020, u hija mmirata biex tagħti appoġġ liż-żgħażagħ ta’ bejn it-13 u t-30 sena, hija inizjattiva politika oħra minn dawn. Bħall-inizjattivi politiċi kollha, il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha, inklużi l-klijenti, hija ta’ importanza vitali. Sabiex politika tkun effettiva u ta’ suċċess dawk kollha kkonċernati għandhom

Daħla

iħossu li hija tagħhom. Il-disinjaturi jridu jaħdmu mill-qrib ma’ dawk li se jimplimentaw il-politika u dawn għandhom imbagħad, iqisu l-impatt li din il-politika se jkollha fuq il-klijent. Dan jirrikjedi pusses konġunt tal-politika kemm fil-fażi tad-disinn kif ukoll fil-fażi tal-implimentazzjoni ta’ din il-politika. Wara din it-tnedija, se norganizzaw diskussjonijiet ma’ ministeri relevanti, entitajiet u partijiet interessati biex niffinalizzaw pjanijiet ta’ azzjoni speċifiċi għall-implimentazzjoni. Se jsir ukoll seminar ta’ konsultazzjoni maż-żgħażagħ u d-diversi partijiet interessati biex jiġi diskuss l-abbozz tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Ninsab kunfidenti li dawk in-nies, il-gruppi u l-organizzazzjonijiet kollha li jaħdmu għaż- u maż-żgħażagħ u li huma impenjati biex jgħinu u jassiguraw kemm il-benesseri kif ukoll l-iżvilupp tagħhom, se jikkontribwixxu u jipparteċipaw b’mod attiv. Il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ hija politika tagħhom daqs kemm hija politika tal-Ministeru tiegħi u tal-Gvern.

EVARIST BARTOLO Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Page 5: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju
Page 6: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

5

Bħala parti mill-politika ta’ parteċipazzjoni demokratika akbar, progress ekonomiku u soċjali ekwu għal kulħadd, u l-pjan għall-

bidla inklussiva, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u s-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, fl-2013 waqqfu Policy Advisory Group sabiex ifasslu politika nazzjonali ġdida għaż- u maż-żgħażagħ.

Il-pjan kien li jitfassal abbozz tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ (li jiffoka fuq il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ bejn it-13 u t-30 sena) għall-konsultazzjoni pubblika, sabiex wara din il-konsultazzjoni dan l-abbozz jgħaddi għall-konsiderazzjoni u l-approvazzjoni tal-Gvern bil-ħsieb li jiġi ppubblikat u tibda l-implimentazzjoni ta’ din il-politika minn Jannar 2015.

Matul din il-konsultazzjoni l-Ministeri kollha relevanti, l-entitajiet, il-Knisja, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi taż-żgħażagħ, nies involuti fil-qasam taż-żgħażagħ u l-pubbliku ġenerali huma parti integrali u indispensabbli.

Għal dan il-Gvern, il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ teħtieġ li tkun imsejsa minn ċerti prinċipji u standards. Huwa importanti li l-għanijiet ġenerali u l-istrateġiji jkunu ċari u jistgħu jinkisbu. Il-politika trid tkun waħda inklussiva: politika li kemm iż-żgħażagħ kif ukoll dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ u għaż-żgħażagħ iħossuha tagħhom. Din għandha tinbena fuq l-għarfien u l-esperjenza tagħna filwaqt li tqis ukoll l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika taż-żgħażagħ fil-livell Ewropew u internazzjonali. Hemm bżonn li jkun hemm enfasi fuq “l-azzjoni” li tagħti “riżultati tanġibbli” sabiex iż-żgħażagħ, il-familji u l-komunitajiet tagħhom jibbenefikaw minn din il-politika fl-istess waqt li jaraw u jaħsdu dawn il-benefiċċji. Madankollu tajjeb li nirrikonoxxu s-settur volontarju taż-żgħażagħ u oqsma relevanti oħra li wkoll għandhom irwol pożittiv u attiv fl-implimentazzjoni tal-politika.

Ninsab kunfidenti li dan l-abbozz għad-diskussjoni, se jissaħħaħ u jitjieb permezz ta’ din il-konsultazzjoni pubblika u meta jiġi ppreżentat lill-Gvern u ppubblikat se jkun għodda effettiva u flessibbli sabiex jgħin liż-żgħażagħ jilħqu l-bżonnijiet u jissodisfaw l-aspirazzjonijiet tagħhom aħjar.

Introduzzjoni

CHRIS AGIUS Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport

Page 7: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

6 Viżjoni komuni għall-futur taż-żgħażagħ

Page 8: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

1. L-isfond u l-kuntest 7

Fit-tfassil ta’ Politika Nazzjonali għaż-Żgħażagħ għall-2015 – 2020, ġew identifikati tliet pilastri separati minn xulxin iżda fl-istess ħin marbutin

ma’ xulxin. Dawn jipprovdu l-isfond u l-kuntest għall-iżvilupp ta’ din il-politika.

L-ewwel wieħed minn dawn il-pilastri huwa r-realtà tal-ħajja taż-żgħażagħ f’Malta llum u kif politika koerenti, li tiġi implimentata b’mod effettiv u tingħata l-appoġġ meħtieġ, tista’ tgħin liż-żgħażagħ fi ħtiġijiethom u fil-milja tal-aspirazzjonijiet tagħhom.

It-tieni pilastru huwa l-iżvilupp tal-politika taż-żgħażagħ matul dawn l-aħħar 20 sena kemm fuq livell Ewropew kif ukoll nazzjonali. L-evoluzzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika taż-żgħażagħ mhux biss ipprovdewlna l-għanijiet li lejhom l-istess politika

L-isfond u l-kuntest

għandha tkun immirata, iżda wkoll il-prinċipji, il-metodoloġiji, l-għodda, u l-appoġġ amministrattiv u finanzjarju.

It-tielet pilastru huwa l-aġenda politika tal-Gvern għal parteċipazzjoni demokratika akbar, progress ekonomiku u soċjali għal kulħadd, kif ukoll il-pjan għall-bidla inklussiva. Din l-aġenda diġà dehret f’pubblikazzjonijiet riċenti, fosthom, il-Qafas għall-iStrateġija għall-Edukazzjoni f’Malta (2014 – 2024), National Employment Policy (2015), il-Green Paper -Struttura għal tnaqqis fil-faqar u għal Inklużoni Soċjali (2014 – 2024), and the National Health Systems Strategy (2014-2020), kif ukoll diversi dokumenti u inizjattivi oħra f’oqsma bħall l-Litteriżmu, l-Early School Leaving, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Kampanja Vot 16.

L-isfond u l-kuntest għall-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ huma bbażati fuq tliet pilastri.

Ir-realtà ta’ ħajjet iż-żgħażagħ f’Malta llum.

L-iżvilupp ta’ politika għaż-żgħażagħ għal dawn

l-aħħar 20 sena kemm fil-livell Ewropew kif ukoll

fil-livell nazzjonali.

Il-politika tal-Gvern għall-parteċipazzjoni demokratika akbar, ugwaljanza ekonomika

and progress soċjali għal kulħadd, u bidla inklussiva.

1

Page 9: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

8 Viżjoni komuni għall-futur taż-żgħażagħ

1.1 Il-vuċi u l-ħajja taż-żgħażagħ f’Malta Iċ-ċensiment tal-2011 jindika li hawn 101,476 persuna fl-etajiet ta’ bejn it-13 u t-30 sena. Minn dawn, 52,288 huma rġiel u 49,188 huma nisa.

Iż-żgħożija spiss titqies bħala perjodu ta’ bidla jew tranżizzjoni – minn tfal għal adulti, minn dipendenza għal indipendenza – li matulu ż-żgħażagħ iridu jaffaċċjaw bidliet personali u soċjoekonomiċi filwaqt li jassumu responsabbiltà personali u impenn soċjali. Din it-tranżizzjoni ġeneralment tkopri l-etajiet minn 13 sa 30 sena u ħafna drabi titqies bħala sensiela ta’ fażijiet ta’ żvilupp.

