20
L-A{BAR JANNAR 2005 1 PROVIN¬JA FRAN{ISKANA TA’ SAN PAWL APPOSTLU, MALTA. No. 98 6.1.2005 Jitlesta l-proġett ta’ restawrazzjoni tal-faċċata tal-knisja u tal-kunvent tar-Rabat MATUL IS-SENA 2005 Mejju - Kapitlu Provinċjali Settembru - Żjara tal- Ministru Ġeneral Fra José Rodríguez Carballo, OFM Novembru - Konferenza tal– Provinċji OFM ta’ North - West Europe

L-AHBAR JANNAR 2005 - Provinċja Franġiskana · 2014. 4. 11. · L-A{BAR JANNAR 2005 5 Imma fil-paci. L-ewwel pass ta’ San Frangisk fil-mixja tieghu minn Perugja ghal Assisi u

  • Upload
    others

  • View
    6

  • Download
    0

Embed Size (px)

Citation preview

  • L-A{BAR JANNAR 2005 1

    PROVIN¬JA FRAN{ISKANA TA’ SAN PAWL APPOSTLU, MALTA. No. 98 6.1.2005

    Jitlesta l-proġett ta’ restawrazzjoni tal-faċċata tal-knisja u tal-kunvent

    tar-Rabat MATUL IS-SENA 2005

    Mejju - Kapitlu Provinċjali Settembru - Żjara tal- Ministru Ġeneral Fra José Rodríguez Carballo, OFM Novembru - Konferenza tal– Provinċji OFM ta’ North - West Europe

  • L-A{BAR JANNAR 2005 2

    Provinċja Franġiskana ta’ San Pawl Appostlu - Malta

    Prot. No. 0412\89 ?irkulari

    MILIED 2004 G[e]ie] {uti, G[adna kemm i//elebrajna l-150 anniversarju mid-Domma ta’ l-Immakulata, Omm u Patruna ta’ l-Ordni Fran;iskan. G[al [afna minna, dawn kienu /elebrazzjonijiet li ;abu memorji sbie[ ta’ [amsin sena ilu, meta kien jin[ass aktar l-ispirtu tad-duttrina Skotista. Mi/-/elebrazzjonijiet ta’ din is-sena, jiena nista ng[id li fil-Provin/ja g[ada tin[ass ir-rabta qaddisa ma’ l-Immakulata. Kemm b[ala Provin/ja kif ukoll b[ala fraternitajiet urejna /ertu g[aqal u maturita’fil-mod kif fakkarna dan l-anniversarju. Fuq kollox nittama li l-Immakulata kompliet isseddaqna fis-sej[a tag[na b[ala Fran;iskani.

    Is-Solennita’ ta’ l-Immakulata dda[[alna mal-ewwel fl-ispirtu tal-festi tal-Milied. Ilkoll nifmhu r-rabta li hemm bejn il-misteru ta’ l-Inkarnazzjoni u t-tnissil bla tebg[a ta’ Marija. G[ax Marija kienet mag[]ulha biex tkun Omm :esu’ s-Salvatur, kien jixraq li ;isimha ma jkun qatt vittma tal-qawwa tal-[a]en, u g[alhekk Marija ;iet m]ejna bil-milja tal-grazzja. L-Immakulata tfakkarna li kemm b[ala nsara, u aktar u aktar b[ala Fran;iskani, a[na mag[]ulha biex permezz tag[na, :esu ikompli jitwieled fid-dinja ta’ madwarna. L-Immakulata tqawwilna qalbna, g[ax lilna wkoll Alla j]ejjinna bil-grazzji li ne[tie;u biex ng[ixu s-sej[a qaddisa tag[na.

    {uti, ejjew inkunu vera Fran;iskani, billi ng[ixu l-veru spirtu nisrani ta’ dawn il-festi li ;ejjin. Ejjew nag[mlu minn kollox, biex in[allu lil :esu’ jitwieled fil-kunventi tag[na. Jalla l-kunventi tag[na jkunu b[al maxtura ta’ Betlehem fejn tkun tista’ tin[ass il-presenza ta’ :esu’. Minn dak li qed naraw madwarna, id-dinja g[andha b]onn li t[oss aktar il-presenza ta’ :esu’. Jalla lkoll kemm a[na nifhmu kemm qabel kollox, inkunu strumenti tal-presenza ta’ :esu’ fost il-bnedmin.

    B’dawn il-[sibijiet nixtieq inwasslilkom l-isba[ xewqat g[all-festi tal-Milied. Nix-tieq inroddilkom [ajr ta’ dak kollu li twettqu g[al ;id tas-sej[a fran;iskana u tal-provin/ja tag[na. Insellmilkom. Ma[ru;a mill-Kurja Provin/jalizja Il-Belt Valletta Illum, 9 ta’ Di/embru 2004 Fra Paul Galea OFM Fra Marcellino Micallef OFM Ministru Provin/jal Segretarju tal-Provin/ja

  • L-A{BAR JANNAR 2005 3

    Nippjanaw ghas-Sena l-Gdida… minn Fra Dijonisju Mintoff OFM

    Grazzi ghall-hanin Alla ghixna sena ohra ta’ familja. U bhal kull familja ghajjatna, capcapna, iggelidna, ghamilna paci, hdimna, tghazzinna, ghajjarna ’l xulxin u qbizna ghal xulxin. U kull meta drabna lil xi hadd, sibna li drabna lil xi hadd li jigi minna jew li ma jahtix u ma hallejniex lix-xemx tghib minn fuqna qabel insewwu kull hsara. U llum nigbru t-tfal madwarna – li taghhom u ta’ min hu bhalhom – hija Malta ghaziza taghna. U fihom naraw il-gejjieni taghna. U minhabba fihom nippjanaw u nsahhu d-dimensjoni kulturali taghna fi zvi-lupp ta’ koperazzjoni bejnietna. Nippjanaw? Kull pjan li rridu naghmlu jrid ikun l-ewwelnett pjan ghall-paci. Kbir kemm hu kbir il-bini tal-Palazz tal-Belt, simbolu tal-ghaqda f’pajjizna u kbir kemm hu kbir il-Katti-dral ta’ San Gwann, it-tempju qrib tieghu li nbena mill-genju ta’ l-aqwa artisti nsara ta’ l-Ewropa jibqa’ dejjem irqiq u jiggarraf daqs ir-ramel kif titkisser u titfarrak il-buzzieqa mlewna li tissawwar fuq in-nar u tintefah man-nifs ta’ haddiem il-hgieg. Illum bizzejjed jitla’ demm ghal rasu bniedem fanatku wahdu – genn individ-wali – jew titqanqal mewga qalila ta’ folla – psikosi kollettiva – biex il-kultura kollha tal-bierah u tal-lum u ta’ ghada – tinfaqa’ u ttir frak. Ghalhekk ma tistax tahseb, titkellem fuq jew tippjana kultura divor-zjata minn hsibijiet u pjanijiet ta’ paci. Il-qerda tal-hajja tfisser mhux biss il-qerda wkoll tal-kultura tal-generazzjonijiet tal-gejjieni imma wkoll il-qerda ta’ kull tama li c- civiltà tkompli miexja ’l quddiem. Ghalhekk ghandna bzonn kultura li taf tinfed sa l-gheruq tal-bniedem u tikber u toghla ’l fuq mis-shab tas-smewwiet fejn hemm huwa ta’ kul-hadd. Kultura ta’ paci... kultura ta’ tjubija.. kultura li tikber f’kul-hadd u ma’ kulhadd. Varjetà daqskemm hi l-varjetà ta’ fjuri selvaggi mlewna u mfewha f’wied kbir. Din hija l-kultura li nixtiequ ghall-gejjieni taghna. Li ma rridux hija kultura li titlahlah f’kimika ta’ xampûs imhallat, u dwiefer manikurati b’arti kontra arti, kollox taht idejk, issa u malajr imhejji minn artisti ta’ kafkaf li bidlu t-tempju f’suq tan-negozju. Fittex lil haddiehor meta ghandek bzonnu u armieh meta ma jiswielekx aktar. Arti fejn kollox disposable. U ghall-precett irregala kompjuter. U kompjuter f’kull dar fejn iz-zaghzugh u l-kbir jitgeddes mieghu f’soli-tudni ta’ tghannieq u jiccajta vojt f’tghannieq bla qies. Arti li taghti mobajl fil-but tat-tfal u l-kbar jibaghtu messaggi l-gurnata kollha u ma jghidux kelma wahda x’hin fil-ghaxija jingabru d-dar. Arti li taghtina synthesiser fil-knejjes fejn ilsien in-nies edukat ikanta n-noti precizi mat-ton imma ma jqer-rux izjed ghax xejn m’hu dnub u l-proxxmu nafu bih meta jmut b’overdose u t-tarbija ihhib tghannieqa b’id wahda u bl-id l-ohra l-kont tad-dejn mal-bank. L-arti ta’ dari u llum L-arti ta’ dari kienet taghtina l-ikona sabiha ta’ omm bit-tarbija f’idejha. L-arti tal-lum tappella “tikbirx”, “tkunx omm, missier jew nannu”. Ibqa’ hafif minghajr it-toqol ta’ zaqq ta’ 40 sena – ibqa’ wicc bla tikmix – tit-ghabbix b’responsab-biltà.

