32
April 2015 | Numru 125 Newspaper Post It-tfal bħall-flieles, inaqqru dejjem! 10 … u mhux biss mill-ikel imma mill-ħin u l-enerġija tal-omm u l-missier Persuni ordinarji, fidi straordinarja 13 Trabi mormija barra t-triq … isibu ruħhom fi “drop box” Jien introvert! 14 Tip riżervat, nobgħod il-parties, Paceville, fejn hemm in-nies u l-istorbju. Jien stramb, jew sempliċement differenti minn ħaddieħor? Niftakar lil Fr Charles Interess speċjali fiż-żgħażagħ, it-tfal u l-koppji żgħażagħ

Flimkien April 2015

Embed Size (px)

DESCRIPTION

 

Citation preview

A p r i l 2 0 1 5 | N u m r u 1 2 5

New

spap

er P

ost

It-tfal bħall-flieles, inaqqru dejjem! 10… u mhux biss mill-ikel imma mill-ħin u l-enerġija tal-omm u l-missier

Persuni ordinarji, fidi straordinarja 13Trabi mormija barra t-triq … isibu ruħhom fi “drop box”

Jien introvert! 14Tip riżervat, nobgħod il-parties,

Paceville, fejn hemm in-nies u l-istorbju. Jien stramb, jew sempliċement

differenti minn ħaddieħor?

Niftakar lil Fr Charles

Interess speċjali fiż-żgħażagħ, it-tfal u l-koppji żgħażagħ

Kull nhar ta’ Æimgœamill-10 ta’ Lulju sal-11 ta’ SettembruKull nhar ta’ Æimgœamill-10 ta’ Lulju sal-11 ta’ Settembru

Lake Bled

¢419*minn

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha. *Skont tal-Amitex sat-30 ta’ Marzu. (Kundizzjonijiet japplikaw)Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha. *Skont tal-Amitex sat-30 ta’ Marzu. (Kundizzjonijiet japplikaw)

Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

BSL Britannia Tours… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

3, 4, 5 t’ijiemMinn Lulju sa’ Settembru3, 4, 5 t’ijiemMinn Lulju sa’ Settembru

Vjaææi gœalLourdes

¢469minn

Kull nhar ta’ Æimgœamit-3 ta’ Lulju sal-11 ta’ SettembruKull nhar ta’ Æimgœamit-3 ta’ Lulju sal-11 ta’ Settembru

Black Forest Magic

¢489*minn

Inÿuru: Fatima, Tomar, Mira d’Aire Caves, Lisbona, Oporto, Leira, Coimbra, Batalha, Alcobaca u Nazare9-16 ta’ Lulju

Inÿuru: Fatima, Tomar, Mira d’Aire Caves, Lisbona, Oporto, Leira,

Fatima

¢549*minn

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin.

Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: [email protected] jew bil-posta

Indirizz EditorjaliFlimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-FurjanaEmail: [email protected]

Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali

EditurCarmel Conti

GrafikaOutlook Coop

StamparVelprint Ltd

April 2015Editorjal • Dun Anton Portelli

Pellegrinaġġi mal-Franġiskani 2015• L-Art Imqaddsa: 20-28 ta’ Mejju; 15-23 ta’ Lulju;

5-13 ta’ Awwissu; 9-17 ta’ Settembru.

• L-Art Imqaddsa u l-Ġordanja: 28 ta’ April-8 ta’ Mejju.

• L-Art Imqaddsa u s-Sinaj: 3-13 ta’ Novembru.

• Assisi: 31 ta’ Awwissu-6 ta’ Settembru

Kummissarjat tal-Art Imqaddsa, 8, Triq Santa Luċija, Valletta (tel: 2124 2254; Email: [email protected])

Figolli u bajd

Xi ħadd li ma jemminx li Kristu qam mill-mewt, u dan jinzerta jiġi fostna fi żmien l-Għid il-Kbir, jibda jaħseb li

din il-festa hija festa ta’ figolli u bajd taċ-ċikkulata. Anke t-tħejjija għal din l-akbar festa tal-Insara hija mimlija statwi, pageants, pellegrinaġġi u proċessjonijiet, u anke l-Irxoxt ikollu l-ġirja tiegħu!

U għalhekk faċli nitilfu l-veru sens tal-Qawmien ta’ Ġesù mill-mewt u ninsew: • li l-mewt – li kulħadd irid jgħaddi minnha

– mhijiex it-tmiem ta’ kollox;• li hemm ukoll qawmien ieħor – dak mill-

ħażen, mid-dnub, u mill-qerda;• li anke jekk niġġieldu mal-mard u nidhru

telliefa, xorta hemm qawmien li jibda mill-fidi f ’Ġesù li rebaħ il-mewt.

Ejjew f ’dan iż-żmien inġeddu l-fidi tagħna fil-qawmien ta’ Ġesù u l-qawmien tagħna wkoll; inġeddu l-fidi li l-mewt ġiet mirbuħa – anki meta narawha donnha ssaltan f ’dak li jkun qed jiġri madwarna.

Ġesù huwa l-ewwel li qam. Aħna lkoll għad inqumu bħalu mill-mewt għall-ħajja vera fi ħdan il-Missier, fis-sema pajjiżna.

Aħseb fuqha

“When we honestly ask ourselves which persons in our lives mean the

most to us, we often find that it is those who, instead of giving advice, solutions,

or cures, have chosen rather to share our pain and touch our wounds with a warm and tender hand. The friend who

can be silent with us in a moment of despair or confusion, who can stay with us in an hour of grief and bereavement,

who can tolerate not knowing, not curing, not healing and face with us

the reality of our powerlessness, that is a friend who cares.”

Henri J.M. Nouwen, Out of Solitude:

Three Meditations on the Christian LifeDrachma Parents Support Group Support group għal ġenituri Kattoliċi b’ulied gay. Il-laqgħat li jmiss se jsiru:

• il-Ħamis 9 ta’ April (Quddiesa tal-Għid, Millennium Chapel, Paceville, 7:30pm);

• il-Ħamis 16 ta’ April (Mt St Joseph, Mosta, 7:30pm);

• il-Ħadd 17 ta’ Mejju (Quddiesa għall-IDAHOT - International Day Against Homophobia and Transphobia, University Chaplaincy, 7:00pm)

• il-Ħamis 21 ta’ Mejju (Mt St Joseph, Mosta, 7:30pm).

Ċempel 79442317 għal aktar tagħrif jew biex tirċievi b’xejn fuljett dwar is-suġġett.

Il-kelma ta’ Papa Franġisku

L-awtiżmu taffettwa lil 1 sa 2 minn kull 1,000 ruħ li hawn fid-dinja (0.5%). Fis-subien hi aktar komuni; fil-fatt hija 4

jew 5 darbiet aktar milli fil-bniet. F’Novembru li għadda fil-Vatikan

saret l-ewwel konferenza medika dwar l-awtiżmu, The Person With Autism Spectrum Disorders: Animating Hope. Għaliha attendew 650 espert minn 57 pajjiż.

F’ħin minnhom Papa Franġisku deher jgħannaq miegħu tfal li jbatu minn din il-kundizzjoni.

(L-awtiżmu hija kundizzjoni li taffettwa l-iżvilupp newroloġiku tal-persuna. Persuni b’din il-kundizzjoni jkunu neqsin minn interazzjoni soċjali, mill-komunikazzjoni verbali u anki mhux verbali, u jkollhom imġiba ristretta u ripetittiva. Il-ġenituri normalment jindunaw b’dawn is-sinjali fl-ewwel sentejn. Ħafna drabi dawn is-sinjali jiżviluppaw gradwalment, għalkemm xi wħud jilħqu l-miri tal-iżvilupp tagħhom b’pass normali u wara jkollhom rigress.)

Il-Papa tkellem dwar il-fraġilità tat-tfal u t-tbatija li jgħaddu minnha l-familji tagħhom. Huwa ddeskriva l-istigma u l-iżolament konnessi mal-awtiżmu bħala ‘salib’. Il-Papa qal li hija responsabbiltà tal-gvernijiet, l-istituzzjonijiet, il-komunitajiet Insara, il-parroċċi u l-ħbieb li jippruvaw ikissru dan l-iżolament u l-istigma billi jgħinu lil dawn il-familji jegħlbu l-piż u l-frustrazzjonijiet li jiffaċċjaw ta’ kuljum minħabba din il-kundizzjoni.

Il-Papa u t-tfal bl-awtiżmu

Dan hu l-ewwel messaġġ tiegħi lilkom, għeżież qarrejja tal-Flimkien, bħala Arċisqof ta’ Malta. Hu privileġġ

għalija li, kif ħabbart f ’riġlejn fil-pellegrinaġġ lir-Redentur, l-Isla, inwasslilkom aħbar sabiħa.

Papa Franġisku ddeċieda li jsejjaħ Ġublew Straordinarju, Sena Mqaddsa tal-Ħniena, mit-8 ta’ Diċembru, 2015 sal-20 ta’ Novembru, 2016. Qed jistedinna nafdaw biss fil-Ħniena ta’ Alla, biex niftakru li għalkemm jidher faċli niġġudikaw lil ħaddieħor, huwa iżjed importanti li f ’ħajjitna niftħu qalbna għall-ħniena tal-Mulej.