L-isfond soċjoekonomiku, l-età, il-ġeneru, it-twemmin reliġjuż, l-isfond kulturali, l-etniċità u l-orjentazzjoni sesswali huma wħud mill-karatteristiċi li jagħmlu liż-żgħażagħ differenti minn xulxin. Għalhekk iż-żgħażagħ jeħtieġu riżorsi u diversi tipi ta’ appoġġi, skont il-karatteristiċi, l-aspirazzjonijiet u l-bżonnijiet differenti tagħhom. Madankollu, fost firxa wiesgħa ta’ żgħażagħ Maltin hemm għadd ta’ fatturi komuni fil-fehmiet u fl-imġiba.

L-istudju dwar il-perċezzjonijiet taż-żgħażagħ Maltin dwarhom infushom, il-familji tagħhom, il-komunitajiet u s-soċjetà,1 juri ċar li l-vuċijiet taż-żgħażagħ jistgħu jinstemgħu fuq firxa ta’ suġġetti li jinkludu l-emozzjonijiet u l-imgiba tagħhom, il-ħajja tal-familja u r-relazzjonijiet, is-saħħa u l-benesseri, l-attitudnijiet tagħhom lejn in-nies, il-professjonijiet u l-istituzzjonijiet li jinfluwenzaw ħajjithom, u l-impatt ta’ teknoloġiji ġodda tal-komunikazzjoni u divertiment.

B’mod ġenerali, iż-żgħażagħ f’Malta juru rispett, jobdu l-liġi u għandhom relazzjonijiet sodi mal-ġenituri tagħhom u ma’ ħuthom. Huma motivati, jgħinu lill-oħrajn, u jesprimu l-bżonn u xewqa li jikkomunikaw u jibnu relazzjonijiet man-nies.2

1 Aġenzija Żgħażagħ (2012), Mirrors and Windows: Maltese young people’s perceptions of themselves, their families, communities and society.

2 Ibid.

Madankollu, iż-żgħażagħ u dawk kollha li jaħdmu magħhom u għalihom jaffaċċjaw ukoll għadd ta’ sfidi. Malta għandha l-ogħla livell ta’ żgħażagħ li huma obeżi fost il-pajjiżi tal-UE, bi kważi 9% taż-żgħażagħ li huma affettwati. Filwaqt li l-maġġoranza jgħidu li regolarment jew kultant jagħmlu eżerċizzju fiżiku, minoranza sinifikanti tidher li qatt ma tagħmel xi eżerċizzju fiżiku. Il-maġġoranza taż-żgħażagħ jgħidu li ma jpejpux, iżda jidher li jixorbu l-alkoħol regolarment jew kultant. Infatti, ir-riżultati ta’ studju3 li sar fl-2011 f’36 pajjiż Ewropew indikaw prevalenza għolja ta’ xorb ta’ alkoħol fost iż-żgħażagħ f’Malta, b’sitta minn kull għaxar żgħażagħ jixtru l-alkoħol. Meta mqabblin mal-medja ta’ pajjiżi oħra ż-żgħażagħ f’Malta kellhom l-istess prevalenza ta’ drogi illeċiti, apparti l-kannabis. Madankollu kellhom prevalenza aktar baxxa mill-medja ta’ kull pajjiż rigward it-tipjip ta’ sigaretti, kif ukoll użu ta’ kannabis u ta’ kalmanti bla riċetta tul il-ħajja. Skont stħarriġ nazzjonali dwar l-għarfien, l-attitudni u l-imġiba sesswali, l-età tal-ewwel relazzjoni sesswali fost iż-żgħażagħ Maltin hija ta’ 18. Madwar 41% ta’ dawk bejn 16 u 18-il sena rrappurtaw li kellhom relazzjoni sesswali mill-inqas darba. Ir-rapport tal-Genitourinary Clinic (GU) tal-2012 juri li mal-25% tan-nisa ta’ bejn il-15-25 sena li jattendu l-klinika jagħmlu użu mil-kontraċezzjoni. 26% mill-adolexxenti wkoll irrappurtaw użu konsistenti ta’ kontraċettivi. 6.3% ta’ dawk bejn is-16-18-il sena rrappurtaw li waqt l-ewwel relazzjoni sesswali kienu taħt l-influwenza tal-alkoħol/drogi. Fl-2010, minn total ta’ 255 twelid minn ommijiet taħt l-20 sena, 212 kienu barra ż-żwieġ4. L-adolexxenti li huma ġenituri ħafna drabi la jkunu miżżewġin u lanqas impjegati. Il-qagħda soċjoekonomika hija fattur ewlieni fost l-adolexxenti Maltin li jsiru ġenituri, bi kważi 50% minnhom ġejjin minn sfond soċjoekonomiku baxx.

Il-proporzjon ta’ Maltin bejn l-20 u l-24 sena li temmew l-edukazzjoni postsekondarja żdied b’mod

3 Hibell B., Guttormsson U., Ahlstrom S., Balakireva O., Bjarnason T., Kokkevi A., Kraus L. (2012), The 2011 ESPAD Report Substance Use Among Students in 35 European Countries. Stokkolma: Il-Kunsill tal-Iżvezja għat-Tagħrif dwar l-Alkoħol u Drogi Oħra.

4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.

Page 10: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

1. L-isfond u l-kuntest 9

sinifikanti, minn ftit iżjed minn 40% fis-sena 2000 għal kważi 60% fl-2011: l-akbar żieda fost 36 pajjiż Ewropew5. Id-differenza bejn is-sessi, madankollu, hija fost l-ikbar fl-Unjoni Ewropea, bi kważi 20% aktar studenti rġiel milli nisa jtemmu l-edukazzjoni postsekondarja fl-2011. Madankollu, il-proporzjon ta’ nisa li jiksbu l-kwalifiki f’livell terzjarju huwa ftit ogħla minn dak tal-irġiel6. Kważi 15% taż-żgħażagħ ta’ bejn il-15 u d-29 sena marru barra minn Malta għal skopijiet ta’ tagħlim jew taħriġ fl-2011. Malta, iżda, għandha l-ogħla rata ta’ żgħażagħ li jitilqu mill-iskola kmieni fl-UE – kważi 22.3% fl-20127.

Fl-2013, ir-rata ta’ gradwati Maltin li sabu impjieg bejn sena u tliet snin wara li temmew l-edukazzjoni kienet ta’ aktar minn 90%. Din kienet ogħla mill-medja ta’ 77.7% fl-Unjoni Ewropea8. Fl-istess sena il-persentaġġ ta’ żgħażagħ qiegħda bejn l-etajiet ta’ 15 u 25 sena kien ta’ 15%. Malta għandha l-ħames l-inqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ meta mqabbel mal-UE.

Filwaqt li ż-żgħażagħ Maltin huma interessati u parteċipattivi fir-reliġjon, u pjuttost inqas interessati fil-politika, iż-żgħażagħ jidhru li jinġibdu inqas lejn ir-reliġjon u l-politika istituzzjonalizzata u għandhom aktar fiduċja f’individwi milli f’istituzzjonijiet.9 Hija biss minoranza żgħira li tidher li għandha impenn qawwi lejn partit politiku partikolari, filwaqt li l-biċċa l-kbira jidhru li mhumiex membri ta’ xi partit politiku.

Huwa sinifikanti l-fatt li filwaqt li l-livell ta’ sħubija f’partiti politiċi jidher li hu baxx, il-livell ta’ interess fil-politika jidher li hu ferm ogħla. Dan jixhdu l-fatt li hemm rata partikolarment għolja, ta’ 76%, ta’ votanti fost iż-żgħażagħ ta’ bejn it-18 u t-30 sena.10

5 Kummissjoni Ewropea (2012).6 Università ta’ Malta (2011), Graduate Statistics by Faculty/

Institute, Course & Route, meħud minn www.um.edu.mt/about/uom/facts.

7 Kummissjoni Ewropea (2012).8 Kummissjoni Ewropea (2013), Education and Training Monitor

2013: Malta. Brussell: Kummissjoni Ewropea.9 Aġenzija Żgħażagħ (2012).10 Kummissjoni Ewropea (2013), European Youth: Participation in

Democratic Life. Brussell: Kummissjoni Ewropea.