  • L-A{BAR JANNAR 2005 4

    L-arti tal-lum turi wicc ta’ 20 lil dak li ghandu 60. Robert Bly fil-ktieb tieghu The Sibling Society jikteb li s-socjetà taghna mimlija tfal nieqsa mill-kbar – xotta mix-xjuh. L-ommijiet iridu jkunu l-hbieb t’uliedhom bniet... jilbsu bhalhom ecc... imma uliedhom bniet ghand-hom bzonn ta’ ommi-jiet. U l-missier irid ikun il-Buddy ta’ ibnu imma ibnu ghandu bzonn missier. U flok ikona ta’ omm qed izzomm tarbija f’idejha bir-responsabbiltà kollha ghandna lis-socjetà li titghabba bl-omm f’idejha. Il-kbar qed jaghmlu kompetizzjoni bla sens maz-zghazagh flok isiru l-mentors taghhom. Arti ta’ kafkaf fil-gurnalizmu, Arti ta’ kafkaf fil-politika, Arti ta’ kafkaf fil-konsumerizmu u porn fl-internet li mhux hlief oppju ghall-kuxjenza tal-bniedem. U l-oppju tal-kuxjenza huwa l-muftieh li jaqbel bla tbatija u malajr biex tiftah kull katnazz ta’ gwerra. Il-kultura forza socjali Il-kultura – il-lette-ratura – il-poezija huma b’sahhithom, forza socjali daqs id-dimostraz-zjonijiet tal-bdiewa. Il-poeti ma baqghux jizfnu mal-muza ’l boghod mill-ghalqa fejn jahdmu l-hamrija fil-kesha u fis-shana u mdawrin b’hi-tan tas-sejjieh jisimhom fruntieri jew borders. It-tnehid tal-qassisin jinbidel f’talb imheggeg fil-knejjes u fl-irkejjen maghluqa f’barrikati ta’ barbed wires. Talb li jixtiquh itir min-naha ghall-ohra tad-dinja minghajr visas jew residence permits. Tajjeb li t-tfal taghna jkollhom edukazzjoni totali fejn hsiebhom jkunu l-Ewropa u l-Afrika, Ruma, l-Grecja u Gerusalemm. Fejn trawmu biex ikunu globali kontra kull sura lokali, popolari kontra kull elitist, familja kontra bniedem. Imma ta’ min ihalli f’idejh ukoll li jaghzel il-qies tal-ghemil tieghu basta jkun mibni fuq il-hajja u fuq il-kuxjenza. Basta li f’dak il-qies ikun hemm it-tjubija li tidhol fejn haddiehor ma jasalx wahdu ghax nieqes mis-sahha, dghajjef mir-rieda u battal mill-imhabba L-edukatur Ix-xoghol ta’ kull edukatur hu li jara li mill-gheruq ta’ pajjizu jikber il-livell kulturali ta’ kulhadd. Ma jibqax gens ta’ nies li jaghlqu biebhom, jieklu bi kwiethom u ma jarawx it-tbatija ghax mhumiex l-ghassa ta’ huthom. Imma gens fejn kull tifel ghandu holma bil-lejl u hidma bin-nhar biex jekk mhux hag’ohra iwennes lil haddiehor kif kull ghasfur m’ghandu xejn ghajr ghanja li tinstema’ tferrah lil holqien. Mhix ghanja specjali ta’ wie-hed. Imma l-ghanja ta’ kull ghasfur... Dan insibuh fil-Pacem in Terris li harget mill-pinna tal-Papa Gwanni. Harget minn Ruma. Ma qrawhiex l-insara biss. Qrawha s-Sovjetici, l-Ortodossi... miljuni ta’ nies. Ghax kiteb bil-polz f’idejh tal-poplu li kien qed ibati. Ghax il-kitba tieghu hija l-umanità... il-pjagi jnixxu ta’ l-umanità. Kienet appell ghall-hniena... ghax il-hniena tbierek lil min jaghtiha daqskemm lil min jircevieha. L-istess it-tjubija. Ghax dawn huma z-zewg nahat tal-munita li tissarraf mhux fi trophies, lotteriji u gieh.

  • L-A{BAR JANNAR 2005 5

    Imma fil-paci. L-ewwel pass ta’ San Frangisk fil-mixja tieghu minn Perugja ghal Assisi u Ruma kienet il-bewsa lil wiehed lebbruz. L-ewwel qatra ta’ Mother Theresa biex bdiet ix-xmara kahla u bajda kienet bieqja ilma lil fakir Indjan fl-istazzjon tal-ferrovija. L-ewwel skular fl-iskola ta’ San Gwann Battista de la Salle kien l-imcercer ta’ Parigi. L-ewwel immigrant illegali li harab mill-Germanja b’ta’ fuqu senduqu kien Einstein. Mara armla bi tlett itfal inkapacitati taghtu kenn u l-pitazz ta’ wliedha biex ihazzez fuqu it-tgegwig mate-matku marsus f’mohhu. Josè Carballo, successur ta’ San Frangisk, ftit ilu fakkarna li kif kiteb Dickens fil-grajja taz-zewgt ibliet – qegh-din nghixu fl-isbah zmien u fl-aghar zmien. Zmien l-aqwa gherf u zmien l-aqwa genn. Zmien ta’ nies b’fidi kbira u ta’ nies bla ebda twemmin. Zmien ta’ dawl u zmien ta’ dlam. Mohhna mimli taghrif. Imma l-battalja bejn Alla u x-Xitan tmil ghar-rebha ta’ naha jew ohra daqskemm naraw ir-realtajiet fil-hajja fuq l-art u daqskemm innewlu idejna lejn min jehtieghom. Realtà fil-hajja... it-tfal ukoll bdew iduqu t-toghma morra taghha... hallatnielhom wisq doza ta’ kollox. Il-pjan taghna jrid ikun li fis-sena li gejja nitghallmu aktar fuq is-solidarjetà vera. Inharrgu t-tfal inaqqsu l-egoizmu. Iqisu li jibzghu ghall-holqien kollu ta’ madwahom. Jaqsmu bejniethom bil-qies u bil-ghaqal il-gid komuni.

    Ittra ta’

    apprezzament Il-Kanononku Dun Anton Galea-Scanura, f’isem il-Kleru tal-Kolleġjata ta’ Bormla kiteb ittra ta’ ringrazzjament lill-Provinċja għall-ħidma pastorali li saret matul iż-Żjara Franġiskana f’Novembru li għadda.

  • L-A{BAR JANNAR 2005 6

    PATRIJIET MINURI (O.F.M.), 2005

    Qeg]din nippublikaw il-lista ta’ l-A]wa kollha tal-Provin`ja kif bdejna s-sena 2005. Il-lista hija alfabetika u ti[bor 72fran[iskan, inklu\i \-\ew[ isqfijiet.