Fir-Randan stedint lill-Knisja f ’Malta taħseb fuq il-maħfra. Il-Mulej għallimna t-talba: “Aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina.” Kull darba li nesperjenzaw il-Ħniena ta’ Alla fis-sagrament tar-Rikonċiljazzjoni, mhux biss nirringrazzjaw ’il-Mulej tal-ħniena tiegħu magħna imma wkoll nimpenjaw ruħna li nħennu għal xulxin. Il-Mulej jaħfrilna; ejjew naħfru lil xulxin. Il-Mulej iħobbna; ejjew inħobbu lill-proxxmu tagħna.

Fir-Randan iffissajna ħarsitna fuq Ġesù Msallab. Ħarstu nifdet il-qlub ta’ kull wieħed u waħda minna; stednitna nersqu lejn il-qalb ħanina tiegħu, li hu kollu mħabba u mogħdrija għalina. Dik il-ħarsa tgħinna wkoll naraw wiċċu ma’ kull min niltaqgħu. Jalla f ’dan iż-żmien tal-Għid, il-Mulej jidħol u jkollu l-ewwel post fil-ħajja tagħna. Nitolbuh: “Mulej, agħtini l-grazzja li f ’qalbi inti tkun is-Sultan, għax meta inti ssaltan f ’qalbi, ħarsti tkun tiegħek, u hekk nara lill-proxxmu, lil ħuti, anke lill-għadu tiegħi, bl-istess mod kif tarah inti. Agħtini l-grazzja Mulej, li nħenn għall-proxxmu tiegħi u naħfer bil-qalb”. Hekk biss nista’ nasal biex nesperjenza ġewwa fija l-paċi ta’ Kristu Rxoxt.

X Mons. Charles J. Scicluna

Il-Kelma tal-Arċisqof

Aħbar Sabiħa

4 | Flimkien

It-tEStmENt Il-QaDIm jixhed li Alla huwa l-bidu ta’ kull verità. Il-Kelma tiegħu hi verità. Fit-Testment il-Ġdid naraw kif fi Kristu, il-verità ta’ Alla dehret fil-milja kollha tagħha. Huwa “mimli bil-grazzja u l-verità” (Ġw 1:14). Naqraw ukoll kif id-dixxiplu ta’ Ġesù għandu “iżomm il-kelma tiegħu” biex jagħraf il-verità li teħilsu (ara Ġw 8:32) u li tqaddsu. L-Appostlu Missierna San Pawl iwissina ċar u tond: “Warrbu minnkom il-gideb” (Ef 4:25), filwaqt li San Pietru jurina biċ-ċar li għandna nwarrbu “kull ħażen u kull qerq ... u l-wiċċ b’ieħor” (1 Piet 2:1).

JEżIStu DIvErSI nuqqasijiet kontra l-verità, bħal meta wieħed jagħti xhieda falza jew jaħlef fil-falz, ixerred malafama jew kalunnja. Dawn tal-aħħar jagħmlu ħsara enormi lill-fama tajba li għaliha kull bniedem għandu dritt. Li tiftaħar bik innifsek huwa wkoll dnub kontra l-verità.

Il-gIdeb huwa offIża lir-relazzjonijiet bażiċi bejn il-bnedmin għax it-tagħwiġ tal-verità jfisser li tkun qed tqarraq b’ħaddieħor. U għaliex huwa nuqqas kontra l-virtù tas-sinċerità, il-gideb huwa wkoll vjolenza fuq il-persuna li għandha d-dmir li tkun taf il-verità. Permezz tal-għarfien tal-fatti kif inhuma, il-bniedem jista’ jagħmel ġudizzju tajjeb u jieħu deċiżjonijiet tajbin.

Il-gIdba tagħmel ħsara lis-soċjetà, u tista’ ġġib il-firda. Bil-gidba tinqered il-fiduċja fost l-bnedmin u ssir ħsara lir-relazzjonijiet bejn il-bnedmin. Huwa għalhekk li l-gideb jagħmel ħafna ħsara. Barra minn hekk, min jigdeb f ’affarijiet żgħar, ikompli jigdeb fi ħwejjeġ akbar.

B’rISPEtt lEJN id-dinjità tal-persuna, għandu jkollna r-rispett xieraq lejn il-verità u li din tibqa’ tixxandar. Fl-istess ħin irridu ngħidu li kulħadd għandu dritt għall-ħajja privata tiegħu u għal ċerta privatezza.

ĦtIJIEt SErJI kontra dan il-kmandament jitolbu li min żbalja jagħmel riparazzjoni. Trid tissewwa l-ħsara, speċjalment fejn ikun sar nuqqas gravi kontra l-fama tajba ta’ persuna.

Il-KateKIżmu tal-Knisja Kattolika jfakkarna wkoll: “Ir-regola tad-deheb tgħinna naraw f ’qagħdiet konkreti, ikunx jaqbel jew le, turi l-verità lil min qed jitlobha” (n.2510). Fi kliem ieħor, aħna obbligati ngħidu l-verità dejjem lil min hu fid-dover li jkun jafha. Għandna nisktu meta xi ħadd li huwa kurjuż, jew għandu xi skop ieħor, ikun irid ikun jaf mingħandna informazzjoni li m’għandux jedd għaliha. Għandna nkunu prudenti ħafna meta niġu biex nagħmlu din id-distinzjoni.

Il-Kmandamenti (8) • Fr Hector Scerri

Tixhidx ħaġa b’oħraDan il-kmandament jgħidilna biex ngħidu l-verità. Il-gidba hija ingann. Hija tagħwiġ tal-verità

April 2015 | 5

rehearsing for an upcoming show. I was asked what was wrong with me but I couldn’t answer. For the first time in my life I was unable to hear the wonderful music that was being played.”

Exposure to noise can cause extensive damage to your hearing. This is sometimes irreversible and the only answer is to consult a hearing aid audiologist.

“There is a real stigma that the hard of hearing have to face. With all the difficulties that may effect a man of my age, it’s one more problem you don’t want to add to the list.

“So I did a lot of pretending. I did a lot of smiling and nodding and saying ‘Oh, yes’ to people, hoping I’d got away with it but I was aware that I was only picking up every eighth or ninth word. It came to the point where I knew I had to do something constructive and so I finally decided to go and have a hearing test. My wife

Thanks to Clear Tone Hearing I’m in heaven again!Eurovison Singer, Joe Grech explains how his life felt incomplete when his hearing loss meant that he was no longer able to sing. After a visit to Mr Michael Wall at Clear Tone Hearing, his life is now firmly back on track.

Since becoming Malta’s first ever representative at the Eurovision Song Contest in 1971, Joe Grech has spent his entire career performing to crowds all over the world. However, for the past five years he has concealed a closely-guarded secret that has threatened not only his singing career but his day to day life: noise induced hearing loss.

“I have no idea, even now, how my hearing became so damaged,” he says, speaking publicly for the first time. “I first noticed that something was wrong when I was

suggested that I contact Clear Tone Hearing as she had seen their advertisement in the local church magazine. I was very hesitant at first but after visiting Mr. Wall I new I had made the right choice.

“When I lost my hearing I was very depressed. Thanks to Clear Tone Hearing I’m in

heaven again.”

Joe Grech performing his 1971 Eurovision hit “Marija L-Maltija”

Joe Grech during his recent visit to the Unitron UK office

Joe is now wearing Moxi Kiss Pro from Unitron.

hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo.

To schedule your FREE hearing consultation and evaluation call Philip today on 99 884 517.

El Medina, Triq Il-Maskli, Qawra, SPB 1480Tel. 21 576 308

CLEAR TONE HEARING

The day Joe Grech got his hearing back...

Mr Wall of Clear Tone Hearing conducts a thorough examination of Joe’s ears. He must first check that the ear is healthy before he can conduct a comprehensive hearing assessment. The otoscope Mr Wall uses enables him to explore the outer and middle ear including the ear drum.

Having his hearing tested was the next step in determining if Joe did in fact have hearing loss. The hearing test is a quick, painless and noninvasive procedure that allows the hearing professional to recommend the best treatment if you do in fact have hearing loss.

It was smiles all round as Mr. Wall presented Joe with the latest hearing instrument technology from Unitron. The Moxi Pro is the most advanced product available in Malta today. There was also a surprise for Mr. Wall as Joe presented Mr. Wall with a copy of his 1971 hit, “Marija L-Maltija”.

A common problemHearing loss is not like listening to sounds with the volume turned down. Instead, you may notice that certain spoken sounds - like sh, th and f - are more difficult to hear than others. That is why people with hearing loss often say they can hear people talking but can’t understand what is being said.

Today there’s such a wide choice of hearing instruments with an unprecedented variety of features and looks available to suit your specific hearing loss, listening environments, budget and style.

Clear Tone Hearing is the official Malta & Gozo distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE

Join us at our Malta & Gozo clinics, running from Monday 20th April - Monday 27th April where our Hearing Aid Audiologist will be available to advise you on the latest hearing aid technology.

rehearsing for an upcoming show. I was asked what was wrong with me but I couldn’t answer. For the first time in my life I was unable to hear the wonderful music that was being played.”