Ix-xogħol volontarju u fil-komunità, l-interess fil-kultura u l-arti, kif ukoll l-attivitajiet sportivi mhumiex komuni fost iż-żgħażagħ daqskemm forsi wieħed jaħseb jew jixtieq. B’mod ġenerali, jidher li ż-żgħażagħ m’għandhomx wisq impenn lejn għaqdiet u NGOs, tant li inqas minn 20% huma msieħba f’għaqdiet u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.11 Madankollu, Malta għandha waħda mill-ogħla rati ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-NGOs fl-Unjoni Ewropea.12

F’termini materjali, ħafna miż-żgħażagħ jgħixu d-dar, għandhom kompjuter jew laptop, mowbajl u aċċess għall-internet f’darhom, u jonfqu nofs flushom fuq id-divertiment, ix-xiri u s-safar.13 Hija evidenti ħafna l-importanza li dejjem tikber fit-teknoloġija tal-komunikazzjoni – l-internet u l-mowbajl – fil-ħajja taż-żgħażagħ. L-internet jintuża l-aktar għal networking soċjali, ittri elettroniċi, chatting jew studju.

Fil-parti l-kbira tagħhom iż-żgħażagħ iqattgħu l-ħin liberu tagħhom mal-familja u l-ħbieb. Attivitajiet oħra komuni fosthom huma li jaraw it-televixin jew xi DVD, ifittxu fl-internet, networking soċjali, u jċemplu jew jibagħtu messaġġi lill-ħbieb.

Filwaqt li l-qari ta’ kuljum jidher li huwa komuni fost il-maġġoranza taż-żgħażagħ, iżda hemm minorità sostanzjali li tidher li ma taqrax kuljum.14 Jidher ukoll li hemm prefernza għall-qari bl-Ingliż milli bil-Malti.15

Minn dawk li għandhom bejn il-15 u t-30 sena, 38% imorru jimxu regolarment, jirkbu r-rota jew jagħmlu xi attività sportiva oħra fil-ħin liberu tagħhom16. Il-persentaġġ ta’ żgħażagħ Maltin li jagħmlu l-isport regolarment fil-ħin liberu huwa relattivament baxx meta mqabbel ma’ pajjiżi oħra Ewropej.17

11 Aġenzija Żgħażagħ (Ibid).12 Kummissjoni Ewropea (2012).13 Aġenzija Żgħażagħ (Ibid).14 Aġenzija Żgħażagħ (2012).15 Ibid (2012).16 Kummissjoni Ewropea u Kunsill tal-Ewropa (2009). Lifestyles and

Living Conditions. Franza: Kunsill tal-Ewropa.17 Ibid.

Page 11: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

10 Viżjoni komuni għall-futur taż-żgħażagħ

Fir-rigward ta’ attivitajiet kulturali, Malta għandha waħda mill-aktar rati baxxi fl-Unjoni Ewropea ta’ żgħażagħ li jżuru l-mużewijiet u l-galleriji tal-arti u li jmorru t-teatru, jisimgħu xi opra jew jaraw wirja ta’ żfin.18 Madankollu l-attendenza fiċ-ċinema jew għal kunċerti tidher li hi aktar regolari.

Filwaqt li fil-maġġoranza tagħhom iż-żgħażagħ qed jieħdu benefiċċji mis-servizzi edukattivi, soċjali u tas-saħħa, oħrajn għandhom aċċess limitat għall-edukazzjoni u x-xogħol u qegħdin f’riskju ta’ faqar, qgħad, inugwaljanza bejn is-sessi, mard, abbuż minn sustanzi, u vjolenza. Bejn l-2008 u l-2010, Malta kellha waħda mill-ogħla rati fl-Unjoni Ewropea ta’ żgħażagħ bejn it-18 u l-24 sena li kienu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali.19 Ir-rata ta’ żgħażagħ taħt it-18-il sena f’riskju ta’ faqar kienet ta’ 23% fl-2012.20

Bħala medja, il-minorenni Maltin li jidhru quddiem il-Qorti li jkollhom 15-il sena, normalment iwettqu offiżi kontra persuni fil-komunità tagħhom, u jingħataw ordni ta’ probazzjoni.21 In-numru ta’ każijiet fil-qrati tal-minorenni f’Malta u Għawdex żdied minn 49 fl-2006 għal 110 fl-2011. Iż-żgħażagħ li tressqu l-Qorti għandhom it-tendenza li jiġu minn inħawi żvantaġġati, ikollhom problemi fil-familja, ikunu taħt pressjoni mill-ħbieb, u jirrikorru għar-ritaljazzjoni bħala mezz ta’ ribelljoni.

F’Malta, l-orjentazzjoni sesswali u l-identità ġenerika huma rikonoxxuti bħala bażi ta’ diskriminazzjoni f’konformità mal-liġijiet Ewropej u nazzjonali. Għalkemm l-evidenza tissuġġerixxi li b’mod ġenerali ż-żgħażagħ jittolleraw lil persuni omosesswali, il-maġġoranza ma jqisux lil koppji gay u lesbjani li jgħixu flimkien bħala familja.22 Żgħażagħ LGBT qalu li “dejjem” jew “spiss” ħbew

18 Kummissjoni Ewropea (2011), Youth on the Move: Analytical Report. Flash Eurobarometer 319a. Brussell: Kummissjoni Ewropea.

19 Kummissjoni Ewropea (2012)20 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2013), Income and Living

Conditions 2012. Malta: Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.21 Testa J. (2013), Young People and Sexual Offending in Malta.

Dissertazzjoni għall-MA mhux pubblikata, Università ta’ Malta.22 Aġenzija Żgħażagħ (ibid)

l-orjentazzjoni sesswali tagħhom sakemm kienu għadhom l-iskola.23

Hawn madwar 5,000 żagħżugħ ta’ bejn it-13 u d-29 sena li għandhom diżabilità. Iż-żgħażagħ Maltin b’diżabilità jħossu li fis-soċjetà Maltija għad hawn attitudnijiet li jillimitawlhom l-għażliet tagħhom fil-ħajja ta’ kuljum, u li l-inklużjoni hija limitata.

L-immigranti li jiġu Malta, jew dawk li jiġu jfittxu ażil, bħala medja jkollhom bejn 25 u 35 sena. Inqas minn 3% tal-popolazzjoni taż-żgħażagħ f’Malta huma nies minn barra l-UE.24 Fl-2010 kien hawn 431 raġel u 313-il mara li kienu migranti u li kellhom bejn il-15 u l-24 sena.

1.2 L-iżvilupp tal-politika għaż-żgħażagħ f’Malta u fl-EwropaGħaddew aktar minn 20 sena minn meta ġiet ippubblikata l-ewwel politika taż-żgħażagħ fl-1993. Minn dak iż-żmien ’l hawn f’Malta seħħu bidliet kbar, inkluż l-isħubija fl-Unjoni Ewropea fl-2004.

L-ewwel Politika Nazzjonali għaż-Żgħażagħ (1993), kif ukoll it-tieni dokument tal-1998 kellhom l-għan li jipprovdu liż-żgħażagħ u lil dawk li jfasslu l-politika għanijiet ċari fl-iżvilupp politiku, soċjali u ekonomiku tan-nazzjon. Dak iż-żmien il-Ministru responsabbli miż-żgħażagħ kellu r-responsabbiltà li jimplimenta l-politika bl-appoġġ tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, l-għaqdiet volontarji taż-żgħażagħ kemm lokali u kemm nazzjonali, kif ukoll il-Youth Section fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni.

Il-Politika Nazzjonali għaż-Żgħażagħ (2004), li ġiet ippublikata wara rapport mill-Kunsill tal-Ewropa dwar il-politika taż-żgħażagħ f’Malta minn grupp internazzjonali ta’ esperti, kompliet fuq it-temi tad-dokumenti preċedenti. L-għanijiet tagħha kienu li tassigura l-ġustizzja soċjali, l-opportunitajiet u l-ugwaljanza; tippromovi l-awtentiċità tal-identità,

23 L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (2013), European Union lesbian, gay, bisexual and transgender survey. Lussemburgu: Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

24 Kummissjoni Ewropea (2012)

Page 12: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

1. L-isfond u l-kuntest 11

id-diversità u l-indipendenza responsabbli taż-żgħażagħ, kif ukoll tippromovi ċittadinanza u parteċipazzjoni attiva. L-aktar fattur sinifikanti tad-dokument tal-2004, kien ir-referenza għall-ħtieġa tat-twaqqif ta’ Aġenzija Nazzjonali taż-Żgħażagħ.