    1. Abela John (b.John), n. 31.08.1954 Rabat (d.Malta), f.Carmelo & Victoria Micallef, v.03.10.1971, pt. 01.10.1972, ps. 22.08.1976, s. 07.07.1979. 2. Aquilina Camillus (b.Joseph Mary), n. 15.01.1919 Valletta (d.Malta), f.John & Michelina Mifsud, v.11.10.1936, pt. 12.10.1937, ps. 06.01.1941, s. 06.04.1946. 3. Aquilina George (b.Marianus), n. 18.07.1939 Qormi (d.Malta), f.Joseph & Rosaria Saliba, v.09.10.1955, pt. 14.10.1956, ps. 31.07.1960, s. 14.03.1964. 4. Attard Paul (b.Paul), n. 15.03.1961 Rabat (d.Malta), f.Cathaldus & Maria Dolores Saliba, v.02.10.1977, pt. 01.10.1978, ps. 04.09.1983, s. 07.07.1985. 5. Azzopardi Arthur (b.Paul), n. 19.02.1923 Sliema (d.Malta), f.Arthur & Carmen Pace, v.3.10.1937, pt. 21.02.1939, ps. 01.11.1944, s. 13.03.1948. 6. Azzopardi John (b.John), n. 07.10.1945 Gzira (d.Malta), f.Anthony & Mary Grima, v.09.10.1960, pt. 10.10.1961, ps. 15.01.1967, s. 15.03.1970. 7. Bartolo Bernard (b.Joseph Mary) , n. 12.10.1934 Sliema (d.Malta), f.John & Mary Mallia, v.13.10.1957, pt. 14.10.1958, ps. 01.11.1961, s. 19.03.1964. 8. Bonello Joseph (b.Joseph), n. 04.04.1961 Xaghra (d.Gozo), f.Victor & Nazzarena Sultana, v.02.10.1977, pt. 01.10.1978, ps. 28.08.1983, s. 07.07.1985. 9. Borg Alexander (b.Alexander), n. 16.10.1955 Sliema (d.Malta), f.Paul & M'anne Calleja, v.05.10.1975, pt. 26.09.1976, ps. 05.09.1981, s. 10.07.1983. 10. Briffa Anthony (b.Anthony), n. 07.06.1960 Hamrun (d.Malta), f.Anthony & Pauline Sant, v.30.09.1978, pt. 07.10.1979, ps. 17.09.1984, s. 11.07.1986. 11. Bugeja George (b.George), n. 01.07.1962 Xaghra (d.Gozo), f.Emmanuel & Mary Attard, v.02.10.1977, pt. 01.10.1978, ps. 28.08.1983, s. 05.07.1986. 12. Cachia Adrian (b.Joseph), n. 08.01.1946 Rabat (d.Malta), f.Saviour & Carmen Azzopardi, v.23.09.1962, pt. 24.11.1963, ps. 08.12.1971, s. 19.03.1972. 13. Camilleri Joseph (b.Joseph), n. 23.04.1940 Rabat (d.Malta), f.Paul & Carmela Attard, v.13.10.1957, pt. 14.10.1958, ps. 15.10.1961, s. 11.03.1967. 14. Camilleri Raymond (b.Michael Paul), n. 04.07.1948 Hamrun (d.Malta), f.John & Marianne Az zopardi, v.22.09.1963, pt. 27.09.1964, ps. 20.07.1969, s. 18.07.1971. 15. Camilleri Robert (b.Patrick), n. 24.04.1951 Hamrun (d.Malta), f.John & Marianne Azzopardi, v.20.10.1967, pt. 01.11.1968, ps. 08.12.1972, s. 29.06.1975, e.15.08.2001. 16. Camilleri Sebastian (b.Emmanuel), n. 31.12.1921 Hamrun (d.Malta), f.Carmelo & Angela Gatt, v.01.11.1967, pt. 02.11.1968, ps. 02.11.1969, s. 23.03.1947. 17. Camilleri Victor (b.Joseph Mary), n. 18.11.1944 Hamrun (d.Malta), f.Philip & Joelle Bugeja, v.27.09.1959, pt. 20.11.1960, ps. 08.12.1965, s. 21.03.1969. 18. Caruana Joseph (b.Joseph), n. 18.10.1953 Rabat (d.Malta), f.Carmelo & Pauline Fsadni, v.03.10.1971, pt. 01.10.1972, ps. 22.08.1976, s. 07.07.1979. 19. Cassar Henry (b.Joseph), n. 16.02.1924 Msida (d.Malta), f.Francis Xavier & Mariastella Sammut, v.15.10.1939, pt. 20.10.1940, ps. 29.04.1945, s. 11.06.1949. 20. Chircop Anthony (b.Anthony), n. 03.04.1961 Rabat (d.Malta), f.Christiano & Rita Ciappara, v.02.10.1977, pt. 01.10.1978, ps. 04.09.1983, s. 07.07.1985. 21. Ciantar Leonardus (b.Leonardus), n. 27.06.1970 Marsa (d.Malta), f.John & Carmela Ciantar, v.19.09.1988, pt. 17.09.1989, ps. 01.10.1995. 22. Ciantar Mark (b.Mark), n. 08.01.1970 Attard (d.Malta), f.Joseph & Joan Incardona, v.19.09.1988, pt. 17.09.1989, ps. 02.10.1994, s. 05.07.1996. 23. Coleiro Martin (b.Martin), n. 09.11.1962 S. Venera (d.Malta), f.Francis & Rita Mifsud, v.30.09.1978, pt. 07.10.1979, ps. 17.09.1984, s. 01.09.1986.

  • L-A{BAR JANNAR 2005 7

    24 Debono Joseph (b.Joseph), n. 07.04.1957 Ghajnsielem (d.Gozo), f.Saviour & Marianne Camilleri, v.01.10.1978, pt. 05.10.1980, ps. 15.10.1995. 25. Diacono Charles (b.Charles), n. 07.05.1948 Marsa (d.Malta), f.Emmanuel & Rosaria Caruana, v.26.09.1965, pt. 02.10.1966, ps. 06.01.1970, s. 20.07.1974. 26. Ellul Vincenti Norbert (b.Edwin), m. , n. 27.06.1937 Gzira (d.Malta), f.Carmelo & Carmelina Damato, v.27.09.1953, pt. 02.10.1954, ps. 28.06.1958, s. 12.03.1960. 27. Enriquez Mark (b.Carmelo), n. 08.05.1940 Valletta (d.Malta), f.Hugh & Adelina Micallef, v.27.09.1959, pt. 28.09.1960, ps. 08.12.1964, s. 22.03.1969. 28. Falzon Angelo (b.Angelo), n. 15.10.1957 Naxxar (d.Malta), f.Peter & Carmen Agius, v.26.09.1976, pt. 02.10.1977, ps. 10.10.1982, s. 29.06.1984. 29. Falzon Raymond (b.Raymond), n. 27.05.1959 Rabat (d.Malta), f.Anthony & Josephine Vella, v.05.10.1975, pt. 26.09.1976, ps. 05.09.1981, s. 10.07.1983. 30. Farrugia Anton (b.Anton), n. 22.10.1971 Attard (d.Malta), f.Joseph & Fransina Pisani, v.22.09.1989, pt. 17.09.1990, ps. 17.09.1996, s. 12.07.1998. 31. Farrugia Christopher (b.Christopher), n. 17.11.1959 Sliema (d.Malta), f.Joseph & Lynette Mifsud, v.06.10.1979, pt. 05.10.1980, ps. 08.12.1985, s. 10.07.1987. 32. Farrugia Pierre (b.Pierre), n. 08.06.1973 Toronto (d.Toronto), f.Victor & Carmela Buttigieg, v.17.09.1998, pt. 19.09.1999. 33. Galea Benjamin (b.Carmelo), n. 16.09.1916 Valletta (d.Malta), f.Carmelo & Antonia Psaila, v.26.08.1932, pt. 27.08.1933, ps. 24.10.1937, s. 18.05.1940. 34. Galea Cherubin (b.Ramirus), n. 06.01.1932 Ghajnsielem (d.Gozo), f.Saviour & Michelina Spiteri, v.24.09.1950, pt. 30.09.1951, ps. 14.11.1954, s. 02.04.1960. 35. Galea Paul (b.Paul), n. 27.02.1950 Rabat (d.Malta), f.Vincent & Anastasia Muscat, v.02.10.1966, pt. 08.10.1967, ps. 08.10.1972, s. 03.07.1976. 36. Galea Vincent (b.Anthony), n. 20.11.1923 Valletta (d.Malta), f.Joseph & Pauline Ciarlo, v.21.09.1941, pt. 27.09.1942, ps. 01.11.1945, s. 11.06.1949. 37. Gauci Bartholomew (b.Carmel), n. 07.07.1947 Gharghur (d.Malta), f.Bartholomew & M Concetta Fenech, v.23.09.1962, pt. 24.09.1963, ps. 02.02.1969, s. 14.03.1971. 38. Ghirlando Marcello (b.Marcello), n. 12.04.1962 Sliema (d.Malta), f.Dionisius & Carmen Borda, v.30.09.1978, pt. 07.10.1979, ps. 17.09.1984, s. 05.07.1986. 39. Grech Charles (b.Charles), n. 09.01.1962 Salford (d.Salford), f.Michael & M'bridget Mc Grath, v.30.08.1984, pt. 07.09.1985, ps. 03.12.198, s.12.07.2002. 40. Grech Richard Stanley (b.Richard Stanley), n. 28.10.1955 Rabat (d.Malta), f.Paul & Mary Vella, v.22.10.1972, pt. 14.10.1973, ps. 08.12.1976, s. 25.08.1979. 41. Magro Joseph (b.Joseph), n. 11.03.1975 Pietá (d.Malta), f.Joseph & Pauline Camilleri, v.13.09.1995, pt. 15.09.1996, ps. 15.09.2000,s.12.07.2002. 42. Magro Stephen (b.Stephen), n. 13.09.1963 Pieta (d.Malta), f.Albert & Michelina Formosa, v.22.09.1989, pt. 17.09.1990, ps. 01.10.1995. 43. Magro Sylvester (b.Carmelo), n. 14.02.1941 Rabat (d.Malta), f.Emmanuel & Dolores Bonello, v.12.10.1957, pt. 13.10.1958, ps. 18.03.1962, s. 26.03.1966, e. 11.05.1997. 44. Meilak Peter Paul (b.Joseph), n. 29.12.1921 Nadur (d.Gozo), f.Francis & Carmen Mizzi, v.21.09.1941, pt. 27.09.1942, ps. 01.11.1945, s. 11.06.1949. 45. Micallef Albert (b.Albert), n. 24.08.1950 Rabat (d.Malta), f.Sebastian & Joanne Tonna, v.02.10.1966, pt. 08.10.1967, ps. 08.10.1972, s. 03.07.1976. 46. Micallef Gabriel (b.Stephen), n. 24.03.1944 St Lawrence (d.Gozo), f.Joseph & Mary Apap, v.09.10.1960, pt. 10.10.1961, ps. 01.05.1965, s. 22.03.1969. 47. Micallef Godfrey (b.Anthony), n. 19.12.1931 Rabat (d.Malta), f.Francis & Vincenza Camilleri, v.19.09.1948, pt. 25.09.1949, ps. 28.12.1952, s. 06.04.1957. 48. Micallef John (b.Joseph), n. 11.12.1931 St Venera (d.Malta), f.Vincent & Adelina Barbara, v.30.09.1947, pt. 02.10.1948, ps. 28.12.1952, s. 06.04.1957. 49. Micallef Marcellino (b.Marcellino), n. 04.12.1958 Rabat (d.Malta), f.John & Catherine Schembri, v.26.09.1976, pt. 02.10.1977, ps. 10.10.1982, s. 29.06.1984. 50. Mintoff Dionisius (b.Paul), n. 01.04.1931 Cospicua (d.Malta), f.Lawrence & M'concetta Farrugia, v.16.09.1945, pt. 08.04.1947, ps. 01.11.1952, s. 07.08.1955.