Exposure to noise can cause extensive damage to your hearing. This is sometimes irreversible and the only answer is to consult a hearing aid audiologist.

“There is a real stigma that the hard of hearing have to face. With all the difficulties that may effect a man of my age, it’s one more problem you don’t want to add to the list.

“So I did a lot of pretending. I did a lot of smiling and nodding and saying ‘Oh, yes’ to people, hoping I’d got away with it but I was aware that I was only picking up every eighth or ninth word. It came to the point where I knew I had to do something constructive and so I finally decided to go and have a hearing test. My wife

Thanks to Clear Tone Hearing I’m in heaven again!Eurovison Singer, Joe Grech explains how his life felt incomplete when his hearing loss meant that he was no longer able to sing. After a visit to Mr Michael Wall at Clear Tone Hearing, his life is now firmly back on track.

Since becoming Malta’s first ever representative at the Eurovision Song Contest in 1971, Joe Grech has spent his entire career performing to crowds all over the world. However, for the past five years he has concealed a closely-guarded secret that has threatened not only his singing career but his day to day life: noise induced hearing loss.

“I have no idea, even now, how my hearing became so damaged,” he says, speaking publicly for the first time. “I first noticed that something was wrong when I was

suggested that I contact Clear Tone Hearing as she had seen their advertisement in the local church magazine. I was very hesitant at first but after visiting Mr. Wall I new I had made the right choice.

“When I lost my hearing I was very depressed. Thanks to Clear Tone Hearing I’m in

heaven again.”

Joe Grech performing his 1971 Eurovision hit “Marija L-Maltija”

Joe Grech during his recent visit to the Unitron UK office

Joe is now wearing Moxi Kiss Pro from Unitron.

hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo.

To schedule your FREE hearing consultation and evaluation call Philip today on 99 884 517.

El Medina, Triq Il-Maskli, Qawra, SPB 1480Tel. 21 576 308

CLEAR TONE HEARING

The day Joe Grech got his hearing back...

Mr Wall of Clear Tone Hearing conducts a thorough examination of Joe’s ears. He must first check that the ear is healthy before he can conduct a comprehensive hearing assessment. The otoscope Mr Wall uses enables him to explore the outer and middle ear including the ear drum.

Having his hearing tested was the next step in determining if Joe did in fact have hearing loss. The hearing test is a quick, painless and noninvasive procedure that allows the hearing professional to recommend the best treatment if you do in fact have hearing loss.

It was smiles all round as Mr. Wall presented Joe with the latest hearing instrument technology from Unitron. The Moxi Pro is the most advanced product available in Malta today. There was also a surprise for Mr. Wall as Joe presented Mr. Wall with a copy of his 1971 hit, “Marija L-Maltija”.

A common problemHearing loss is not like listening to sounds with the volume turned down. Instead, you may notice that certain spoken sounds - like sh, th and f - are more difficult to hear than others. That is why people with hearing loss often say they can hear people talking but can’t understand what is being said.

Today there’s such a wide choice of hearing instruments with an unprecedented variety of features and looks available to suit your specific hearing loss, listening environments, budget and style.

Clear Tone Hearing is the official Malta & Gozo distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE

Join us at our Malta & Gozo clinics, running from Monday 20th April - Monday 27th April where our Hearing Aid Audiologist will be available to advise you on the latest hearing aid technology.

F’ħin minnhom ħarġu John Legend u r-rapper Common ikantaw il-kanzunetta Glory (mill-filma Selma) flimkien mal-

kor magħmul minn kantanti suwed u bojod. Parti mill-kliem tal-kanzunetta jgħid hekk:

Hands to the Heavens, no man, no weapon Formed against, yes glory is destined Every day women and men become legends Sins that go against our skin become blessings The movement is a rhythm to us Freedom is like religion to us Justice is juxtaposition in us Justice for all just ain’t specific enough One son died, his spirit is revisitin’ us Truant livin’ livin’ in us, resistance is us That’s why Rosa sat on the bus That’s why we walk through Ferguson with our hands up When it go down we woman and man up They say, ‘Stay down’ and we stand up Shots, we on the ground, the camera panned up King pointed to the mountain top and we ran up

Dak li ħafna ma ndunawx bih kien li l-membri bojod tal-kor waqt il-kanzunetta żammew ħalqhom magħluq. Ħadd mill-bojod ma kanta! Imxew fuq il-palk, spalla ma’ spalla mas-suwed, imma l-uniċi ilħna li nstemgħu kienu dawk tas-suwed. Il-bojod, għal darba, sempliċement ‘kienu hemm ukoll’. Imxew magħhom. Immarċjaw magħhom. Imma ħallew id-diskors kollu f ’idejn dawk ta’ ġilda skura. Siktu biex l-ilħna suwed ikunu jistgħu jinstemgħu.

Filwaqt li Legend kanta u daqq fuq il-pjanu, ir-rapper Common kanta fuq palk li kien fih mudell tal-Edmund Pettus Bridge, li hu pont li jaqsam ix-Xmara Alabama, f ’Selma, u li fuqu seħħet ġrajja li baqgħet magħrufa bħala Bloody Sunday nhar is-7 ta’ Marzu, 1965, meta 600 dimostranti li kienu qed jimmarċjaw favur id-drittijiet tas-suwed ġew attakkati mill-pulizija.

Il-kanzunetta Glory fil-fatt rebħet l-Oscar għall-Best Song. Legend u Common telgħu fuq il-palk u għamlu wieħed mill-aqwa diskorsi li qatt saru waqt l-Oscars.

Xi drabi l-maġġoranza għandha bżonn tagħlaq ħalqha u tħalli lill-minoranza titkellem hi u tispjega l-bżonnijiet u d-drittijiet tagħha. Dawk li jħossuhom ‘fil-maġġoranza’ għandhom bżonn jimxu, spalla ma’ spalla, u jissapportjaw, anki bil-preżenza tagħhom biss, lil min hu differenti minnhom fil-kulur tal-ġilda, fl-orjentazzjoni sesswali, fil-ġender, fir-reliġjon, fl-istatus soċjali. Naturalment, jekk nemmnu tassew li nistgħu nkunu differenti imma aħna ndaqs!

Riflessjoni • Rita Gatt

F’wieħed mill-iljieli ta’ Frar li għadda, bqajt imqajma biex nara ċ-ċerimonja tal-Oscars. Ma jiddispjaċini xejn. Naħseb li rajt xi ħaġa li lil ħafna qabżitilhom

X’ma rajniex waqt l-Oscars8 | Flimkien

Kien għad għandu 11-il xahar meta miss mal-art Maltija għall-ewwel darba. Mur għidlu li ta’ 56 sena kien se jkun

Arċisqof ta’ Malta! Fil-fatt Mons. Charles J. Scicluna twieled

Toronto, il-Kanada, fil-15 ta’ Mejju, 1959. Is-cv iddettaljata tinsab fuq il-websajt tad-djoċesi, imma ta’ min wieħed isemmi, fost affarijiet oħra, li huwa ggradwa fil-liġi ċivili fl-1984, u kien ordnat saċerdot fil-11 ta’ Lulju, 1986. Serva fit-tribunal taż-żwiġijiet, u għallem it-teoloġija pastorali u l-liġi kanonika fl-Università ta’ Malta. Serva wkoll bħala viċi rettur tas-Seminarju u ngħata diversi ħatriet fil-Vatikan, fosthom diversi karigi differenti fil-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi.

Imma żgur li l-aktar li jiftakruh in-nies ‘komuni’ huwa bħala postulatur fil-kawża tal-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni ta’ Dun Ġorġ Preca kif ukoll meta serva fil-komunitajiet parrokkjali ta’ Ħ’Attard, San Girgor (Tas-Sliema) u l-Iklin, fejn kienet toqgħod il-familja tiegħu. Il-ġenituri tiegħu llum jgħixu Ħal Lija.

Is-sur Lawrence Bonnici ta’ 83 sena, li serva bħala sagristan fl-Iklin għal żmien twil, kellimna dwar iż-żmien meta ‘Fr Charles’ kien l-Iklin:

“Dak iż-żmien il-knisja kienet għadha ma nbnietx. Konna għadna nisimgħu l-quddies f ’garaxx u d-duttrina tat-tfal kienet issir f ’appartament mikri mill-familja Falzon.

Niftakar lil Fr Charles iħabbrek ħafna fost iż-żgħażagħ u t-tfal. Kellu interess speċjali

fil-koppji żgħażagħ li kienu jiffurmaw il-qalba tal-komunità dak iż-żmien. Kien għamel ħiltu biex jgħaqqad il-komunità u biex in-nies tal-Iklin jinvolvu ruħhom fil-ħajja tal-komunità Nisranija.

Anki fis-snin tiegħu f ’Tal-Virtù, u mbagħad fil-Vatikan, nies mill-Iklin baqgħu jfittxuh għall-pariri, għal kelma ta’ faraġ, u ġieli għax ħassew il-bżonn tal-għerf prattiku tiegħu. Il-komunità tagħna baqgħet f ’qalbu anke meta kien jgħix f ’Ruma. Niftakarni wkoll niltaqa’ miegħu f ’Ruma meta darba tlajna vaganza mal-familja.”