Il-Politika Nazzjonali għaż-Żgħażagħ (2010 – 2013) sussegwenti kellha għadd ta’ fatturi sinifikanti. L-ewwel nett kienet imsejsa fuq konsultazzjoni wiesgħa ma’ dawk kollha involuti. It-tieni, stabbiliet l-għodda għall-implimentazzjoni ta’ din l-istess politika, permezz ta’ Aġenzija Żgħażagħ. It-tielet, saret fl-istess żmien ta’ inizjattiva fi ħdan l-Unjoni Ewropea – il-Qafas Imġedded għal Koperazzjoni Ewropea fil-Qasam taż-Żgħażagħ (2010 – 2018). Kienet ukoll l-ewwel politika għaż-żgħażagħ li tqiegħdet fil-kuntest ta’ konvenzjonijiet tal-Ġnus Magħquda u tal-politika Ewropea dwar iż-żgħażagħ.

Qabel l-2001, il-politika għaż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea kienet tiffoka l-aktar fuq programmi speċifiċi għaż-żgħażagħ, bħal Youth for Europe, li tnieda fl-1988. Madankollu, il-White Paper dwar iż-żgħażagħ (2001) ipproponiet aktar koperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ u identifikat erba’ prijoritajiet: il-parteċipazzjoni, l-informazzjoni, l-attivitajiet volontarji u l-għarfien dwar iż-żgħażagħ.

Fl-2002, wara l-pubblikazzjoni tal-White Paper, kien hemm qbil dwar Qafas għal Koperazzjoni Ewropea fil-Qasam taż-Żgħażagħ. Dan il-qafas ġdid kien jittratta tliet temi ewlenin:

Iż-żgħażagħ bħala ċittadini attivi;L-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-soċjetà u fuq il-post tax-xogħol;L-inklużjoni tad-dimensjoni taż-żgħażagħ fit-tfassil ta’ policies oħra relatati.

Wara konsultazzjoni u valutazzjoni tal-impatt fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat strateġija ġdida għaż-Żgħażagħ - Investing and Empowering - fl-2008. B’riżultat ta’ dan ġie addottat qafas ġdid għall-koperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018) mill-Ministri taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea f’Novembru 2009.

L-għanijiet ġenerali tal-qafas il-ġdid huma dwar:i. aktar opportunitajiet indaqs għaż-żgħażagħ kollha

fl-edukazzjoni u fis-suq tax-xogħol; u ii. l-promozzjoni ta’ ċittadinanza attiva, l-inklużjoni

soċjali u s-solidarjetà għaż-żgħażagħ kollha.

Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, jinħtieġ l-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ żewġ binarji:i. inizjattivi speċifiċi fil-qasam taż-żgħażagħ

– jiġifieri politika u azzjonijiet immirati speċifikament lejn iż-żgħażagħ f’oqsma bħat-tagħlim mhux formali, il-ħidma fost iż-żgħażagħ, il-mobilità u l-informazzjoni; u

ii. inizjattivi li permezz tagħhom jiġu kkunsidrati kwistjonijiet marbutin maż-żgħażagħ meta tkun qegħda tiġi mfassla jew tiġi implimentata u evalwata l-politika u azzjonijiet f’oqsma oħra li għandhom impatt fuq il-ħajja taż-żgħażagħ.

L-oqsma ewlenin fejn għandhom jittieħdu l-inizjattivi huma: l-edukazzjoni u t-taħriġ, ix-xogħol u l-intraprenditorjat, is-saħħa u l-benesseri, il-parteċipazzjoni, l-attivitajiet volontarji, l-inklużjoni soċjali, iż-żgħażagħ u d-dinja ta’ madwarhom, u l-kreattività u l-kultura.

Il-metodi li għandhom jitħaddmu fil-kuntest tal-koperazzjoni Ewropea huma: ċikli ta’ xogħol ta’ tliet snin; prijoritajiet maqbula u għodda għall-implimentazzjoni (tkabbir ta’ għarfien u politika bbażata fuq evidenza; rappurtaġġ tal-progress; tixrid ta’ riżultati; moniteraġġ tal-proċess; konsultazzjonijiet u djalogu strutturat maż-żgħażagħ u mal-għaqdiet taż-żgħażagħ; u mobilizzazzjoni ta’ programmi u fondi tal-Unjoni Ewropea). L-irwol partikolari tax-xogħol maż-żgħażagħ hu rikonoxxut ukoll.

Kien hemm ukoll għadd ta’ żviluppi sinifikanti oħra fuq livell Ewropew b’rabta mal-iżvilupp ta’ politika għaż-żgħażagħ. Europe 2020 - A European Strategy for Smart, Sustainable and Inclusive Growth identifika għaxar inizjattivi ewlenin li waħda minnhom, Youth on the Move, għandha l-għan li żżid ir-rata tal-impjiegi fost iż-żgħażagħ billi tagħmel l-edukazzjoni u t-taħriġ iżjed relevanti għall-ħtiġijiet taż-żgħażagħ, tinkoraġġixxi aktar żgħażagħ biex japprofittaw ruħhom minn għotjiet tal-Unjoni

Page 13: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

12 Viżjoni komuni għall-futur taż-żgħażagħ

Ewopea għal studju jew taħriġ f’pajjiżi barranin, u tinkoraġġixxi lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea biex jieħdu passi favur is-simplifikazzjoni tat-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għax-xogħol.

Erasmus+, il-qafas ġdid li joffri appoġġ finanzjarju għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (2014 – 2020) jiffoka fuq il-mobilità fit-tagħlim, il-koperazzjoni għall-innovazzjoni u l-iskambju ta’ prattika tajba u appoġġ għar-riforma tal-politika taż-żgħażagħ.

Agenda 2020, il-politika għaż-żgħażagħ tal-Kunsill tal-Ewropa, tagħti prijorità lid-drittijiet tal-bniedem u lid-demokrazija, l-għajxien flimkien f’soċjetajiet differenti, u l-inklużjoni soċjali għaż-żgħażagħ. Tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat li ż-żgħażagħ igawdu b’mod sħiħ id-drittijiet u d-dinjità tagħhom, billi jkunu megħjuna biex fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum jippromwovu d-diversità kulturali, djalogu u koperazzjoni interkulturali, u l-integrazzjoni ta’ żgħażagħ esklużi.

1.3 Il-politika tal-Gvern għal parteċipazzjoni demokratika akbar, progress ekonomiku u soċjali ndaqs għal kulħadd, u tibdil inklussivFilwaqt li konxji tal-iżvilupp tal-politika taż-żgħażagħ tul dawn l-aħħar għoxrin sena fuq livell nazzjonali u Ewropew, u filwaqt li pprova jibni fuq il-kisbiet tal-imgħoddi, il-Gvern – fid-dawl tal-politika tiegħu favur aktar parteċipazzjoni demokratika, progress ekonomiku u soċjali ekwu għal kulħadd, u l-pjan għal tibdil inklussiv – iddeċieda li jaddotta mod ġdid kif jiżviluppa politika nazzjonali għaż-żgħażagħ u maż-żgħażagħ. Għalhekk, il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Impjiegi u s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport waqqfu Policy Advisory Group bl-inkarigu li jabbozza politika nazzjonali ġdida għaż-żgħażagħ u maż-żgħażagħ.

Il-Policy Advisory Group kien mitlub iħejji abbozz ta’ politika nazzjonali għaż-żgħażagħ għall-kunsiderazzjoni tal-Ministeru u għall-konsultazzjoni mal-Ministeri u l-entitajiet kollha relevanti, il-Knisja, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, l-NGOs taż-

żgħażagħ, l-istakeholders fil-qasam taż-żgħażagħ, u l-pubbliku ġenerali.

Fil-preparazzjoni u l-abbozzar ta’ dan il-qafas tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ, il-Gvern enfasizza lill- Policy Advisory Group li l-prinċipji bażiċi, l-għan globali, l-objettivi u l-karatteristiċi ewlenin u komponenti tal-approċċ tal-politika jeħtieġu li jiġu msejsa fuq: inklussività, il-kisbiet tal-passat u prattiki tajba, riżultati identifikabbli għaż-żgħażagħ, irwoli definiti b’mod ċar għall-Ministeri u entitajiet relevanti, il-kuntest Ewropew u internazzjonali, il-kapaċità istituzzjonali effettiva, ir-riċerka u tiswir tal-għarfien, u l-irwol pożittiv li kellhom mis-settur taż-żgħażagħ volontarju u s-settur privat.