  • L-A{BAR JANNAR 2005 8

    51. Muscat John (b.John), n. 19.04.1962 Qormi (d.Malta), f.Emmanuel & Filomena Spiteri, v.06.10.1979, pt. 05.10.1980, ps. 08.12.1985, s. 10.07.1987. 52. Muscat Noel (b.Noel) , n. 03.12.1957 Floriana (d.Malta), f.Carmel & Carmen Buttigieg, v.26.09.1976, pt. 02.10.1977, ps. 12.09.1982, s. 29.06.1984. 53. Overend Sandro (b.Sandro), n. 31.01.1959 Sliema (d.Malta), f.Edwin & Vincenza Rigillo, v.26.09.1976, pt. 02.10.1977, ps. 12.09.1982, s. 29.06.1984. 54. Pace Edward (b.Edward), n. 13.08.1945 Sliema (d.Malta), f.Carmel & M'stella Lambertini, v.09.10.1960, pt. 10.10.1961, ps. 02.04.1967, s. 15.03.1970. 55. Sammut Julian (b.Julian), n. 14.11.1957 St Julians (d.Malta), f.Carmelo & Catherine Briffa, v.05.10.1975, pt. 26.09.1976, ps. 23.08.1981, s. 10.07.1983. 56. Sant Bernardino (b.Joseph), n. 19.06.1930 Mosta (d.Malta), f.Anthony & Carmen Vella, v.24.07.1951, pt. 02.10.1952, ps. 30.10.1955. 57. Schembri Guido (b.Joseph), n. 29.09.1923 Sliema (d.Malta), f.Paul & Maria Dolores Gatt, v.09.10.1938, pt. 15.10.1939, ps. 01.11.1944, s. 13.03.1948. 58. Schranz John Evangelist (b.Anthony), n. 28.11.1921 Sliema (d.Malta), f.John & Josephine Grungo, v.06.10.1940, pt. 12.10.1941, ps. 01.11.1944, s. 11.06.1949. 59. Sciberras Alfred (b.Alfred), n. 01.12.1937 Zebbug (d.Malta), f.Saviour & Annunziata Camilleri, v.13.10.1957, pt. 14.10.1958, ps. 15.10.1961, s. 11.03.1967. 60. Sciberras Stephen (b.Stephen), n. 01.11.1969 Hamrun (d.Malta), f.Paul & Maria Costa, v.19.09.1988, pt. 17.09.1989, ps. 01.10.1995, s. 05.07.1996. 61. Scicluna Raymond (b.Raymond), n. 17.12.1958 Sliema (d.Malta), f.Emmanuel & Salvina Puli, v.05.10.1975, pt. 26.09.1976, ps. 05.09.1981, s. 10.07.1983. 62. Sciortino Justin (b.Francis), n. 27.07.1943 Valletta (d.Malta), f.Philip & Rita Mizzi, v.28.09.1958, pt. 04.10.1959, ps. 08.12.1964, s. 11.03.1967. 63. Tabone Alfred (b.Alfred), n. 07.02.1934 Valletta (d.Malta), f.Edward & Rose Portelli, v.17.09.1949, pt. 25.09.1950, ps. 20.03.1955, s. 14.03.1959. 64. Tonna Charles (b.Emmanuel), n. 17.12.1935 Rabat (d.Malta), f.Charles & Antonia Borg, v.26.09.1954, pt. 09.10.1955, ps. 28.12.1958, s. 07.04.1962. 65. Tonna Ivo (b.Robert), n. 19.11.1926 Sliema (d.Malta), f.Edward & Olga Papagiorcopulo, v.08.09.1943, pt. 10.09.1944, ps. 28.12.1947, s. 05.08.1951. 66. Vella Anthony (b.Anthony), n. 04.08.1926 Valletta (d.Malta), f.Spiridione & Helen Privitera, v.08.09.1943, pt. 10.09.1944, ps. 28.12.1947, s. 05.08.1951. 67. Vella Joseph (b.Joseph), n. 04.07.1933 Sliema (d.Malta), f.Joseph & Carmen Calleja, v.25.09.1949, pt. 01.10.1950, ps. 14.11.1954, s. 14.03.1959. 68. Wickman Charles (b.Charles), n. 15.03.1929 Senglea (d.Malta), f.Carmel & Fortunata Micallef, v.30.09.1947, pt. 02.10.1948, ps. 28.10.1951, s. 29.07.1956. 69. Xuereb Joseph Benedict (b.Peter Paul), n. 01.07.1935 Gharghur (d.Malta), f.Agostino & Carmela Azzopardi, v.30.09.1951, pt. 02.10.1952, ps. 12.08.1956, s. 12.03.1960, e., d., p.068. 70. Zammit Edward (b.Michael), n. 14.08.1942 Mgarr (d.Malta), f.John & Bartholomea Grima, v.28.09.1958, pt. 04.10.1959, ps. 06.10.1963, s. 11.03.1967. 71. Zammit Jimmy (b.Jimmy), n. 11.08.1955 Toronto (d.Toronto), f.Joseph & Matilda Farrugia, v.14.10.1973, pt. 02.10.1974, ps. 05.11.1978, s. 13.06.1981. 72. Zerafa Loreto (b.Loreto), n. 02.04.1974 Victoria (d.Gozo), f.Michael & Emmanuela Curmi, v.13.09.1995, pt. 15.09.1996, ps. 13.06.2000.

    Illum ħu gost bil-kuluri, il-Mulej seta’ għamel id-dinja bajda u sewda.

    b.=nom. bapt.; n.=nativi.; d.=dioecesi; f.=pater & mater; v.=novitiatus; pt.=prof.temp.; ps.=prof.sol.; s.=sacerd.; e.=episc.