Fil-5 ta’ Marzu saret l-ewwel laqgħa tal-Konferenza Episkopali Maltija wara li Mons Scicluna nħatar Arċisqof. Il-laqgħa saret fis-santwarju Ta’ Pinu fejn l-Isqfijiet Grech u Scicluna qaddsu flimkien ma’ grupp żgħir ta’ saċerdoti. Fi tmiem il-quddiesa, l-Isqof Grech qal:

“Il-missjoni tagħna r-rgħajja spiritwali mhix missjoni taċ-ċajt – titlob minna impenn serju għax tgħabbina b’ħafna responsabbiltà. Għalhekk meta se tibda tiela’ “it-telgħa”, aħna nixtiequ insejħu fuqek il-protezzjoni tal-Madonna Ta’ Pinu biex tgħinek tkun medjatur bejn il-poplu u Alla. Intennilek dak li l-Madonna qalet lil Karmni Grima minn dan il-kwadru mirakuluz: “Ejja!... Ejja!...” Ejja sikwit f ’riġlejn din l-Omm f ’dan is-Santwarju tagħna lkoll. Biss biss, meta tiġi hawn, ikollna possibbiltà oħra biex bħala ‘konsulturi’, int u jien, inwieżnu lil xulxin.”

Arċisqof ġdid

Niftakar lil

Fr CharlesInteress speċjali fiż-żgħażagħ, it-tfal u l-koppji żgħażagħ

April 2015 | 9

Bejn il-koppja

Meta jkun hemm it-tfal, il-ħin bejn il-koppja jonqos. Nistgħu nagħmlu xi ħaġa biex nagħmlu l-qabża minn

miżżewġin għal ġenituri bla ma jbati ħadd?

Minn xiex għaddej l-ieħor?Xi drabi ma nkunux nafu verament minn xiex ikun għaddej ir-raġel jew il-mara tagħna fil-ġurnata tagħhom. Xi drabi tant inkunu stressjati u għajjenin aħna stess, li ma nindunawx bl-istress, l-għeja u d-diffikultajiet li jkun għaddej minnhom l-ieħor.

Xena 1: Raġel jasal id-dar għajjien mix-xogħol. Isib lil martu għajjiena u bin-nervi. Jista’ jgħidilha kliem bħal: “Kemm għandek nervi llum!” jew “Kemm iddejjaqni meta narak dejjem bil-geddum!”. Hi tista’ tgħidlu: “Int qatt ma tismagħni!”

Imma jekk jagħti kas tal-feelings tagħha, hu se jkun kapaċi jgħid: “Min jaf kemm int imkissra wara lejl sħiħ imqajma bit-tarbija!” U hi min-naħa tagħha: “Nhar ta’ Erbgħa u l-Ġimgħa jkollkom ħafna stress fuq ix-xogħol, hux?” jew “Diffiċli tismagħni bit-tarbija teqred u tibki. Imbagħad nitkellmu aktar tard, tikkonfondix.”

Kumment jista’ joħloq atmosfera ħażina; kumment ieħor juri li qed tapprezza, tifhem u tagħder, u jgħin biex tinħoloq aktar intimità bejn il-koppja.

Hekk jgħid il-qawl Malti. Imma t-tfal inaqqru l-ħin kollu mhux biss mill-ikel imma mill-ħin u l-enerġija tal-omm u l-missier

It-tfal bħall-flieles, inaqqru dejjem!

NapprezzakXena 2: Omm żagħżugħa kkonfonduta għax ma tistax issib irkaptu kif tikkontrolla t-tarbija li l-ħin kollu tibki. X’se tħoss dik il-mara jekk żewġha jgħidilha: “Kemm narak tieħu paċenzja biha! Kont naf li int se tkun mummy super!” Kliem li juri li żewġha fehem kif qed tħossha, u qed juri apprezzament.

Xena 3: F’dar oħra, missier qed jinkwieta għax qed iħoss li t-tarbija ta’ sitt xhur mhux qed tibbondja miegħu, u jgħid, “Donnha lanqas biss tieħu pjaċir miegħi!” Martu tisimgħu u, ta’ sensittiva li hi, tgħidlu (mhux bilfors dak il-ħin): “Kemm nammirak meta narak ġentili mat-tarbija. Ibqa’ żgur li t-tifla tħoss kemm tħobbha!”

10 | Flimkien

Xena 4: Mara tħossha stressjata għax id-dar dejjem imqallba u ta’ taħt fuq, u ma tistax tlaħħaq.Biex jagħmlilha kuraġġ u juriha kemm japprezzaha, żewġha jgħidilha: “Tiskantani kif tilħaq tagħmel dak kollu, bit-tarbija l-ħin kollu trid minnek. Għidli, fiex nista’ ngħin?”

F’xeni 2-4, ftit kliem ta’ mogħdrija u inkuraġġiment għenu lill-omm u l-missier biex minn persuni ‘falluti’ iħossuhom li ‘irnexxew’.

Ġenerużi ma’ xulxinJingħad li koppji jibqgħu kuntenti flimkien (anki wara l-wasla ta’ tarbija) jekk jirnexxilhom jagħmlu 5 affarijiet pożittivi (kumpliment, karezza, atti żgħar għal xulxin, jaħfru u jiskużaw lil xulxin) għal kull ħaġa negattiva li jagħmlu!

Xena 6: Missier baqa’ mqajjem kważi l-lejl kollu mat-tarbija. Meta jqum mis-sodda filgħodu jsib lil martu tistennieh, bil-kafè u t-towst lesti. Kafè u towst ma jiswewx wisq flus, imma jesprimu apprezzament, delikatezza u sensittività li ma tixtrihomx bil-flus.

Xena 7: Mara li għadha kemm saret omm m’għandhiex ħin u enerġija tirranġa xagħarha u tilbes pulit, u qed tħossha kerha.Żewġha jinduna x’qed tħoss. Iqum minn postu, jgħannaqha waħda miegħu, u jgħidilha, “Ejja ’l hawn, sabiħa tiegħi, jiena nħobbok ta!”

Xena 8: Missier żagħżugħ b’għajnejh kollha ngħas għandu burdata ħażina, iħossu jirrabja bix-xejn. F’temp ta’ tliet kwarti jaħtaf lil martu tliet darbiet.F’ħin minnhom jinduna, u jgħidilha, “Skużani, imma nħossni veru għajjien.” Hi, mingħajr ma tirrabja jew tieħu għaliha: “Għandek raġun. Illum orqod ftit kmieni ħa tpatti.”

F’xeni 6-8 naraw lil xi ħadd mill-koppja ‘isalva’ lill-ieħor meta jara li l-ieħor iħossu mkisser. Qed jgħinu lil xulxin iħossuhom ‘maħbuba’ propju meta huma stressjati.

Fedeltà għal xulxinIl-koppja juru l-fedeltà u l-commitment tagħhom għal xulxin anki meta jkollhom tarbija li trid attenzjoni 24x7. Fil-verità aktar għandhom bżonn xulxin wara li jkollhom tarbija milli qabel! Fedeltà ma tfissirx biss li ma tibdilx lill-ieħor.

Xena 9: Omm tipprova tikkalma tarbija li l-ġurnata kollha tibki bil-gass. Żewġha jċempel u jgħidilha li se jdum ix-xogħol. Hi donnha taqa’ fil-muta. Silenzju li jgħid ħafna. X’se jgħidilha r-raġel?Jista’ jgħid xi ħaġa bħal: “Kollox orrajt hemmhekk? Nista’ forsi nagħmel xi ħaġa?” Hawn qed juriha l-commitment tiegħu; juri li hu magħha ‘fir-risq it-tajjeb u l-ħażin’.

Jew jgħidilha: “Isma’, ħares, mhux xi xalata ta qiegħed ix-xogħol jien!” Tweġiba li ma tantx turi li hu sensittiv jew committed!

Xena 10: Missier jiġi lura d-dar b’ġugarell addattat għal trabi ta’ età aktar avvanzata. U dan mhux l-ewwel darba. Martu taf li xi drabi hu jħossha tikkritikah dwar il-mod kif iġib ruħu mat-tifel.Martu tammira l-ġugarell u tgħidlu: “Kemm għandna daddy gustuż u jħobb lil ibnu!” Kumment li juri l-commitment tagħha lejn żewġha. Tipprova tgħinu fil-bżonn li għandu li jħossu hu wkoll qed jagħti sehmu fit-trobbija ta’ ibnu.

Imma kieku qaltlu: “Il-marelli, kemm-il darba se ngħidlek?…” kien ikun kumment li juri nuqqas ta’ commitment lejh, li jikkonferma li ‘reġa’ ħa żball’, li hu mhux kapaċi.

Le, it-tfal mhumiex bħall-flieles. Nistgħu, jekk irridu aħna, ma nħalluhomx inaqqrulna kollox u l-ħin kollu!

April 2015 | 11

Għal aktar informazzjoni, ċempel fuq 2133 9000 jew ibgħat email fuq [email protected] • www.facebook.com/livelifemalta

46, Manwel Dimech Street, Sliema

Fid-dinja tax-xogħol tallum, huma ħafna dawk li jaħdmu fis-settur tas-servizzi. Għall-parti l-kbira tal-ġurnata tax-xogħol ħafna jkunu bilqegħda quddiem xi skrin tal-kompjuter.