Page 14: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

2. Il-viżjoni għall-ġejjieni 13

2.1 Il-viżjoniKull persuna żagħżugħa għandha tkun rispettata, apprezzata u mismugħa; għandha tkun appoġġjata u inkoraġġuta biex tibni relazzjonijiet personali u soċjali li jissodisfawha u biex tiżviluppa l-ħiliet u t-talenti tagħha għall-ġid tagħha stess kif ukoll tal-komunità u tas-soċjetà fejn tgħix.

2.2 Il-valuriFit-twettiq ta’ din il-viżjoni għall-ġejjieni taż-żgħażagħ, dawn il-valuri li ġejjin se jkunu integrati fl-aspetti kollha tal-politika nazzjonali għaż-żgħażagħ u fl-implimentazzjoni tagħha.

Ir-rispett lejn l-inidividwalità, il-valur u d-dinjità ta’ kull persuna żagħżugħa, irrispettivament mill-ġeneru, it-twemmin, l-etniċità, il-ħiliet, l-isfond soċjoekonomiku u l-orjentazzjoni sesswali tagħha; ir-rispett lejn id-dritt ta’ kull persuna żagħżugħa li ssemma’ leħinha u li tkun infurmata b’dak kollu li jikkonċernaha; u r-rispett lejn id-dritt tagħha li tiddeċiedi hi dwar il-ġejjieni u l-kuntentizza tagħha.

Ir-rikonoxximent tat-twemmin, il-kultura u l-esperjenzi komuni tal-poplu Malti u d-drittijiet u l-prinċipji elenkati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u d-Dikjarazzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

Appoġġ sostnut għaż-żgħażagħ kollha biex jiżviluppaw il-ħiliet u t-talenti fiżiċi, intellettwali u emozzjonali tagħhom; jimxu ’l quddiem fiżikament, mentalment, emozzjonalment u spiritwalment; jilħqu l-potenzjal u l-aspirazzjonijiet tagħhom u jaqdu l-ħtiġijiet tagħhom.

Is-solidarjetà taż-żgħażagħ, tal-familji u tal-komunitajiet sabiex ikun żgurat li ż-żgħażagħ ikollhom parteċipazzjoni attiva, sens ta’ responsabbiltà u mħabba, u l-ħila li jibnu relazzjonijiet sodi mal-ġenituri, ma’ ħuthom, mal-ħbieb u fid-dar, fl-iskola, fil-post tax-xogħol u fil-komunità.

Il-viżjoni għall-ġejjieni

2

Page 15: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

14 Viżjoni komuni għall-futur taż-żgħażagħ

2.3 Il-prinċipjiDawn il-valuri jkunu msejsin fuq il-prinċipji li ġejjin:Ir-rispons. L-istakeholders ewlenin bħall-Gvern, il-Knisja, is-soċjetà ċivili, u s-settur pubbliku u s-setturprivat, għandhom jirrispondu għall-ħtiġijiet taż-żgħażagħ u jaġixxu fl-aħjar interess tagħhom biex jilħqu l-massimu tal-potenzjal tagħhom.L-aċċess. Iż-żgħażagħ għandhom ikollhom aċċess user-friendly għal servizzi ta’ kwalità u għal opportunitajiet indaqs biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fis-soċjetà.Il-parteċipazzjoni. Iż-żgħażagħ għandhom ikunu kkonsultati u involuti fl-ippjanar u fit-teħid tad-deċiżjonijiet bħala parteċipanti attivi fl-iżvilupp tagħhom infushom u ta’ dak tas-soċjetà.L-inklużjoni. Dak kollu li jfixkel il-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fl-oqsma politiċi, edukattivi, soċjali u ekonomiċi għandu jitneħħa u jittieħdu passi pożittivi li jiżguraw li ż-żgħażagħ ma jkunux esklużi direttament jew indirettament.L-integrazzjoni. L-istakeholders ewlenin bħall-Gvern, il-Knisja, is-soċjetà ċivili, is-settur pubbliku u s-settur privat għandhom jikkoperaw u jikkordinaw l-isforzi tagħhom biex jiżguraw impatt akbar meta jappoġġjaw l-iżvilupp taż-żgħażagħ u jgħinuhom jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.Id-diversità. L-isfondi u l-identitajiet diversi taż-żgħażagħ għandhom jiġu rikonoxxuti u rispettati, filwaqt li jingħata għarfien lill-irwol pożittiv li jistgħu jkollhom fl-iżvilupp emozzjonali, soċjali, kulturali u spiritwali tagħhom.Empowerment. Iż-żgħażagħ għandhom ikunu megħjuna biex jieħdu l-kontroll ta’ ħajjithom, ikunu responsabbli għad-deċiżjonijiet u l-aġir tagħhom, ifasslu l-futur tagħhom u joħolqu bidla soċjali pożittiva.L-ugwaljanza. Kull persuna żagħżugħa għandha l-istess valur u għandha tingħata l-istess rispett, dinjità u opportunità irrispettivament mill-età, l-esperjenza, il-ġeneru, l-oriġini, ir-reliġjon, l-orjentazzjoni sesswali, l-etniċità, il-karatteristiċi fiżiċi u intellettwali, jew l-istatus ekonomiku.

Page 16: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

3. It-twettiq ta’ din il-viżjoni 15

It-twettiq ta’ din il-viżjoni

3Fit-twettiq ta’ din il-viżjoni, l-isfidi u l-opportunitajiet li jaffaċċjaw iż-żgħażagħ tal-lum f’dinja dejjem aktar globalizzata jridu jiġu kkunsidrati u Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ għandha tkun artikolata u implimentata sabiex tagħti l-appoġġ meħtieġ liż-żgħażagħ ħalli jegħlbu dawn l-isfidi u jgawdu dawn l-opportunitajiet.

3.1 L-isfidi u l-opportunitajiet taż-żgħażagħ tal-lumIl-konfini soċjali u kulturali li għal żmien twil kienu jiddistingwu bejn it-tfulija, iż-żgħożija u l-ħajja adulta llum m’għadhomx daqshekk ċari. It-tfal qed jiżviluppaw fiżikament b’rata aktar mgħaġġla minn qabel u permezz tal-internet għandhom aċċess għal dinja virtwali lil hinn mill-familja u l-komunità immedjata tagħhom. Qed jikbru f’dinja b’aktar diversità kulturali. Il-perjodu ta’ tranżizzjoni mit-tfulija għall-ħajja adulta qed ikun estiż u aktar kumpless. It-tranżizzjoni mill-edukazzjoni għall-impjieg tirrifletti dawn il-kumplessitajiet b’mod partikolari. Tradizzjonalment iż-żgħażagħ kienu jgħaddu mill-edukazzjoni jew it-taħriġ formali għax-xogħol, bil-ġeneru u l-isfond soċjoekonomiku jkunu fatturi determinanti ewlenin. Illum l-edukazzjoni u x-xogħol spiss qegħdin iseħħu simultanjament, filwaqt li t-taħriġ mill-ġdid jew it-tagħlim tul il-ħajja qed isiru komuni fost l-adulti.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-ħajja personali taż-żgħażagħ, in-norma tradizzjonali kienet li wara l-adolexxenza jgħaddu għal għerusija eterosesswali

u mbagħad għaż-żwieġ u t-trobbija tal-ulied. Għalkemm din għadha n-norma għall-parti l-kbira taż-żgħażagħ, aktar żgħażagħ illum qed jagħmlu għażliet differenti dwar stil ta’ ħajja, relazzjonijiet, sesswalità, divertiment u nfiq ta’ flus. B’riżultat ta’ dan, il-familja nfisha qed tgħaddi minn bidla.

Filwaqt li ż-żgħażagħ tal-lum jista’ jkun li għandhom aktar libertà u għażliet mill-ġenerazzjonijiet ta’ qabilhom, l-isfidi u l-pressjonijiet li jħabbtu wiċċhom magħhom huma sinifikanti wkoll. Il-pressjoni mill-ħbieb, dak li jistennew minnhom il-ġenituri, l-istress tal-eżamijiet, is-cyber bullying, kwistjonijiet ta’ saħħa, l-użu ħażin ta’ ċerti sustanzi, u l-ġibda lejn kultura konsumista – x’għandek tixtri, x’għandek tilbes, x’għandek tisma’, x’għandek tara – huma biss ftit mill-isfidi u l-pressjonijiet li jaffaċċjaw iż-żgħażagħ tal-lum.