  • L-A{BAR JANNAR 2005 9

    FL-OKKAŻJONI TA’ L-EPIFANIJA TAL-MULEJ GĦAND IL-KLARISSI

    FRANĠISKU U KLARA HUMA DWAL GĦALL-ŻMINIJIETNA

    Nhar il-Ħamis, 6 ta’ Jannar il-Provinċja, kif inhi d-drawwa, iċċelebrat il-festa ta’ l-Epifanija tal-Mulej fil-Monasteru ta’ Santa Klara, San Ġiljan. L-Epifanija tal-Mulej hija t-titular tal-kappella tal-monasteru. Għall-Ewkaristija li kienet ppreseduta mill-Ministru Provinċjal Fra Paul Galea, OFM ħadu sehem diversi patrijiet kif ukoll l-aħwa kollha sorijiet Klarissi. Fl-omelija tiegħu, il-Ministru Provinċjal beda bl-istorja tas-salvazzjoni, u kif Alla mhux biss huwa qrib il-bniedem, imma wkoll miegħu. “Il-maġi ma kellhomx triq faċli. Kienu nies ta’ rieda tajba u li aċċettaw id-dawl li Alla offrielhom. Huwa kompla billi saħaq li Alla għadu jibgħat id-dawl. “Fi ħdan il-Knisja, matul iż-żminijiet kollha huwa jibgħat lil xi wħud biex ikunu dwal, fosthom lil Franġisku u Klara. Dawn iż-żewġ bnedmin huma frott l-imħabba ta’ Alla, u għalhekk mhux biss dawlu żminijiethom imma għadhom dwal għall-żminijietna.” Il-Ministru Provinċjal staqsa “U aħna? Bil-konsagrazzjoni tagħna aħna aċċettajna dan id-dawl. Hija grazzja kbira li llum inġbarna f’dan il-monsateru biex bl-

  • L-A{BAR JANNAR 2005 10

    tal-kewba li dawlet lill-maġi fit-triq tagħhom lejn Ġesu’ tarbija, niddawlu u ndawlu b’ħajjitna. Kull wieħed u waħda minnha qed inkunu dawl għall-oħrajn? Jiena mezz biex ħaddieħor jersaq lejn dan id-dawl?” Fl-omelija tiegħu Fra Paul kompla billi qal “b’għixien ta’ tliet voti aħna nkunu dwal għall-bnedmin tallum. Alla li jaħdem b’mod misterjuż jistedinna biex ngħixu l-konsagrazzjoni tagħna mill-aħjar li nistgħu ħalli b’hekk inkunu dwal għall-oħrajn. Hija sfida kbira li ngħixu l-vot ta’ l-ubbidjenza, jiġifieri li naċċettaw lil xulxin kif aħna. Hekk ukoll l-għixien tal-vot tal-kastita’ u tal-faqar żgur li huma mezz sabiex ngħixu fid-dawl u ndawlu mhux biss ħajjitna, imma wkoll il-ħajja ta’ l-aħwa.” Huwa temm ir-riflessjoni tiegħu billi stieden lil l-aħwa kollha ħalli “nroddu ħajr lil Alla li għażilna għall-ħajja kkonsagrata. Inroddulu ħajr ukoll li tana lil Franġisku u lil Klara u nitolbuħ jaħfrilna għaliex mhux dejjem konna ta’ dawl għad-dinja tallum. Mhux biżżejjed li ma nkunux musbieħ inemnem, iżda ħajjitna trid tkun l-akbar reflector għalina, għall-ħutna, għall-fraternitajiet tagħna u għan-nies ta’ madwarna. Dan huwa possibli meta aħna ngħixu r-regola li tana Franġisku Missierna.” Fi tmiem l-Ewkaristija, il-Badessa Rose Therese Ellis waslet messaġġ ta’ l-okkażjoni meta qalet “grazzi mill-qalb u b’mod ħaj. Grazzi ntennu wiċċ imb’wiċċ għal dak kollu li toffrulna, jiġifieri l-għajnuna tagħkom, l-akkumpanjament, il-ħidma u t-talb tagħkom għalina. Inħarsu lejkom b’għożża. Aħna lkoll, kemm il-patrijiet u s-sorijiet għandna vokazzjoni komuni. U dak li jiena verament nixtieq lilna s-sorijiet, nixtiequ għalikom il-patrijiet, jiġifieri li l-vokazzjoni tagħna tibqa’ ħajja, mġedda, dinamika u friska ...ikompli paġna 23

    A r t i k l u dettaljat dwar il-proġett ta’ restawrazzjoni miktub minn Joseph Muscat se jidher fil-ħarġa li jmiss ta L-AĦBAR u fil-website.

  • L-A{BAR JANNAR 2005 11

    MID-DJARJU TAL-FRATERNITA’ TAL-BELT

    Ikla fraterna Nhar it-Tnejn 29 ta' Novembru, festa tal-Qaddisin kollha frangiskani, bl-inizjattiva tal-Gwardjan Fra Anton Farrugia, il-fraternita` tal-Belt laqghet ghandha ghall-ikla fraterna, l-patrijiet konventwali u s-sorijiet frangiskani tal-Qalb ta' Gesu li jghixu fil-Belt ukoll. Milli jidher l-idea intlaqghet tajjeb hafna kemm minn naha tal-patrijiet kif ukoll mis-sorijiet. Dan ghaliex is-sorijiet ireciprokaw din l-ikla, b'zewg ikliet ohra li saru fil-kunvent tas-Sagramentini nhar it-13 ta' Dicembru u ghand il-Konventwali nhar it-Tnejn 3 ta' Jannar. Kienu mumenti sbieh li fihom l-ahwa esperjenzaw il-kliem tas-salmista li jghid: Kemm hi haga sabieha u helwa li l-ahwa jghamru flimkien ta' l-inqas waqt l-ikel kif ikkumenta l-Provincjal tal-Konventwali! Il-festa ta' l-Immakulata fil-Belt Fl-okazzjoni ta' gheluq il-150 sena mill-Proklamazzjoni tad-Domma ta' l-Immakulata, parti mill-programm tal-festa tal-Kuncizzjoni li jsir kemm fil-knisja taghna kif ukoll fil-knisja ta' San Frangisk sar bejn iz-zewg knejjes flimkien. Lejliet il-festa, il-komunita` tal-patrijiet konventawali tal-Belt inghaqdet mal-fraternita` taghna fil-kant ta' l-Ewwel Ghasar u wara saret translazzjoni solenni tar-relikwija tal-Madonna mill-knisja taghna ghall-knisja ta' San Frangisk. Ta' min jghid li kien hemm rapprezentanza tal-patrijiet kapuccini mmexxija mill-Provincjal taghhom P. Joe Alesssandro, OFM Cap. Fil-purcissjoni li sfortunatament kellha ssir b'girja wahda minhabba fix-xita, hadu sehem is-sorijet frangiskani, l-kavallieri tas-Stu.Sepulkru u l-fratelli tal-Kurcifiss u tal-Kuncizzjoni, tal-Belt u ta' l-Imqabba. Fil-knisja ta' San Frangisk saret koncelebrazzjoni ewkaristika li tmmexxiet mill-Provincjal taghna Fra Paul Galea, OFM flimkien mal-Provincjali l-ohra.

  • L-A{BAR JANNAR 2005 12

    Nhar it-Tlieta, 28 ta’ Diċembru, il-Provinċja organizzat il-party anwali għall-ġenituri u qraba ta’ l-Aħwa. Din il-laqgħa soċjali saret f’ Porziuncola Retreat House, Baħar iċ-Ċagħaq. Qabel ġiet iċċelebrata quddiesa li kienet preseduta mill-Ministru Provinċjal Fra Paul Galea, OFM.

    Sabiħa l-muntanja miksija bis-silġ imma meta dan idub tintela’ f’tapit ħadrani ta’ ħaxix. F’kull telfa

    tikseb xi ħaġa; f’kull rebħa titlef xi ħaġa oħra.

  • L-A{BAR JANNAR 2005 13

    Il-festin tal-Milied għall-Aħwa tal-Provinċja sar fil-fraternita’ tar-Rabat nhar l-Erbgħa, 22 ta’ Diċembru 2004. Qabel sar mument ta’ talb li kien animat mill-Gwardjan Fra Martin Coleiro, OFM, il-Mastru Fra Stephen Magro, OFM, u l-Postulanti Walter Tonna u Josef Ciappara. Il-Ministru Provinċjal għamel ukoll kelmtejn ta’ l-okkażjoni.