Din it-tip ta’ ħidma, għalkemm tista’ tiġi meqjusa bħala mhux daqsekk ta’ tbatija fiżika daqs ix-xogħol manwali, xorta tista’ toħloq problemi fiżici minħabba bosta raġunijiet fosthom: x Il-ħin twil bilqegħda fuq siġġu mhux

komdu jew għoli jew baxx għall-mejda li tuża

x Xogħol ripettitiv x Pożizzjoni tal-kompjuter mhux korretta x Qagħda ħażina fuq is-siġġu tax-xogħol.

Fost il-problemi li jinholqu nsibu: x Uġiegħ fl-għonq, fl-ispallejn, fis-swaba

jew fid-dahar x Infjammazzjoni fis-swaba jew fil-minkeb x Uġiegħ ta’ ras

x Skumdità’ fl-għajnejn x Muskoli tal-għonq, tad-dahar jew tal-

ispallejn iebsin.

Problemi relatati ma’ qagħda ħażina jistgħu jseħħu anke fi djarna meta nużaw il-kompjuter, waqt li naraw it-televiżjoni jew waqt li qed naqraw. Ħafna drabi l-għamara, il-mejda u s-siġġu, jew s-sufan ma jkunux adattati, jew għolijin jew baxxi ħafna, jew is-sufan ikun artab tant li meta tpoġġi fuqu jinżel bik. Ħafna drabi aħna npoġġu bilqegħda ħażin, la ġemba flok dritti. Anke hawn min jorqod fuq is -sufan flok is-sodda. Problemi jew uġiegħ jistgħu jiġu kkawzati minħabba saqqu qadim jew sfrundat. Saqqu li jegħreq bik mhux qed jagħtik is-support kif suppost.

Meta tpoġġi bilqegħda kemm id-dar jew ix-xogħol ftakar: x Uża siġġu sod u mhux zopp x Oqgħod fis-siġġu lura kemm tista’ x |omm dahrek dritt u mhux mgħawweġ ‘l

quddiem. x Idejk iridu jkunu komdi fuq il-mejda

ħalli spallejk la jkunu mniżżla u lanqas mgħollija ‘l fuq minħabba mejda baxxa jew għolja.

F’kas ta’ dubju ħu parir mingħand speċjalista biex tevita li l-kundizzjoni tiegħek issir agħar.

Livelife joffri servizz ta’ speċjalista fuq problemi fiżici relatati max-xogħol minħabba qagħda ħażina jew strapazz.

Avviż

bi ħ

las

Is-Saħħa fuq il-post tax-xogħol u d-dar

Taħdita pubblika fil-25 ta’ April 2015 , fl-10:00 am, minn Dr Marjukka Aho, speċjalista tar-Rijabilitazzjoni Fiżika, esperta fuq problemi fiżiċi relatati mas-settur tax-xogħol

u tad-dar. Ċempel 2133 9000 biex ikollok post.

Dejjem kont tip riżervat. Sa minn mindu kont żgħir. Nippreferi noqgħod waħdi xi mkien għall-

kwiet milli noqgħod fl-istorbju u fejn ikun hemm ħafna nies. Nobgħod immur parties, nobgħod immur Paceville, nobgħod immur fi kwalunkwe post li fih ħafna nies u storbju.

Iżda sħabi kienu jħobbu jmorru f ’dawn il-postijiet, u biex ma noqgħodx waħdi kont immur magħhom. Kont inħossni qisni wieħed ipparalizzat man-nies: mgħaffeġ, ansjuż, imdejjaq.

Kont inħoss bżonn qawwi li nkun waħdi. L-aktar li kont nieħu gost kien meta noħorġu grupp żgħir ta’ ħbieb u nagħmlu xi barbikju xi mkien maqtugħ min-nies.

Illum il-ġurnata drajt lili innifsi u sirt naċċetta lili nnifsi wkoll. Imma żmien ilu, speċjalment fl-adolexxenza, kont inħossni “stramb”. Kont naħseb li jien biss kont hekk; li jien differenti ħafna minn ħaddieħor.

Maż-żmien tgħallimt li kont żbaljat. Iktar ma mmaturajt, u aktar ma sirt naf in-nies fil-fond, iktar indunajt li fil-verità hawn ħafna nies bħali li jfittxu s-skiet u s-solitudni, li jippreferu kumpanija ta’ ftit ħbieb tajbin milli ħafna.

Dawn huma xi massimi li nipprova nżomm:• Tgħallem ħobb lilek innifsek kif int.• Aċċetta lilek innifsek kif int.• Toqgħodx tipparaguna lilek innifsek ma’

oħrajn għax ħadd ma jafek daqskemm

taf int lilek innifsek; ħadd ma kellu l-esperjenzi tiegħek kif għexthom int.

Kemm indum jekk niddejjaq?F’postijiet fejn ma tħossokx komdu, iddumx iżżejjed. Illimita l-ħin li ddum hemm. Pereżempju jekk sejjer xi mkien fejn hemm ħafna storbju, iddeċiedi minn qabel li se ddum sagħtejn. Wara sagħtejn, itlaq. Jekk ma tridx titlaq daqshekk kmieni, aqta’ ftit mill-istorbju billi tieħu brejks żgħar minnu.

Fejn tissoċjalizzaNies bħali jiddejqu jmorru postijiet bħal bars jew klabbs biex jissoċjalizzaw biss. Ġeneralment inħossuna ħafna iktar komdi nissoċjalizzaw waqt xi attività, bħal sport, klassi jew xi kors.

Kif tagħmel konverżazzjoniLi bdejt ninnota kien li kont nieħu tassew gost nitkellem ma’ xi ħadd li juri interess f ’dak li nagħmel jien. Imma importanti ħafna wkoll li turi interess f ’dak li tkun qed tgħid il-persuna li tkun titkellem magħha!

Imma fl-aħħar mill-aħħar issa jien tkellimt. U int?

Kellimni.com Idħol fil-websajt Kellimni.com li hu servizz immirat lejn żgħażagħ u adolexxenti li għandhom bżonn online support permezz ta’ chat, email jew forum. Servizz ipprovdut minn: Appoġġ, Salesjani, SOS (Solidarity Overseas Service) u Aġenzija Żgħażagħ.

Jien introvert!Adolexxenti u żgħażagħ April 2015 | 13

Bnew deposit box jew “drop box” barra d-dar tagħhom biex dawk l-ommijiet li jħossuhom f ’sitwazzjoni ddisprata jkunu

jistgħu jħallu t-trabi tagħhom hemmhekk. Id-“drop box” tinfetaħ minn ġewwa, biex min ipoġġi t-trabi jibqa’ anonimu.

Kull darba li ddoqq il-qanpiena, ġeneralment lejn nofsillejl, Lee jinżel jiġri ħdejn id-“drop box” u jiftaħha, u hemm isib tarbija abbandunata. Fil-kaxxa huma dejjem iħejju gvieret roża jew ċelesti. Xi drabi jkun hemm xi nota qasira miktuba mill-omm, drabi oħra le. Nota minnhom kienet tgħid: ‘Father, ħu ħsieb it-tarbija tiegħi, u jekk jogħġbok tippruvax tfittixni. Jiddispjaċini, jiddispjaċini ħafna.’ Lee semma’ dik it-tarbija ‘Victory’.

Lee jgħid li dawn it-trabi mhumiex żejda. Alla kellu xi skop meta “bagħathom”. Dawn il-ħajjiet huma prezzjużi – anki jekk ħafna mit-tfal abbandunati fil-kaxxa ġeneralment ikollhom xi diżabbiltà.

Lee u martu qed jagħmlu dak li s-soċjetà rrifjutat li tagħmel. Minn fuq, hemm min jakkuża lil Lee li qed jinkoraġġixxi lit-tfajliet u n-nisa biex jabbandunaw lil uliedhom! Imma

l-iskop ta’ Lee mhux li jkun hawn aktar baby boxes. “Jalla jiġi jum,” jgħid Lee, “meta ma jkunx hawn bżonn aktar dawn il-kaxex!” Meta jasal dak il-jum, il-ħajja ta’ kulħadd tkun saret tassew prezzjuża, ta’ valur, bi skop.

Ċertu Brian Ivie inzerta qara artiklu dwar Lee fil-Los Angeles Times u flimkien ma’ tnejn oħra pproduċa dokumentarju bl-isem The Drop Box. F’Marzu li għadda dan id-dokumentarju beda jintwera madwar l-Istati Uniti. The Drop Box huwa dwar familja Nisranija, is-sagrifiċċji kbar li jagħmlu, u d-differenza fil-ħajjiet ta’ dawn it-trabi mormija li qed jagħmlu bl-għajnuna tal-voluntiera. Wieħed mit-“tfal” ta’ Lee għandu 20 sena; għandu paraliżi ċerebrali, u dan ukoll ħadd ma kien stenna li se jgħix.

L-iskop tal-film The Drop Box mhux li jqabbeż id-dmugħ imma li jġiegħel lil min jarah biex jagħmel xi ħaġa għal xi wħud mill-150 miljun orfni li hawn fid-dinja. Bħal Lee u martu, nies ordinarji li jgħixu l-ħajja u l-fidi tagħhom b’mod straordinarju.