Din ix-xejra lejn aktar għażla u aktar libertà individwali tidher ukoll f’dak li għandu x’jaqsam ma’ moralità personali, sistemi ta’ twemmin u mġiba pubblika. Iż-żgħażagħ saru aktar xettiċi u dubjużi fil-konfront ta’ istituzzjonijiet reliġjużi u politiċi.

Madankollu, il-parti l-kbira taż-żgħażagħ Maltin jaffaċċjaw dawn il-bidliet, l-isfidi u l-pressjonijiet b’kunfidenza u determinazzjoni. L-evidenza tissuġġerixxi li b’mod ġenerali ż-żgħażagħ għandhom sisien emozzjonali, kulturali u spiritwali sodi li, flimkien mal-appoġġ tal-familja, tal-komunità, tal-Istat, tal-Knisja u tas-soċjetà,

Page 17: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

16 Viżjoni komuni għall-futur taż-żgħażagħ

jgħinuhom jaffaċċjaw il-ġejjieni b’kunfidenza u determinazzjoni.

3.2 L-għanijiet tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ (2015-2020)

Il-politika taż-żgħażagħ, kif evolviet fuq il-livell Ewropew u dak internazzjonali, għandha żewġ dimensjonijiet marbutin ma’ xulxin.

L-ewwel wieħed minn dawn huma dawk li spiss jissejħu core elements, bħall-edukazzjoni mhux formali, il-parteċipazzjoni, il-mobilità u l-informazzjoni. Ix-xogħol maż-żgħażagħ huwa l-proċess użat li permezz tiegħu jseħħ it-tagħlim mhux formali. Ix-xogħol maż-żgħażagħ jista’ jiġi deskritt bħala programm, proġett jew attività ta’ tagħlim immirat lejn l-iżvilupp personali, soċjali u politiku taż-żgħażagħ, u msejjes fuq is-sehem volontarju tagħhom u fuq relazzjonijiet ta’ rispett u appoġġ reċiproku bejn iż-żgħażagħ u l-adulti, u mibni fuq relazzjoni soda ta’ xogħol bejn il-persuna żagħżugħa l-ħaddiema maż-żgħażagħ.

It-tieni, il-politika taż-żgħażagħ għandha aspett transettorjali. Dan ifisser li l-politika taż-żgħażagħ għandha tinvolvi u tikkontribwixxi għal dawk l-oqsma ta’ politika li għandhom impatt fuq il-ħajja, l-iżvilupp u l-benesseri taż-żgħażagħ: l-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, is-saħħa, benesseri soċjali, arti u kultura, volontarjat u l-bqija.

Waqt li tikkunsidra l-ħajja dejjem tinbidel taż-żgħażagħ f’Malta llum, kif ukoll il-ħtieġa ta’ strateġiji effettivi biex jappoġġjawhom, il-Politika Nazzjonali għaż-Żgħażagħ (2015 – 2020) tiffoka fuq dawk kollha li għandhom bejn it-13 u t-30 sena u għandha żewġ għanijiet marbutin ma’ xulxin:

li tappoġġja u tinkoraġġixxi b’mod effettiv lill-inidividwu żagħżugħ biex jilħaq il-potenzjal u l-aspirazzjonijiet tiegħu filwaqt li tindirizza l-ħtiġijiet tiegħu; uli tagħti appoġġ effettiv liż-żgħażagħ bħala ċittadini attivi u responsabbli li jipparteċipaw b’mod sħiħ u jikkontribwixxu fil-ħajja soċjali, ekonomika u kulturali ta’ pajjiżhom u tal-Ewropa.

Strateġija 1 Xogħol maż-

żgħażagħ u servizzi għaż-żgħażagħ Strateġija 2

Appoġġ transettorjali

għaż-żgħażagħ

3.3 L-implimentazzjoni tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ (2015-2020)Filwaqt li l-Ministeri u l-entitajiet relevanti kollha se jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika dwar iż-żgħażagħ skont il-portafolli rispettivi tagħhom, l-akbar responsabbiltà taqa’ fuq il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Impjiegi u s-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, jew xi Ministeru ieħor bl-istess responsabbiltajiet.

Il-politika se tiġi implimentata permezz ta’ żewġ strateġiji speċifiċi iżda dipendenti fuq xulxin li jikkumplimentaw liż-żewġ għanijiet tal-istess politika.

Kull waħda miż-żewġ strateġiji se jkollhom numru ta’ Pjanijiet ta’ Azzjoni li permezz tagħhom azzjonijiet speċifiċi se jkunu qegħdin jitwettqu u jiġu implimentati matul is-sitt snin li l-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ ser tkun fis-seħħ.

Page 18: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

3. It-twettiq ta’ din il-viżjoni 17

3.3.1 Strateġija 1 -Xogħol maż-żgħażagħ u servizzi għaż-żgħażagħ Servizzi, programmi, proġetti u attivitajiet b’appoġġ għaż-żgħażagħ u għall-għaqdiet taż-żgħażagħIl-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Impjiegi u s-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport se jkollhom ir-responsabbiltà li jimplimentaw l-ewwel strateġija, filwaqt li l-Aġenzija Żgħażagħ se tkun responsabbli

PJAN TA’ AZZJONI - Spazji ġodda fil-komunità lokali għaż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.Jinħloqu spazji u faċilitajiet ġodda fil-komunitajiet lokali biex jappoġġjaw l-iżvilupp taż-żgħażagħ permezz tal-involviment attiv tagħhom u l-parteċipazzjoni f’opportunitajiet ta’ tagħlim mhux formali.

L-infrastruttura u r-riżorsi umani taċ-Ċentri ta’ Attività għaż-Żgħażagħ ta’ Villa Psaigon u Marsaxlokk, il-Youth Cafes tal-Qawra, l-Imsida, il-Kottonera u l-Belt u Youth Information One-Stop Shop se jkunu żviluppati u mtejba aktar u l-ħinijiet tal-ftuħ se jiġu estiżi wkoll.Minbarra l-Youth Hubs f’Santa Venera u l-MCAST, se jinfetħu Youth Hubs ukoll fil-kulleġġi u istituzzjonijiet postsekondarji oħra inkluż il-Junior College, il-Higher Secondary tan-Naxxar u Għawdex u l-Istitut għall-Istudji Turistiċi.Is-servizzi għaż-żgħażagħ se jiġu estiżi biex jinkludu l-iskejjel sekondarji. Se jinfetħu Youth Cafe u Youth Information-One-Stop Shop f’Għawdex. Youth Village se jipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ appoġġ, programmi, attivitajiet u riżorsi għaż-żgħażagħ u ħaddiema maż-żgħażagħ f’faċilità ddisinjata apposta u ċentralizzata f’Santa Venera.

PJAN TA’ AZZJONI - Sensibilizzazzjoni, nisimgħu u nappoġġjaw il-vuċijiet taż-żgħażagħJinħloqu inizjattivi u opportunitajiet li jsaħħu kuxjenza soċjali u politika għaż-żgħażagħ u li joħolqu spazju għall-vuċi tagħhom dwar kwistjonijiet li għandhom impatt fuq ħajjithom tinstema’.

Azzjonijiet propostiIl-portal ta’ informazzjoni għaż-żgħażagħ u l-appoġġ ta’ servizz online Kellimni.Com se jiġu żviluppati aktar. Il-Karta Ewropea taż-Żgħażagħ se tiġi promossa aktar bil-ħsieb li jżidu l-għadd ta’ żgħażagħ li jużaw il-karta għal 10,000.Id-djalogu strutturat se jiġi estiż bl-għan li jinvolvi aktar żgħażagħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ permezz ta’ kampanji, dibattiti, vox pops fuq kwistjonijiet li għandhom impatt fuq ħajjet iż-żgħażagħ. Jibda programm edukattiv għall-Votazzjoni 16 flimkien ma’ proġetti oħra biex jiżdied l-għarfien politiku u l-parteċipazzjoni demokratika taż-żgħażagħ li jkomplu jissaħħu fil-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ. Sensibilizzazzjoni dwar ir-responsabbiltajiet u l-aċċess għad-drittijiet taż-żgħażagħ.

għall-ippjanar strateġiku u l-operat ta’ kuljum fl-implimentazzjoni tal-istrateġija.