  • L-A{BAR JANNAR 2005 14

    Milied f’Hal Far minn Fra Dijonisju Mintoff ofm

    Kont ili bix-xewqa li xi darba nara Milied fl-Afrika. Kont rajt Milied f’Londra... Trafalgar Square mimlija dwal ta’ kull lewn imdendla ma’ sigra gholja zewg sulari. Corma ta’ nies imlefilfa fil-kowtijiet. Wicchom hamran ghax Inglizi u aktar hamrani minhabba x-xorb. Ilsienhom tqil ilissen “A Happy Christmas”. Kont rajt Milied Ruma. Piazza Navona imdewda bil-hwienet zghar mimlija pasturi, pitturi b’xeni ta’ xitwa qalila bil-borra. Gugarelli, minn zugraga ddur u ddoqq sa mobile phones tal-plastik li kif taghfas erba’ numri jghidlek “Buon Natale”. Milied fl-Afrika qatt ma rajt. U biex tmur l-Afrika mhux se tfaqqa’ subghajk u tasal. U dak li ma rajt qatt qabel, rajtu issa. Rajtu. Ghextu. Gawdejtu. Ma rajtux f’Asmara fl-Eritrea! Rajtu f’Hal Far ghax l-Eritreja giet hawn. Mhux bambin iswed tal-gibs. Bambin iswed haj tad-demm u l-laham. Jibki u ma jiskotx qabel ma ommu tressqu lejn sidirha u tisqih mill-halib taghha. Ommu mara ta’ hamsa u ghoxrin sena. Ghajnejha kbar miksurin u jleqqu. Xufftejha homor nar, xagharha malji twal irqaq sa fuq spallejha. Wahda go l-ohra. U snienha bojod daqs il-halib. Jisimha Marija. Tbennen fi hdanha lit-tarbija kif Marija kienet tbennen lil Binha Gesù. Kif ibennu l-ommijiet tad-dinja kollha. Imma mbaghad flok iggorru f’idejha, iggorru wara dahra. Qisu hemm bzonn li jidra minn ckunitu li jkun ‘l boghod minnha. Missieru Guzeppi wkoll. Kunjomu Matar bl-Afrikan jew “Dhuli” bil-Malti. Gismu kollu kemm hu iswed fil-kannella qisu lewn ic-cikkulata tal-lewz. Ghajnejh suwed tuta. Xaghru qasir mewga go mewga. Ikanta b’lehen daqqa sod u daqqa jinkiser f’mahnuq. U t-tarbija subghajha zghar zghar tressaqhom lejn ghajnejh u hu jitbissem. Bastun f’idejh. Zokk ta’ sigra tal-prinjol. Hafi u l-pala ta’ riglejh b’rigi mhaffrin crieki u nofs crieki qishom mappa ta’ kull fejn terraq. It-tarbija, xi hin f’idejn ommha u xi hin f’idejn missierha. It-tnejn iserrhu lil xulxin. Tnisslet taht palma f’Hutu, rahal zghir qrib id-dezert ta’ fuq Asmara. Twieldet hawn fl-Isptar Karen Grech. Imlibbsa libsa bajda twila sa rkoppitha. Il-hjata, xoghol ta’ ners li kienet ghassa fl-isptar il-lejl ta’ qabel twieldet. Is-soltu t-tarbija titwieled fil-post fejn tghix ommha u omm ommha. U tibda tisma’ l-kliem bi thammim Afrikan kif semghet ommha wkoll meta kienet tarbija. Imma issa ommha helset Malta. Imdawra b’nerses bojod. F’sala mzejna bil-karti mlewna u b’bozoz iteptpu. Tisma’ darba wara ohra l-ghanja “O Lejl ta’ Skiet”. Ma tifhem xejn. Hi imdorrija tifrah bid-daqq qawwi u ma jaqtax ta’ tnabar. Kliem xejn. Muzika hija t-tarbija. Ma tafx jekk hux qed tohlom.

  • L-A{BAR JANNAR 2005 15

    Imma Hal Far fil-Laboratorju tal-Paci mhux hekk. Hal Far presepju hi grotta kbira tal-karti tas-siment jew xkejjer tal-gwiez. Ma taghrafhomx minn blat. F’rokna gozz tiben. Bicca zokk ta’ sigra li fuqu toqghod bil-qeghda Marija. Ftit nar batut kemm jaqta’ l-kesha. San Guzepp irewwah in-nar u l-girien fil-bokka ta’ l-ghar jittawlu u jkantaw “Paci fl-art lin-nies ta’ rieda tajba” U bejn ghanja u ohra t-tnabar. Il-kor taz-zghazagh Maltin jieqaf. Ikantaw l-Afrikani. Kant bil-mod, qisu gej minn taht l-art. Qisu bil-mohbi. Hajjithom tant saret kollox bil-mohbi li qisu anki meta jifirhu jibdew jifirhu bil-mohbi. Imma l-ferh hu genwin. Hafna aktar genwin mill-isbah sinfonija jew pastorali li tisma’ f’kattidrali kbar tan-nahiet taghna. Meta daqqu l-hdax ta’ bil-lejl, il-banda taht it-tmexxija ta’ Ganni Farrugia tal-Gudja bdiet bid-daqq ta’ “Ninni la tibkix izjed”. In-nies inghaqdet f’dan l-innu li jghaqqad il-Maltin kollha f’dan il-jum. Jafuh aktar milli jafu l-Innu Malti. Thossok Malti u Malti tal-Milied. U thoss li bis-serjetà qed tghajjat lill-Angli jigu hdejk: ”Ejjew, ejjew O Angli, mis-sema mija mija...” U f’daqqa wahda ix-xena tinbidel. Irgiel, nisa, zghazagh, tfal Afrikani. Il-hoss tat-tnabar joghla u jinzel f’daqqa. U jibda l-kant. Ghanja Afrikana. Ikantaw hamsa. Wiehed u wahda wahda imbaghad kollha f’daqqa. Qed naqlibha bil-Malti kif hadtha minn fomm wiehed minnhom: “Jien ma nafx, Int ma tafx, Hu ma jafx, Hi ma tafx, Ahna ma nafux, Intom ma tafux, Huma ma jafux. F’kelma wahda – hadd ma jaf jghid sewwa x’inhi l-imhabba. Nistaqsik. Qatt habbejt? U int twiegeb: “Iva”. U jekk nistaqsik: xi thoss meta thobb? Qed tlaqlaq daqs qroqqa u m’intix twiegeb. Mela halli nghidlek storja. Miktuba fil-ktieb tal-Genna. Grat fid-dinja eluf ta’ snin ilu. Kristu jghid li m’hemmx imhabba akbar minn din li taghti hajtek ghal haddiehor.” Din l-ewwel strofa. Imbaghad il-kor kollu f’daqqa b’noti gholjin u bic-capcip ta’ l-idejn: “Il-hajja hi l-ghezez haga li ghandu l-bniedem. Biex itawwal il-hajja jaghmel il-possibbli u l-impossibbli.” Jerga’ jkanta wiehed wahdu: “Mela min jaghti hajtu ghal min ihobb – min jaghmel dan ikun ihobb lil ohrajn, ikun ihobb lil ohrajn iktar milli jhobb lilu nnifsu.” Jissokta l-kor waqt li jiehdu t-tarbija minn idejn ommha u jghadduha lil xulxin b’harsa ta’ ammirazzjoni kbira. “Hekk ser taghmel din it-tarbija li twieldet illum alleluja!” Im-baghad Marija tkantalhom: ”Issa ejjew ifir-hu.” U tqassam kisriet tal-hobz: “Intom ilkoll ahwa... Tieklu mill-istess hobza... Jista’ jkun hemm firda fil-mejda tal-Mulej? Fil-mejda tad-dimonju biss jista’ jkun hemm il-firda. Ejjew fid-dar tal-hobz. Ejjew Betlehem. Din it-tarbija gabet mis-sema hobz ghal kulhadd.” L-ahhar senten-za tigi ripetuta tliet darbiet. Marija u Gu-zeppi juru t-tarbija… Kont ili naqra u nisma’ fuq l-Afrika… fuq il-Milied fl-Afrika. Imma f’lejlet il-Milied bil-lejl fil-Laboratorju tal-Paci dawn l-Afri-kani li jghixu maghna taht saqaf wiehed – li kulhadd isibhom bhala l-klandestini ta’ Hal Far - wrewna x’jaghmlu huma fil-Milied. Kelli x-xorti nara b’ghajnejja stess dak li kont qrajt jew smajt fuqu. U bhal ma jigri lil kull min isiefer malli jirfes f’art barranija mill-ewwel jaqghu taht ghajnejh in-nies, il-kostumi, it-twemmin tan-nies strangieri. Ma kontx l-Afrika. Imma l-Afrika kienet hawn

    KUMMISSJONI TĦEJJIJA KAPITLU PROVINĊJALI 2005 Fl-aħħar laqgħa tad-Definitorju Provinċjali li saret fil-15 ta’ Diċembru ġiet imwaqqfa l-Kummissjoni tħejjija għall-Kapitlu Intermedjarju li se jsir f’Mejju li ġej. Il-membri huma s-Segretarju tal-Provinċja Fra Marcellino Micallef, Fra Ray Scicluna u Fra Anton Farrugia.