Il-ħajja ħaqqha protezzjoni – ikunu min ikunu l-ġenituri, u jkun xi jkun l-istat tas-saħħa tat-tarbija.

The Drop Box

Lee Jong-rak hu saċerdot Protestant. Hu u martu, Chun-ja, tant raw trabi mormija barra t-triq fil-belt ta’ Seoul, il-kapitali tal-Korea ta’ Isfel, li ddeċidew li jagħmlu xi ħaġa biex isalvawhom

Persuni ordinarji, fidi straordinarja

14 | Flimkien

TRAVEL insuRAncE includes...

Worldwide Travel Assistance from Malta’s call centre

Middlesea Insurance p.l.c. (C-5553) is authorised by the Malta Financial Services Authority to carry on both Long Term and General Business under the Insurance Business Act, 1998.

COM 300312 633 JOB 36127 02/13

Purchase your policy online on www.middlesea.com or contact any of our authorised intermediaries.

if it matters to you, it matters to us.

Purchase yourTravel Policy

onLinE

“Trabbejt imdawwar bin-natura. L-għelieqi kienu d-dinja tiegħi, u għalhekk veru napprezza li xi

ħadd jerġa’ jfakkarni f ’dik id-dinja meta jiġi xi kelliem jagħmel taħdita fuq il-produzzjoni tal-ħalib u suġġetti relatati.”

Hekk qal Paul* li għandu 56 sena u li hu għama mit-twelid. Paul hu wieħed mill-20 persuna li ta’ kuljum jattendu ċ-ċentru li riċentement infetaħ f ’Malta għal persuni għomja jew neqsin mid-dawl. Iċ-ċentru jiffoka fuq it-taħriġ.

Dan iċ-ċentru hu l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f ’Malta u bħalissa jilqa’ fih persuni bejn id-29 u l-84 sena. Joffri opportunità lill-membri biex jissoċjalizzaw f ’ambjent sigur u familjari, u biex jitgħallmu l-Braille, il-kompjuter, il-Malti, l-Ingliż u suġġetti oħra.

“Insib it-taħditiet interessanti immens,” qalet Maria* li wkoll tattendi ċ-ċentru. “Nitgħallem ħafna u nżomm ruħi aġġornata b’dak li qed jiġri fid-dinja. Il-fatt li qed nitgħallem il-kompjuter jgħinni ħafna biex ikolli iktar kunfidenza fija nnifsi u ngħix ħajja indipendenti.”

Fost dawk li regolarment jagħtu l-kontribut tagħhom hemm il-poeta Mario Azzopardi li jgħin lill-parteċipanti jużaw it-talenti tagħhom b’mod kreattiv waqt sessjonijiet tad-drama. John* spjega li: “Din hija xi ħaġa totalment ġdida għalija. Fil-bidu żammejt lura għax bżajt, imma maż-żmien bdejt

ninvolvi ruħi. Sar ikolli seba’ mitt sena għas-sessjoni tad-drama. Matul dik is-siegħa nista’ nesprimi lili nnifsi u nieħu pjaċir.”

Samuel* “Kull ħarġa kulturali u edukattiva mal-grupp tkun esperjenza unika. Qabel kont noħlom li xi darba nkun nista’ noħroġ ma’ nies li nħossni komdu magħhom; issa din saret realtà!”

Membru femminili spjegat kif kienet tilfet ħafna mill-edukazzjoni tagħha minħabba li meta kienet żgħira ma kienx hawn daqshekk għarfien u għajnuna. Membru femminili oħra, filwaqt li qalet li tixtieq li l-ġranet f ’dan iċ-ċentru jitwalu, qalet: “Illum m’għandekx għalfejn taqta’ qalbek għax jeżisti ħafna tagħmir li jgħinek tgħix ħajja indipendenti, speċjalment jekk tkun għadek żgħir.”

Għalkemm iċ-ċentru ilu jopera biss tmien xhur, diġà ta nifs ġdid lill-membri li huma stess qegħdin joħorġu b’ideat innovattivi biex ikomplu jtejbu l-kwalità ta’ ħajjithom. Grazzi għall-ħidma fejjieda tal-facilitators illum dan iċ-ċentru sar post mimli ħajja, imdawwal b’uċuħ ferrieħa li issa jistgħu jħarsu lejn il-futur b’tama ġdida.

Jekk tixtieq toffri ftit sigħat ta’ volontarjat f ’dan iċ-ċentru, li qiegħed Ħal Qormi, ċemplilna fuq 2144 1604. L-għajnuna tiegħek tagħmel differenza!

*Ismijiet fittizji ta’ persuni reali

Persuni neqsin mid-dawl

Toffri ftit minn ħinek?18 | Flimkien

Hemm numru ta’ qwiel li jikkuntrastaw l-Għid mal-Milied: “Il-Milied bil-kappell, l-Għid bil-mantar, in-nies

tiekol tajjeb u l-bhejjem tixtarr aħjar” (Tkun ġejja sena tajba għall-biedja jekk il-Milied ikun xemxi u l-Għid xitwi).

Proverbji oħra kienu: “Meta l-Milied taħt il-bejt, l-Għid fuq il-bejt” (Jekk fil-Milied tagħmel ix-xita, l-Għid ikun temp sabiħ) u bil-maqlub: “Il-Milied taż-żîna, il-Għid fil-kċina” (jekk fil-Milied ikun bnazzi, fl-Għid ikun maltemp).

Qawl minnhom ifakkarna li m’għandniex nistennew l-Għid biex nieklu tajjeb: “Fenek fil-platt mhux Għid għal nhar il-Ħadd”. Qwiel oħra jfakkruna li kollox f ’ħinu u f ’waqtu: “Għalina l-Għid il-kbir meta missierna jidboħ (joqtol) il-ħanżir” u “Nagħġa wara l-Għid jekk tara l-bodbod taqbeż il-ħajt” (nagħġa ma titgħammarx fi żmien l-Għid).

Sfortunatament fil-passat l-Għid kien marbut ukoll ma’ drawwiet li jġibu biża’ mhux ferħ. Godfrey Wettinger (Birgu - A Maltese Maritime City) jirreferi għall-fatt li fil-Birgu fl-antik (qabel il-Kavallieri) kien hemm komunità ta’ Lhud, fejn illum hemm Jews Street. Kien hemm id-drawwa li fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid l-abitanti jwaddbu l-ġebel lil-Lhud tant li f ’dawk il-ġranet dawn ma setgħux jattendu fis-sinagoga li kien hemm fil-Birgu. Dik id-drawwa kienet

mifruxa f ’ħafna pajjiżi. Kienu jwaħħlu fil-Lhud li Kristu miet imsallab. Drawwa ma tantx kienet Kristjana u tesprimi razziżmu!

Qabel il-Gwerra, is-Sibt filgħodu kienet tinġarr l-istatwa tal-Irxoxt sal-knisja ta’ San Lawrenz. Waqt id-daqq tal-Glorja (bil-qniepen, avolja għadu mhux l-Għid) kienet drawwa li ż-żgħażagħ jieħdu l-ewwel għawma propju ħdejn il-Jews’ Sally Port (It-Toqba l-Qadima) – storikament il-post fil-Birgu fejn kien wasal il-Piccolo Soccorso fl-Assedju l-Kbir tal-1565.

Il-ġirja bl-Irxoxt hi mifruxa f ’diversi lokalitajiet f ’Malta. Waqt xi purċissjoni kien hemm drawwa li t-tfal kienu joffru l-figolla lil Kristu Rxoxt u jkantaw: “Kristu Rxoxt berikhieli, ħudli biċċa u ħallihieli”. Donnu Kristu ma kienx ta’ min jafdah; kienu jibżgħu li mis-saba’ jieħu l-id!

Għanja li ħafna drabi kienet titkanta kienet: “Tom tirli tom, tirli tiera / Kristu rxoxta bil-bandiera / Għax tal-Birgu ġeru bih u (oħrajn) waqgħu bih”. F’postijiet oħra kienu jbiddlu l-aħħar linja għal: “Kollu abjad u sabiħ / il-Madonna tifraħ bih”.

Fil-verità Kristu ma kellu l-ebda bandiera meta rxoxta. Il-bandiera hi biss simbolu tar-rebħa fuq id-dnub u l-mewt, imma wkoll fuq ir-razziżmu, l-anti-Semitiżmu, kull diskriminazzjoni, il-mibegħda.

Fidi u drawwiet • Sergio Grech April 2015 | 19

Kollu abjad u sabiħ?Dwar l-Għid, aħna l-Maltin għandna numru ta’ qwiel kif ukoll drawwiet

li ta’ min niftakru fihom u nagħtuhom ukoll valur

IttrI mIll-QarrEJJa L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Email: [email protected]; Posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.