L-enfasi f’dan l-approċċ se jkun fuq l-appoġġ għall-iżvilupp personali taż-żgħażagħ permezz tat-twettiq ta’ proġetti, inizjattivi u attivitajiet imsejsin fuq ix-xogħol maż-żgħażagħ u l-edukazzjoni mhux formali, kif ukoll fuq l-informazzjoni għaż-żgħażagħ, il-parteċipazzjoni u l-mobilità kif stipulat fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni li ġejjin:

Page 19: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

18 Viżjoni komuni għall-futur taż-żgħażagħ

Azzjonijiet addizzjonali, miżuri u inizjattivi taħt kull wieħed minn dawn il-Pjanijiet ta’ Azzjoni jistgħu jiġu inkorporati fil-Pjanijiet Annwali ta’ Aġenzija Żgħażagħ għas-snin 2015-2020.

Pjan ta’ Azzjoni - Inizjattivi għall-impenn attiv, l-empowerment u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.Jiġu żviluppati u implimentati inizjattivi, programmi u attivitajiet li jinvolvu b’mod attiv liż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fl-iżvilupp ta’ kompetenzi u ta’ ħiliet li jsaħħu l-prospetti ta’ tagħlim u l-impjiegi futuri taż-żgħażagħ.

Azzjonijiet propostiIl-programm ta’ Youth Empowerment fuq livell kemm nazzjonali u lokali (li jinkludi proġetti fil-letteratura, arti viżiva, media, mużika, volontarjat, studju speċjalizzat, l-attività u tisħiħ komunitarju) se jitkompla u jiġi żviluppat aktar biex jinkludi proġetti ġodda u innovattivi skont il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ. Il-Youth.Inc se jkun inkorporat fl-Aġenzija Żgħażagħ u l-attivitajiet tiegħu se jkunu orjentati lejn tranżizzjonijiet innovattivi u bla xkiel mill-iskola għal aktar edukazzjoni u taħriġ u/jew is-suq tax-xogħol.L-Att dwar il-professjoni tax-Xogħol maż-Żgħażagħ professjonali se jiġi implimentat u se jkun ipprovdut taħriġ għall-iżvilupp professjonali tal-ħaddiema maż-żgħażagħ u l-akkreditazzjoni tal-ħidma maż-żgħażagħ u t-tagħlim mhux formali tkompli miexja ’l quddiem. Se jittieħdu inizjattivi biex l-immigranti żgħażagħ jintegraw fl-iskejjel u l-komunità. Se jitniedu kampanji u programmi edukattivi sabiex tiżdied l-integrazzjoni u titqajjem kuxjenza dwar id-diversità. Se jitnieda servizz ta’ outreach u detached work maż-żgħażagħ sabiex jindirizza, b’mod partikolari, il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ soċjalment esklużi u li jinsabu f’riskju. Se jittieħdu firxa ta’ inizjattivi u proġetti fil-letteratura, arti viżiva, media, mużika u l-istorja lokali, l-arkitettura u l-ambjent biex jiċċelebraw u jikkontribwixxu għal Valletta 18. Se jissaħħaħ l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.

Page 20: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

3. It-twettiq ta’ din il-viżjoni 19

PJAN TA’ AZZJONI - L-Edukazzjoni u t-TaħriġJiġi żviluppat u jimplimentaw inizjattivi li jutilizzaw kemm l-edukazzjoni formali u tagħlim mhux formali, bħala aġenti jsaħħu lil xulxin, bil-ħsieb li jissaħħu l-livelli edukattivi ta’ kisba taż-żgħażagħ u l-progressjoni

Oqsma ssuġġeriti għall-koperazzjoni transettorjali fl-edukazzjoni u t-taħriġ.Early school leavers u żgħażagħ NEET (mhux fl-edukazzjoni, taħriġ jew impjieg). Problemi ta’ litteriżmu fost iż-żgħażagħ.Tranżizzjoni effettiva minn edukazzjoni obbligatorja għal edukazzjoni ogħla. L-integrazzjoni tal-immigranti żgħażagħ fis-sistema edukattiva

Ministeru ewlieni: Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

PJAN TA’ AZZJONI – Is-Saħħa u l-Benesseri Jiġu żviluppati u implimentati inizjattivi li jtejbu s-saħħa fiżika, mentali u emozzjonali u l-benesseri taż-żgħażagħ u jindirizzaw kwistjonijiet li għandhom impatt negattiv fuq it-tali benesseri.

Oqsma suġġeriti għall-koperazzjoni transettorjali, is-saħħa u l-benesseri.Ħajja sana. Is-saħħa sesswali.Abbuż mill-alkoħol u mis-sustanzi.

Ministeru ewlieni: Il-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa.

3.3. Strateġija 2 - Appoġġ transettorjali għaż-żgħażagħ Appoġġ transettorjali għaż-żgħażagħ biex itejbu l-parteċipazzjoni soċjali tagħhom u l-prospetti ta’ tagħlim u l-impjieg.

Il-Ministeri tal-Gvern relevanti u l-entitajiet se jkunu responsabbli għal dan it-tieni approċċ strateġiku.

L-Aġenzija Żgħażagħ se jkollha r-responsabbiltà ġenerali għall-promozzjoni, il-kordinazzjoni u l-iffaċilitar tal-approċċi transettorjali. L-enfasi se tkun fuq il-koperazzjoni u l-appoġġ reċiproku bejn il-Ministeri u l-entitajiet relevanti bi programmi, proġetti u attivitajiet għall-iżvilupp tal-potenzjal, il-ħiliet u l-kompetenzi taż-żgħażagħ fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni nominati kif spjegat hawn taħt.

Page 21: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

20 Viżjoni komuni għall-futur taż-żgħażagħ

PJAN TA’ AZZJONI – L-Arti u l-KulturaJiġu żviluppati u implimentati inizjattivi bil-ħsieb li jissaħħu l-ħiliet artistiċi taż-żgħażagħ u jippromwovu l-għarfien kulturali u artistiku u l-parteċipazzjoni u l-attendenza f’avvenimenti kulturali u artistiċi.

Oqsma ssuġġeriti għall-koperazzjoni transettorjali fl-arti u l-kultura.Arti viżiva u media. MużikaTeatruKitba u letteratura.

Ministeru ewlieni: Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.

Pjan ta’ Azzjoni – L-Inklużjoni SoċjaliJiġu żviluppati u implimentati inizjattivi bl-għan li jżidu l-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ b’anqas opportunitajiet u dawk minn sfond ta’ immigrazzjoni.

Oqsma ssuġġeriti għall-koperazzjoni transettorjali, l-inklużjoni soċjali.Integrazzjoni tal-immigranti żgħażagħ. Ugwaljanza tas-sessi. Proġetti għal żgħażagħ b’inqas opportunitajiet

Ministeri ewlenin: Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali u l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.

PJAN TA’ AZZJONI – L-Impjiegi u l-IntraprenditorijaJiġu żviluppati u jimplimentati inizjattivi bl-għan li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol u fl-impjieg jew professjoni futura tagħhom.

Oqsma ssuġġeriti għall-koperazzjoni transettorjali fl-impjiegi u l-intraprenditorija.Tranżizzjonijiet bla xkiel mill-edukazzjoni għall-impjieg. Promozzjoni tal-intraprenditorija permezz tat-tagħlim mhux formali. Għajnuna biex jibdew negozji żgħar. Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

Ministeri ewlenin: Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.

Page 22: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

3. It-twettiq ta’ din il-viżjoni 21

PJAN TA’ AZZJONI - L-Attivitajiet Volontarji u fil-KomunitàJiġu żviluppati u implimentati inizjattivi li jippermettu liż-żgħażagħ ikunu membri attivi tal-komunitajiet lokali tagħhom u jieħdu responsabbiltà għall-kwalità tal-ħajja tal-komunità u l-ambjent lokali.

Oqsma ssuġġerit għall-koperazzjoni transettorjali fl-attivitajiet volontarji u fil-komunità.Għarfien u appoġġ Interġenerazzjonali. Proġetti ambjentali lokali. EVS u skambji taż-żgħażagħ.

Ministeri ewlenin: Il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, l-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Libertajiet Ċivili, il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima u l-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.