  • L-A{BAR JANNAR 2005 16

    Nhar l-Erbgħa 8 ta’ Diċembru ħa l-pussess bħala kappillan ġdid tal-parroċċa Immakulata Kunċizzjoni, Ħamrun, Dun Salv Borg. Huwa ġie ordnat presbiteru 30 sena ilu, fejn 23 sena minnhom ta servizz pastorali fil-missjoni, il-Brazil. Dan l-aħħar ħames snin huwa wettaq ħidma pastorali f’pajjiżu, il-Mosta. Dakinhar stess, il-kleru tal-parroċċa ġie mistieden għall-ikla ta’ nofsinhar mill-fraternita’ franġiskana tal-Ħamrun. Kienet laqgħa, fejn il-kleru tal-parroċċa apprezza ħafna. Għall-quddiesa l i f iha ħa uffiċjalment il-pussess ta’ kappillan, Dun Salv għażel lil Dun Ġuzepp Mifsud Bonnici u lil Fra Marcellino Micallef, OFM, biex ikunu x-xhieda.

    Laqgħa fraterna mal-Kleru tal-parroċċa

    IL-MILIED F’ADELAIDE, S.A. Matul ix-xahar ta’ Diċembru, il-Maltese Chaplaincy Festivities Group organizzat diversi attivitajiet b’risq il-komunita’ Maltija li tinsab f’ Adelaide. Is-sehem tal-Maltin kien bis-sħiħ. Nhar il-Ħadd, 12 ta’ Diċembru ġiet iċċelebrata quddiesa bil-Malti fil-knisja parrokkjali ta’ Kristu Re f’Lockleys. Wara fis-sala tal-parroċċa ta’ Lockleys, inżamm il-party annwali tal-Milied għall-imsieħbin mal-MCFG, u li din is-sena ġie organizzat mal-membri tal-Maltese Queen of Victories Band. Fl-istess sala ġiet organizzata wirja ta’ presepji, bambini u pasturi. Il-Ġimgħa, 17 ta’ Diċembru fit-8.30 a.m. fil-quddiesa ġie ċċelebrat is-Sagrament ta’ l-Aħħar Dilka. Il-Ħadd, 19 ta’ Diċembru ġie organizzat Bus Trip mill-M.C.F. Biex il-Maltin setgħu iżuru d-dwal tal-Milied f’Lobethal, il-belt f’ Adelaide Hills. Hemm huma setgħu jaraw xena tassew meraviljuza tal-belt mixgħula bid-dwal tal-Milied. L-Erbgħa u l-Ħamis, 22 u 23 ta’ Diċembru ġie ċċelebrat is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni, kemm bil-lingwa Maltija u anke bl-Ingliż u t-Taljan. Imbagħad, lejliet il-Milied il-Banda MQVB daqqet l-għanjiet tal-Milied fl-ispazju ta’ wara l-knisja bħala preparaazzjoni għall-quddiesa ta’ nofs il-lejl li billi l-Milied jiġi ċċelebrat fl-istagun tas-sajf, il-quddiesa nżammet fil-ġnien tas-Sorijiet Franġiskani Maltin tal-Qalb ta’ Ġesu’. Saret il-priedka tradizzjonali tat-tifel u ħa sehem il-kor tal-parroċċa (kanta bl-Ingliz, Taljan u Malti) flimkien mal-Banda MQV.

    Ix-shopping sar ir-reliġjon ġdida li għandha l-akbar numru ta’ devoti Basil Hume

  • L-A{BAR JANNAR 2005 17

    Nhar il-Ħadd, 3 ta’ Diċembru, 7 żgħażagħ franġiskani, membri fil-GIFRA Ħamrun ħadu l-impenn fi ħdan il-GIFRA, f’quddiesa ċċelebrata mill-Gwardjan u Assistent Spiritwali tal-GIFRA, Fra Marcellino Micallef, OFM. Dawn iż-żgħażagħ huma Chris Pace, Mark Anthony Cassar, Susanne Cutajar, Gareth Dimech, Christain Abela, Cleaven Ray Mizzi u Mark Zammit. Attwalment, 140 żagħżugħ u żagħżugħa jattendu għal laqgħat ta’ formazzjoni umana, nisranija u franġiskana, kif ukoll għall-attivitajiet li jiġu organizzati.

    GIFRA ĦAMRUN

    Jieħdu

    l-impenn

    JIKTEB FRA EDWARD ZAMMIT MIT-TASMANIA On the last weekend of October, I concluded my first year as Parish Priest in George Town. On the third weekend of October, from Friday to Sunday, the Arcbishop of Tasmania Adrian Doyle visited the Parish and stayed with me at the Parish House. He visited the catholic elderly in the nursing homes, the sick at our country town hospital, the Stella Maris Mission for Seafarers (Apostleship of the Sea), the St. Vincent de Paul Shop and Parish Conference and our Parish College (Primary and Secondary) Star of the Sea. He administered Confirmation to our Parish Students. On the weekend, the Archbishop celebrated all the Masses. I drove him to the Mass Centres, our Star of the Sea Parish Church and St. Anne Church, Lilydale and Sacred Heart Church, Karoola. He was pleased to meet many parishioners. The parish’s catholic popolation is 1,800 and parishioners are spread out in small towns, villages and big farms within the Parish are of 250 square KM. Along the Tamar River, people work in the aluminium and steel factories or in the fishing industry. On the plains there are variety of farms, vineyards, strawberry farms, orchards (apples) and closer to the mountains sheep and cattle farms. Employment to log forests and regenerate land forestation is on the increase. The slaughter of animals like kangaroos, wombats, Tasmanians devils etc. on the road sis shameful. The highest mountain in the parish is Mt Arthur - 1187 with the peak covered in snow during winter. The parish has been for many years without a priest. I am trying to build again the numbers and the pastoral activities. It is a big challenge. I do, however, like challenges. I know the Lord is there, and here with me. Please pray for my parishioners and for me. Thank you.

  • L-A{BAR JANNAR 2005 18

    SR. MARIJA ANGELA TAL-BAMBIN ĠESU’

    68 Sena ta’ Ħajja Reliġjuża

    Nhar l-Ħadd, 28 ta’ Novembru 2004 fis-6.45 p.m. l-għażiża oħtna Sr. Marija Angela ħabta u sabta ħallietna b’attakk ta’ malajr tal-qalb fl-eta’ ta’ 87, wara 68 sena ta’ ħajja reliġjuża li 39 sena minnhom għaddiethom mal-Klarissi f’Nazaret, l-Art Imqaddsa u 29 sena mal-Klarissi f’Malta. L-Erbg]a 24 ta’ Novembru, ma tantx qamet taj-ba. Wara l-quddiesa konventwali, Fra Julian Sammut OFM, il-Kappillan tagħna, daħal fl-infirmerija u amminis-tralha s-sagrament tal-morda. It-tliet hutha Vince, Tessie u Frans ġew mgħarrfa bil-qagħda kritika tagħha u l-aħħar ħamest ijiem ta’ ħajjitha kienu jiġu jarawha kuljum. Is-Sibt bdiet ġejja għall-aħjar u l-Ħadd kienet tajba ħafna u luċida. Imma f’ħin bla waqt, fil-għaxija ħallietna. Fil-ħniena tiegħu, il-Mulej ried li ħdejha dak il-ħin kien hemm Sr Marie Francoise u Madre Rose Therese li la-ħqet tatha l-barka tag]ha. Sr Marija Ġuljana li kienet ukoll tieħu ħsiebha kienet għadha kemm ħarġet biex iġibiha l-ikel mill-kċina.

    Salvina Sultana twieldet il-Belt Valletta fit-8 ta’ Novembru 1917 u tgħammdet fil-

    knisja tal-Porto Salvo. Hija kienet it-tifla l-kbira ta’ Salvatore Sultana u Evanġelista mwielda Cassar. Lil Salvina kienu jsejħulha bl-isem ta’ Sunny. Sena wara twieldet oħtha Carry li wara saret soru Franġiskana bl-isem ta’ Sr Evanġelista, li mietet 5 snin ilu. Meta Salvina kellha sentejn ommha mietet u missierha reġa’ żżewweġ u kellu 10 itfal oħra. F’żgħożitha, Salvina kienet tqerr għand Dun Alfred Gatt, saċerdot b’fama ta’ qdusija. Sr Marija Angela kienet devota tiegħu u kienet tħobb titkellem dwaru. Hija qaltilna li darba waqt li kienet qed tqerr għandu, ġrat bilokazzjoni. Għal xi ħin waqaf iqarrarha u mar jassisti fl-aħħar mumenti lil wieħed baħri li waqa’ u miet.