Ittra rEBBIEĦa

Missalini tal-QuddiesNIxtIEQ NaGĦtI rIGal lil tfajjel li se jirċevi l-Grizma tal-Isqof. Xtaqt nagħtih missal tal-quddies għas-snin A, B u Ċ bil-qari tal-quddies tal-Ħadd. Illum m’għadekx issibhom dawn il-missalini. Veru li fil-knejjes illum issib Jum il-Mulej, imma dik tħalliha hemm filwaqt li ktieb jibqa’ għandek u tista’ terġa’ tużah. Il-missalini veru fihom rigal sabiħ. Fittixt fil-ħwienet li jbigħu dawn il-kotba iżda ħadd m’għandu. Forsi wasal iż-żmien li l-missalini A, B u Ċ jerġgħu jiġu pprintjati? Nissuġġerixxi wkoll li l-ħames kotba bil-qari tal-quddies ta’ kuljum jinġabru fi ktieb wieħed. Dan ukoll jista’ jkun ktieb rigal sabiħ u tużah sewwa, kemm sena I kif ukoll sena II.

Doris Muscat, il-Mosta

Ittri mill-qarrejja

L-Ispirtu SantuFtIt Ilu ĦSIBt waħdi dwar x’inhu l-Ispirtu s-Santu. Ippruvajt nagħmel xebh biex nifhem aħjar dwar il-qawwa li jagħtina. X’inhi fjura mingħajr fwieħa? Jew karozza mingħajr petrol? X’inhi silta mużikali mingħajr volum? X’tiswa l-labra mingħajr il-ħajta? X’inhi pinna mingħajr il-linka? Jew kompjuter mingħajr batterija? Hekk inkunu aħna mingħajr l-Ispirtu s-Santu. Għandna bżonnu biex jagħtina s-saħħa u jżommna viċin il-Missier.

R. Azzopardi, Tas-Sliema

M’aħna kuntenti b’xejnxIta, xIta, xita nieżla. Anki l-arja saret kiesħa. Imma wara kollox fix-xitwa bard nistennew! Imma kemm aħna ffortunati ħdejn ħaddieħor! Hawn min lanqas biss għandu x’jiekol, u aħna dejjem neqirdu u m’aħna kuntenti b’xejn. U dawk li m’għandhom xejn … tarahom kuntenti bit-tbissima fuq fommhom.

Caroline Galea, iż-Żejtun

Spiritwalità u ĠustizzjaIt-tagħlim Soċjali tal-Knisja u l-impenn tal-lajċi

22-24 ta’ April (weekend mhux residenzjali) Organizzat miċ-Ċentru Fidi u Ġustizzja tal-Ġiżwiti u l-Istitut Pastorali ta’ Formazzjoni Biex tibbukkja jew għal aktar informazzjoni ibgħat email lil [email protected]

Inkluż programm ta’ żfin, mużika u dimostrazzjonijiet t’arranġamenti tal-fjuri u tal-artiġġjanat. Servizz t’ikel u xorb. Nhar is-Sibt 2 ta’ Mejju mis-2:00pm sal-10:00pm u l-Ħadd 3 ta’ Mejju mit-8:00am sad-9:00pm.

Dhul €2. Tfal taħt it-12-il sena b’xejn Żur il-website [email protected]

Wirja tal-fjuri, qsari, frott, u ħxejjexFil-ġonna ta’ Sant’ Anton u f’imkejjen tal-palazz. Arranġament kbir tal-ward għal record nazzjonali. Il-kappella Russa tkun miftuħa.

April 2015 | 21

Walk EasyScholl’s feel good all day, everyday

F O OT H E A LT H C E N T R E

Available from Scholl Foothealth Centres, Suffolk Valletta, Abela’s Health and Beauty Centre Gozo,

and all leading pharmacies. Tel: 20601148

www.schollfoothealthcentre.com

Minkejja li l-1940 kienet sena ta’ gwerra, il-Maltin xorta kienu baqgħu jibnu l-knejjes – avolja fi

żmien ta’ għaks! Kien l-Isqof Mawru Caruana OSB li beda l-proċess biex f ’dawn l-inħawi tinħoloq parroċċa. Kien ħa interess dirett u b’mod dettaljat fil-bini tal-knisja, u ried li fiha jsir kollox addattat għall-istil romanesk tagħha.

Il-bidu tal-parroċċa kien kollu ħeġġa u konkorrenza min-naħa tal-parruċċani biex it-tempju jkun attrezzat bil-paviment, l-artali, il-bankijiet, l-orgni, l-istatwa titulari, il-qniepen, eċċ.

Iżda importanti iktar minn hekk kienu l-għaqdiet tal-lajċi, il-vokazzjonijiet, il-pastorali. Ftit ta’ żmien wara nħass il-bżonn li jkun hawn ċentru parrokkjali fejn il-parroċċa tesprimi l-aspett kateketiku u soċjali tagħha bit-tagħlim tad-duttrina, post fejn jiltaqgħu l-għaqdiet u jsiru attivitajiet li jagħtu ħajja lill-parroċċa.

Madwar 30-40 sena ilu, il-parroċċa kienet laħqet ritmu vibranti, mimlija ħajja, fejn l-għaqdiet kienu jiffjorixxu u mimlija membri. Illum, sfortunatament, għal raġunijiet demografiċi, mill-parroċċa bdew joħorġu ħafna nies. Il-koppji żgħażagħ marru joqogħdu xi mkien ieħor. Il-popolazzjoni bdiet nieżla, u l-età ta’ dawk li baqgħu hawn baqgħet tielgħa. Għalhekk il-popolazzjoni hija pjuttost anzjana.

Ma’ dan wieħed irid iżid l-influss ta’ ħafna barranin li ġew joqogħdu hawn u ħafna turisti (speċjalment studenti) ġejjin u sejrin u li għalihom il-parroċċa mhix relevanti.

Il-parroċċa hi mżejna b’sitt komunitajiet ta’ reliġjużi: erba’ komunitajiet Salesjani li jaqdu komunità Ingliża u jservu lil ħafna żgħażagħ; l-Ursolini li jaqdu tfal ċkejknin; u d-Dorotej li jaqdu għadd mhux ħażin ta’ studenti fl-iskola.

Il-kumplament tal-pastorali jaqduha prinċipalment żewġ qassisin li jżuru l-familji, il-morda, l-anzjani fid-djar tal-anzjani, jamministraw is-sagramenti, u janimaw il-kummissjonijiet.

Fil-parroċċa noffru servizz ta’ counselling, ħarġiet, katekiżmu, u tqarbin tal-morda. L-għaqdiet huma l-Legion of Mary, klabb 60+, il-Missjoni, Farternità Charles de Foucauld, Bibbja, Kor, u l-Fokolarini.

Il-komunita parrokkjali tal-lum hi mifnija bi problemi reliġjużi li huma effett ta’ stili ġodda ta’ ħajja, bħall-indifferenza, il-bruda u l-problemi soċjali ġodda bħalma huma familji barranin, żvilupp kostanti ta’ bini, traffiku, anzjani weħidhom.

Din is-sena, biex infakkru l-75 anniversarju, se nintroduċu l-adorazzjoni li ssir meta jkun qamar kwinta. Se jsiru wkoll Seminars in the Spirit u se nippruvaw nibdew grupp ta’ Lectio Divina.

Parroċċi Maltin • Dun Victor Scicluna

San Girgor (Tas-Sliema)

April 2015 | 23

Fis-seba’ xahar tat-tqala t-tarbija tkun tiżen bejn kilo u kilo u nofs. Tkun twila bejn erbgħa u għoxrin sa sebgħa

u għoxrin ċentimetru. Naturalment dawn il-figuri huma approssimattivi biss u jirreferu għall-medja.

F’dan is-seba’ xahar naraw li l-ġisem ikun qiegħed jieħu l-forma, iżda l-akbar żvilupp isir kemm fil-pulmun kif ukoll fil-moħħ.

Fl-aħħar ta’ dan ix-xahar, jekk it-tarbija titwieled, ikollha possibbiltà kbira li tgħix għaliex għalkemm l-organi jkunu għadhom mhux maturi għalkollox, b’għajnuna medika u permezz ta’ inkubatur it-tarbija tkun tista’ tkompli tiżviluppa barra l-ġuf.

L-omm u l-missier tat-tarbija joħolmu fuq it-tarbija, u jibdew jaħsbu kif se tkun. Tajt x’kulur huma għajnejha? U xagħarha? Lil min se tkun tixbah? Intelliġenti? Imqarba? X’isem se ntuha?

Importanti li l-omm u l-missier tat-tarbija fil-ġuf jaħsbu u jitkellmu fuq dawn l-affarijiet u jiddiskutuhom flimkien. Il-biżgħat, il-pjanijiet, kif jixtiequ jrabbu t-tarbija, kif se jqattgħu l-ħin flimkien huma suġġetti li għandhom jitkellmuhom.

F’dawn il-mumenti fejn il-koppja taqsam il-ħsibijiet u x-xewqat tagħha dwar il-futur

huma importanti ħafna għax, fost affarijiet oħra, jgħinu wkoll lill-missier iħossu qed jieħu sehem minn issa fit-trobbija ta’ wliedu, anki jekk għalissa mhux qiegħed iġarrab it-tqala bħal u daqs il-mara. Dawn huma mumenti li fihom tista’ tissaħħaħ l-għaqda tal-koppja.