Azzjonijiet addizzjonali, miżuri u inizjattivi taħt kull wieħed minn dawn il-Pjanijiet ta’ Azzjoni jistgħu jittieħdu mill-Ministeri u entitajiet relevanti, b’konsultazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ, fuq il-perjodu ta’ żmien tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ (2015-2020).

PJAN TA’ AZZJONI – Il-Ġustizzja għaż-Żgħażagħ Jiġu żviluppati u implimentati inizjattivi bl-għan li jiżdied l-għarfien tal-ġustizzja restorattiva, ir-riforma fil-Qorti tal-Minorenni u tiġi evitata l-istituzzjonalizzazzjoni b’enfasi partikolari fuq il-prevenzjoni

Oqsma ssuġġeriti għall-koperazzjoni transettorjali fil-ġustizzja taż-żgħażagħ.Ġustizzja Riparatriċi Qorti tal-Minorenni Prevenzjoni tal-Kriminalità

Ministeri ewlenin: Il-Ministeru tal-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali u l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali .

PJAN TA’ AZZJONI – GħawdexJiġu żviluppati u implimentati inizjattivi bl-għan li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi taż-żgħażagħ f’Għawdex

Oqsma ssuġġeriti għall-koperazzjoni transettorjali, f’Għawdex.Spazji ġodda għaż-żgħażagħ. Proġetti u inizjattivi biex tiżdied il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ Għawdxin.

Ministeru ewlieni: Il-Ministeru għal Għawdex.

Page 23: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju
Page 24: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

4. Appoġġ għal din il-viżjoni komuni 23

Appoġġ għal din il-viżjoni komuni

4Minbarra ż-żewġ strateġiji u l-pjanijiet ta’ azzjoni li jakkumpanjawhom kif stabbiliti fil-kapitlu preċedenti, miżuri addizzjonali ta’ appoġġ, kif spjegat hawn taħt, se jitpoġġew fis-seħħ biex jiżguraw li l-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ (2015-2020) tkun implimentata, u evalwata b’mod effettiv u konformi mal-aħjar prattiċi internazzjonali u li bażi ta’ riċerka solida fuq il-ħajja, l-esperjenzi u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ tidħol fis-seħħ għall-iżvilupp tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ fil-futur.

4.1. Riżorsi u sorsi ta’ appoġġ għall-politika dwar iż-żgħażagħIr-riżorsi u s-sorsi ta’ appoġġ għandhom ikomplu jiġu żvillupati u estiżi tul il-perjodu 2015-2020 bl-għan li jinbnew il-kapaċitajiet umani u fiżiċi fis-settur taż-żgħażagħ, inkluż is-settur volontarju taż-żgħażagħ, sabiex dan ikollu l-ħiliet u l-kapaċitajiet li jappoġġaw l-iżvilupp taż-żgħażagħ.

Matul il-perjodu 2015-2020 se jidħlu fis-seħħ miżuri biex jgħinu u jappoġġjaw il-professjonaliżmu u l-ogħla standards ta’ kwalità, effiċjenza u sigurtà fost l-organizzazzjonijiet nazzjonali u lokali taż-żgħażagħ. F’dan ir-rigward, l-Att dwar il-Professjoni tax-Xogħol maż-Żgħażagħ (2014), jagħti għarfien professjonali formali u status li dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ, kif ukoll li jirregola l-professjoni u li jiddetermina l-kwalifiki u l-kundizzjonijiet li taħthom il-ħaddiema maż-żgħażagħ jistgħu jiksbu dan ir-rikonoxximent.

Matul il-perjodu 2015-2020 se jittieħdu aktar passi, biex is-settur privat jiġi involut aktar bl-għan li jissaħħaħ l-appoġġ u l-impenn ta’ dan is-settur għall-iżvilupp taż-żgħażagħ. Is-settur privat għandu rwol vitali u distintiv fl-appoġġ tal-iżvilupp taż-żgħażagħ, b’mod partikolari fl-oqsma bħall-edukazzjoni u taħriġ addizzjonali, l-intraprenditorija u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol.

4.2. Id-dimensjoni Ewropea u internazzjonaliIl-perjodu 2015-2020 għandu importanza partikolari minħabba li għall-ewwel darba Malta se jkollha l-presidenza tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel nofs tal-2017 u l-Belt Valletta se tkun il-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018. Barra minn hekk fl-2015 f’Malta se jsir il-Commonwealth Youth Forum. Fl-2014 daħal fis-seħħ il-qafas ġdid għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni Ewropea fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport – Erasmus+ (2014-2020) u pjan ta’ ħidma taħt il-qafas imġedded għall-koperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ se jkunu qed jitwaqqfu wkoll matul il-perjodu 2015-2020.

Malta kellha u se jibqa’ jkollha rwol proattiv u pożittiv fil-qasam tal-Politika Ewropea għaż-żgħażagħ, u dan permezz ta’ parteċipazzjoni u kontribut lill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Ewropa u entitajiet Ewropej oħra bħal Youth Partnership bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa, il-European Youth Information and Counselling Agency (ERYICA), il-European Youth Card Association (EYCA) u l-European Youth Knowledge Centre (EKCYP).

Page 25: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju

24 Viżjoni komuni għall-futur taż-żgħażagħ

Il-European Union Programme Agency (EUPA) se tkun qiegħda taħdem mill-qrib mal-Aġenzija Żgħażagħ biex jittieħdu l-aħjar benefiċċji possibbli minn Erasmus+ għaż-żgħażagħ u għas-settur taż-żgħażagħ.

Il-presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea (minn Jannar sa Ġunju 2017) se tipprovdi opportunità bla preċedent mhux biss biex nenfasizzaw il-kisbiet u l-ambizzjonijiet ta’ pajjiżna fil-qasam taż-żgħażagħ iżda wkoll biex nagħtu kontribut sinifikanti fit-tfassil tal-futur tal-politika għaż-żgħażagħ fl-Ewropa. Valletta 18 se tagħti l-opportunità lil pajjiżna biex jippromovi temi marbutin maż-żgħażagħ bl-involviment attiv taż-żgħażagħ kif ukoll ta’ għaqdiet taż-żgħażagħ nazzjonali u lokali.

Miżuri u riżorsi addizzjonali se jkunu disponibbli biex jiżguraw li l-presidenza ta’ Malta fl-UE, Valletta 18 u avvenimenti internazzjonali oħra jkunu kemm memorabbli kif ukoll produttivi għaż-żgħażagħ.4.3. Bini ta’ riċerka u għarfienIl-Gvern hu impenjat biex jiżgura li l-Politika taż-Żgħażagħ tkun imsejsa fuq l-għarfien u ffukata fuq ir-riżultati. Se tibqa’ tingħata prijorità lir-

riċerka għax il-Gvern jemmen li din tagħti lil dawk kollha li jaħdmu maż-żgħażagħ u għaż-żgħażagħ għodda imprezzabbli biex jiżviluppaw programmi u proġetti ġodda. Il-programm ta’ riċerka għall-perjodu 2015-2020 għandu jiffoka fuq l-oqsma ewlenin li huma marbutin maż-żgħażagħ illum, bħall-edukazzjoni, l-impjiegi, l-ambjent, id-drittijiet u r-responsabbiltajiet, is-saħħa l-benesseri u l-ġustizzja.

4.4. Evalwazzjoni u moniteraġġSe jsir moniteraġġ kontinwu tal-implimentazzjoni tal-Politika Nazzjonali għaż-Żgħażagħ matul il-perjodu 2015-2020 mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Impjiegi u s-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport. L-Aġenzija Żgħażagħ se tħejji rapporti annwali dwar il-progress ta’ Strateġija 1, filwaqt li għandu jitwaqqaf grupp interministerjali biex iħejji rapporti annwali dwar il-progress ta’ Strateġija 2.

Fi tmiem il-perjodu 2015-2020, se ssir evalwazzjoni indipendenti fuq l-impatt ġenerali tal-policy u l-benefiċċji li ħadu minnha ż-żgħażagħ, is-settur taż-żgħażagħ u s-soċjetà inġenerali.

Page 26: joni komuni all-futur ta g a agcdn02.abakushost.com/agenzijazghazagh/downloads/Draft...4 Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (2011), Demographic Review 2010. Malta: Uffiċċju