    Il-familja tagħha mbagħad marru joqgħodu l-Gżira fi żmien il-Kappillan Karlu Man-

    che. Dan ukoll ħalla fama ta’ qdusija. Kien il-Kappillan Manche li qal lil missierha li Salvina xtaqet tidħol Klarissa f’Nazaret. Missierha qalilha: ’Binti, jien imbierkek b’idejja t-tnejn, imma aħsibha darbtejn għax trid toħroġ barra l-pajjiż.’ Il-Kappillan Manche ħabbar minn qabel li Salvina tmur Nazaret imma għad terġa tiġi bħala Klarissa f’Malta. Missier Salvina kien Kaptan fin-Navy Ingliza u fl-1936 meta kellha 19-il sena hija marret l-Art Imqaddsa ma’ missierha fuq bastiment tal-gwerra u daħlet postulanta mal-komunita’ tal-Klarissi ta’ Nazaret. Qabel telqet għal Nazaret hija kienet tieħu l-lezzjonijiet tal-Franċiz mingħand il-Badessa tal-Klarissi f’Malta, Mere Marie Claire. Minn Nazaret, hija kienet tikkorrespondi mal-Klarissi f’Malta u mal-familja tagħha. Kif stqarr huha Frans f’kelmtejn ta’ radd il-ħajr u ta’ eloġju li għamlilha fi tmiem il-quddiesa tal-funeral, Sr Marija Angela kienet xempju ta’ kuraġġ, mħabba, għaqda u sliem. Kienet soru intelliġenti, equilibrata u li taf tagħti parir.

    F’Mejju ta’ 1975 hija ġiet lura Malta akkumpanjata minn huha Johnnie u martu

    Marlene li ġew mill-Awstralja. Hija ġiet milqugħa mill-komunita’ tal-Klarissi f’Malta mill-Badessa ta’ dak iż-żmien, Mere Marie Veronique u minn Madre Maria Immaculata li kienet tikkorrespondi magħha u li sena wara ntgħażlet Badessa. Lura Malta, Sr Marija Angela baqg]et f’kuntatt bil-kitba mas-sorijiet li kienu jafuha fil-komunita’ ta’ Nazaret. Sr Marija Angela kienet ferrieħa, spontanja u kellha spirtu miftuħ u li baqa’ żgħażugħ anke fi xjuħitha.

  • L-A{BAR JANNAR 2005 19

    Ma kinitx issib diffikulta’ tieħu sehem fi gruppi ta’ talb ma’ sorijiet żgħażagħ. Hija kienet tgħin lis-Sorijiet fit-tagħlim tal-Franċiz u tagħmel xogħol ta’ infermiera. Ħadet ħsieb Sr Marie Gertrude ta’ San Mikiel. Kellha devozzjoni speċjali lejn Ommna Marija u ma kienet tfalli qatt il-qawmien għat-talb fil-kor bil-lejl. Kienet soru tajba u kwieta imma fl-istess ħin ferm komunikattiva f’ħinu u f’waqtu. Kellha qalbha miftuħa għad-dinja u kienet tieħu inter-ess fil-ġrajjiet kurrenti tad-dinja u twassal lill-komunita’ l-aħbarijiet li kienet tisma’ fuq ir-radju. Kienet tgħin ukoll fit-tpinġija tal-labtijiet għall-benefatturi u tagħmel kartolini bi fjuri friski ppressati. Kull fil-għodu kienet tgħin lill-koka fit-thejjija tal-ħaxix għall-ikel.

    Fid-9 ta’ Mejju 1989, Sr Marija Angela ċċelebrat il-ġublew tad-Deheb tal-Professjoni

    li fiha l-Ministru Provinċjal Fra Ġużepp Beneditt Xuereb OFM kien mexxa l-Konċelebrazzjoni. Wara operazzjoni, sabet ruħha agħar biex timxi u spiċċat fl-infirmerija fejn għaddiet 9 snin, l-aħħ]ar tlieta minnhom fis-sodda. Pero’ baqg]et dejjem tħobb il-qari u kienet ukoll tagħmel kumpanija lill-sorijiet oħra fl-infirmerija. Sr Marie Francoise u Sr Marija Ġuljana daru biha b’dedikazzjoni kbira u imħabba. Minn naħa tagħha, Sr Marija Angela qatt ma kienet tgerger u kienet tilqa’ b’rikonoxxenza u bil-ferħ is-servizzi li jagħtuha.

    Il-funeral ta’ Sr Marija Angela sar it-Tlieta 30 ta’ Novembru 2004 fid-9 a.m. Il-

    Ministru Provinċjal Fra Pawl Galea OFM mexxa l-konċelebrazzjoni li fiha ħadu sehem 11-il saċerdoti, żewġ fratelli, qraba u ħbieb tal-komunita’. Hija tinsab midfuna fil-qabar numru 5 fiċ-ċimiterju tagħna fil-ġnien.

    ikompli minn paġna 14

    Il-vokazzjoni mhix piz imma ferħ Il-Ministru Ġeneral Fra Jose’ Rodriguez Carballo saħaq f’waħda mill-ittri reċenti tiegħu fuq l-ispirtu ta’ talb u devozzjoni. Dan l-ispirtu jagħtina atteġjament ta’ kif nitolbu, ngħixu flimkien bħalll-aħwa fil-kunvent, mal-poplu, man-natura u ma’ Alla. Kull wieħed u waħda minnha jrid ifittex spażżji żgħar u twal ta’ rappost ma’ Alla. It-talb huwa atteġjament hekk sabiħ kif nista’ nħares lejn Alla, lejn l-oħrajn, lejn in-natura. Il-vokazzjoni mhix piz imma ferħ. Dan il-ferħ irrid ibaqbaq biex imbagħad nagħduħ lill-oħrajn. Dan l-ispirtu ta’ talb u

    devozzjoni jagħddina mill-formaliżmu għal rapport ħaj ma’ Alla. Nawgurawlkom li lkoll nkunu, kemm il-franġiskani u l-klarissi, mhux bottijiet iċċeċku, imma dawl għal xulxin u għad-dinja tagħna.

  • L-A{BAR JANNAR 2005 20

    EDITUR

    fra marcellino micallef ofm [email protected]

    Kunvent Tal-Fran;iskani

    291, Triq San Pawl, Valletta VLT 07

    Tel. 21238218 Fax. 21231266

    F’ DIN IL-{AR:A

    Jannar 2005

    Jitlesta l-proġett ta’ restawrazzjoni fir-Rabat 1 Ċirkulari tal-Ministru Provinċjal 2 Nippjanaw għas-Sena l-Ġdida 3 Patrijiet Minuri (O.F.M.), 2005 6 Fraternitas 9 Franġisku u Klara huma dwal għal żminijietna 13 Mid-Djarju tal-Fraternita’ tal-Belt 15 Milied 2004 mal-ġenituri u qraba 16 Il-festin tal-Milied għall-Aħwa 17 Milied f’Hal Far 18 Il-Milied f’Adelaide, S.A. 20 Mit-Tasmania 21 68 Sena ta’ ħajja reliġuża 22

    FESTI U BIRTHDAYS JANNAR

    7 Fra Karlu Tonna 7 Fra Kerubin Galea 8 Fra Arturu Azzopardi 8 Fra Adrian J. Cachia 16 Fra Marcello Ghirlando Fra Mark Ciantar 20 Fra Sebastian Camilleri 9 Fra Charles Grech 27 Fra Julian Sammut 15 Fra Kamillu Aquilina 31 Fra Sandro Overend

    Awguri u Xewqat Sbieħ!

    KONFERENZA TA’ COMONA U

    SUBSAHRAINA Fil-bidu ta’ Frar, il-Ministru Provinċjal Fra Paul Galea, OFM, se jmur l-Afrika t’Isfel għall-Konferenzi ta’ Comona u Subsahraina. Għal dawn il-Konferenzi se jieħdu sehem rapprezentanza ta’ l-Aħwa ta’ l-Afrika ta’ Fuq, il-Kustodju ta’ l-Art Imqaddsa u l-Ministri Provinċjali ta’ l-Egittu u Malta. Il-konferenza ta’ Comona se tkun bejn 4-7 ta’ Frar, filwaqt li bejn 8-14 ta’ Frar se ssir dik ta’ Subsahraina. Dawn il-konferenzi se jsiru fi Pretoria, fl-Afrika ta’ Isfel.