Ħafna drabi koppji jaħsbu li kulma għandhom jagħmlu fit-trobbija ta’ wliedhom hu li jirrepetu dak li għamlu l-ġenituri tagħhom magħhom. Iżda malajr se jintebħu li kif trabbiet l-omm mhux l-istess kif trabba l-missier. Għalhekk issa bħala koppja u familja ġdida jridu jsibu l-mod tagħhom kif se jrabbu lil uliedhom. Mod ġdid, għal ħlejqa ġdida, ġo familja ġdida!

F’dan iż-żmien ukoll il-koppja tibda tippjana xi trid tixtri għat-tarbija. Iħejju wkoll il-kamra u jibdew jaħsbu għall-ħwejjeġ. Żmien sabiħ u prezzjuż, li ta’ min wieħed japprezzah, għax jaf ma jerġax jiġi!

Tajjeb ma jiħdux dan bħala xi biċċa xogħol oħra li jridu jagħmlu imma jippruvaw jieħdu gost li flimkien imorru jaraw liema pram u pushchair se jordnaw, il-cot, is-siġġu, u elf ħaġa oħra. Verament huwa żmien uniku u sabiħ! Ta’ min wieħed jgħixu tajjeb u fil-milja tiegħu.

It-Tabib • Dr Anna Maria Vella

Is-seba’ xaharIt-tqala issa miexja ġmielha, u wasalna fis-seba’ xahar, u l-koppja tkun qed tistenna li jgħaddi kollox b’wiċċ il-ġid!

April 2015 | 25

IĊ-ĊELEBRAZZJONITAL-INGRESS SOLENNIta’ Mons. ArċisqofCharles J. Scicluna

ISEM:

TELEFON:

INDIRIZZ:

GĦALL-PREZZ SPEĊJALI TA’ €12*

* Ibgħat cheque ta’ €5 indirizzat lil Media Centre Ltd, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda HMR 1640 biex tirriżerva l-kopja tiegħek

Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 256 99 100

ORDNA D-DVD UFFIĊJALI

Tislibamimdudin5. Fra (3)6. Minnu jsiru l-irkotta u l-ġbejniet (5)7. Ir-raba’ xahar tas-sena (5)8. Ħofra fl-art għall-ħażna tal-ilma (3)9. Art twelidna (5)12. Tal-ħelikopter jinsab fuq rasu! (5)15. Sawlu kien jippersegwitahom (5)18. Mhux iebes (5)20. Għadu ma mietx (3) 21. Jitqiegħed mal-art jew mal-ħajt

f’kamra tal-banju (5)22. Dari fuqu kienu jsajru minflok kuker (5)23. Porkuspin; qanfud (3)

Weqfin1. Mingħajrhom, ittra ma tasalx (5)2. Dabra tonda fl-għajn li tara minnha (5)3. Ma tantx fadal minnu (5)4. Suġġeriment; opinjoni (5)10. Karta tal-logħob bin-numru wieħed (3) 11. Sparatura; skop (3)13. u 14. Fuqha jingħad ir-Rużarju (6) 14. Ara 13. Weqfin.16. Ħallat l-isfar u l-ikħal flimkien (5)17. Lewn il-pepprin (5)18. Tajra kbira tgħix fuq annimali żgħar (5)19. Leħen bl-ogħla nota maskili fil-kant (5)

Irbaħ voucher mingħand alfsons Supermarket, il-Ħamrun Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

Alfakodo Irbaħ voucher mingħand Bfitmalta Fitness Studio, 123, triq il-Kbira, żabbar (7979 0411) billi tuża l-għajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

a N-X N AxLB X+Q 22 O T+V 17C T+L P S+A 9D O-Q 3 Q T+DE PxA 18 r D+EF M+Y S R+D 7G N+C T H+SH R-O u T+FI A+E v E÷DJ C+D W L+N 15K J+V X S+Ml K÷L 5 Y S+Lm X-S Z S+C

a 13 N 3B 8 O 23C 1 P 18D 20 Q 5E 26 r 24F 14 S 12G 7 T 10H 22 u 17I 11 v 21J 16 W 9K 2 X 6l 19 Y 4m 25 Z 15

Not

a: G

Ħ u

IE ji

eħdu

kax

xa w

aħda

mimdudin: 5. XIĦ, 6. MEJDA, 7. IĠBED, 8. RAS, 9. GRADA , 12. ANTIK, 15. SĦUNA, 18. ISFAR, 20. TIN, 21. SKOLL, 22. VELJA, 23. ALI.Weqfin: 1. TAJRA, 2. BXARA, 3. RĦISA, 4. ĦABAT, 10. RUĦ, 11. DEN, 13. NES, 14. IVA, 16. UKOLL, 17. ATLAS, 18. INVIT, 19. FOLJA.

Paġna tal-Logħob • Claudia Cini

Meta tiġi bżonnha, tarmiha. Meta m’għandekx bżonnha, tiġborha!

Tweġiba: Ankra

1 2 3 4

5

6 7

8

9 10 11 12 13 14

15 16 17 18 19

20

21 22

23

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

rebbieħ: m. mamo, Santa luċija

rebbieħ: r. Chircop, Ħal Qormi

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

April 2015 | 27

Rental Service Available!

Quality products at affordable prices!

Tfal fil-Bibbja • Storja: Claudia Cini; Illustrazzjoni: Graziella Grech Cachia April 2015 | 29

Il-qaddejja ta’ Nagħman

Kont għadni daqsxejn ta’ tifla meta xi suldati mis-Sirja ġew f’art twelidi, serquni, u ħaduni magħhom. Niftakar

kont sewwidt qalbi ħafna meta sibt ruħi bogħod minn Iżrael, art twelidi, u bogħod mill-familja tiegħi.

Fis-Sirja sirt il-qaddejja tal-mara ta’ Nagħman. Kemm Nagħman kif ukoll martu kienu nies twajba ħafna, u qatt ma xtaquli deni. Bil-mod il-mod drajt ngħix magħhom u sirt inħobbhom.

Dan Nagħman kien kmandant fl-armata. Kien miġjub ħafna mis-sultan għax kien rebaħ ħafna battalji. B’xorti ħażina Nagħman kellu l-marda tal-lebbra, li la l-flus li kellu u lanqas is-setgħa tas-sultan ma kienu biżżejjed biex ifejquh. Kont nitnikket nara lil sidi hekk marid u bla saħħa. Xtaqt ħafna narah jieħu saħħtu lura.

Darba, għamilt ftit tal-kuraġġ u kellimt lil sidti dwar il-Profeta Eliżew. Għedtilha kemm kien twajjeb u kemm kien jgħin nies, u li jekk Nagħman imur iżuru żgur li kien ifejqu. Sidti ma tilfitx żmien u qalet b’dan kollu lil żewġha Nagħman. Dan feda f’kull kelma li għedt jien u mar minnufih għand is-sultan jitlob permess biex iħallih iżur lill-Profeta Eliżew. Is-sultan laqa’ t-talba tiegħu u tah ittra biex jagħtiha lis-sultan ta’ Iżrael.

Nagħman malajr telaq biex ifittex lill-

Profeta Eliżew. Dan ordnalu jmur jinħasel għal seba’ darbiet fix-xmara Ġordan biex ifieq darba għal dejjem mill-marda tal-lebbra. Għall-ewwel Nagħman ma riedx jobdi għax qal li f’pajjiżu kien hemm xmajjar oħra u aħjar mill-Ġordan, imma fl-aħħar jien irnexxieli nikkonvinċih jinżel fix-xmara għax ma kellu xejn x’jitlef.

U hekk Nagħman tnaddaf għalkollox mill-marda li kellu. Kemm fraħna jiena u sidti xħin rajnieh imfejjaq! Nagħman ma waqaf qatt ifaħħar lil Alla ta’ Iżrael. Minn dakinhar ’il quddiem lili bdew jistmawni aktar fid-dar ta’ Nagħman u martu.

KOmPEtIZZJONIFejn kien jgħix il-profeta Eliżew? Biex twieġeb tajjeb, fittex fit-Tieni Ktieb tas-Slaten (wieħed mill-kotba tat-Testment il-Qadim) kapitlu 5, vers 3. Ibgħat it-tweġiba hekk: Flimkien, Tfal fil-Bibbja, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ Kangaroo Ball mingħand Bfitmalta Fitness Studio, 123, triq il-Kbira, żabbar (79790411). rebbieħ tax-xahar l-ieħor: r. Formosa, in-Naxxar

Soluzzjoni għal ta’ marzu: Ħu Ġużeppi ż-żgħir kien jismu BENJamIN.

Iva, sinjur, il-Profeta

Eliżew ifejqek żgur!

Your children are not your children. They are the sons and daughters of Life’s longing for itself. They come through you but not from you,

And though they are with you yet they belong not to you.

You may give them your love but not your thoughts, For they have their own thoughts. You may house their bodies but not their souls, For their souls dwell in the house of tomorrow, which you cannot visit, not even in your dreams. You may strive to be like them, but seek not to make them like you. For life goes not backward nor tarries with yesterday.

You are the bows from which your children as living arrows are sent forth. The archer sees the mark upon the path of the infinite, and He bends you with His might that His arrows may go swift and far. Let your bending in the archer’s hand be for gladness; For even as He loves the arrow that flies, so He loves also the bow that is stable.

On ChildrenL-Aħħar Paġna • Kahlil Gibran30 | Flimkien